MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Kieku kellek mod oġġettiv kif taqra d-deċiżjoni tal- arbitraġġ, xi tkun? Adrian Delia: Kien hemm erba' qniepen fuq tal-każ tal-Vitals, mhux tnejn. Kien hemm waħda tal-Oppożizzjoni u tlieta tal-gvern. L-ewwel waħda tal-gvern kienet Robert Abela fil-parlament meta qal li rebħet Malta. It-tieni waħda tal-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard fejn qal li t-telfa li ġarrabna kienet tort ta' Adrian Delia. It-tielet waħda kienet tal-Prim Ministru li qal propja mhux irbaħna ġejna parità. Il-qanpiena tal-Oppożizzjoni kienet waħda li dan l-arbitraġġ sfortunatament fil-parti fejn ċaħad it-talba ta' Stewards — għax Stewards bdieh l-arbitraġġ — straħ fuq id-deċiżjoni tal- Qorti tal-Appell. Il-kontratalba tal-gvern ta' €487 miljun ġiet miċħuda. Allura sfortunatament mhux għax nieħdu pjaċir b'dan l-eżitu, m'avvanzajna xejn minn fejn konna wara s-sentenza tal- Qorti tal-Appell. Kif tinterpreta din l-analiżi tal- gvern? Kieku kont fuq in-naħa tal-gvern x'kont tagħmel differenti? AD: Il-gvern sfortunatament mill-ewwel ġurnata għażel in- naħa l-ħażina. Għal ħames snin sħaħ fil-qrati nazzjonali għażel li jkun favur il-kumpaniji barranin u kontra l-interess tal-poplu Malti. Dan qalitu s-sentenza tal-Qorti tal-Appell li qaltilna li dawk li suppost kellhom iġibu l-ogħla interess tal-pajjiż qabel kollox u l-ogħla esponenti tal- gvern kienu f 'koalizzjoni mal- kumpaniji sabiex jiddefrodaw il-poplu Malti u Għawdxi. Dik is-sentenza tal-Qorti tal-Appell għadha tgħodd, dan l-arbitraġġ ma ssuperax. L-arbitraġġ infetaħ bejn id- deċiżjoni tal-ewwel qorti tal- Imħallef Depasquale u l-appell li kien il-ġudizzju f 'Ottubru. Infakkar li l-gvern ma kienx appella l-ewwel ġudizzju, u l-arbitraġġ jgħid li l-gvern imbagħad ħa n-naħa ta' Delia. Imbagħad Stewards meta raw li mhux se jibqgħu jibilgħu l-miljuni fis-sena, 80 miljun fis-sena, qalu li se jmorru għal ftehim ta' Awwissu 2019 u jippruvaw għall-inqas jieħdu 80 miljun. L-arbitraġġ qalilhom le! Jekk waqgħu l-ftehimiet kollha bis-sentenza tal-Qorti tal-Appell ma tieħdu xejn. Fejn in-nies qed jisimgħu dawn iċ-ċifri kollha, mhux xorta l-gvern ħela l-ħin u tilef il-ħin li jinvesti flusna f'mod aħjar? Owen Bonnici: Id-domanda li għamilt l-ewwel inti hija jekk il-gvern rebaħx jew le? Jien ħa nagħmel referenza għal storja li dehret fil-MaltaToday fejn qed jgħidu Daphne Caruana Galizia Foundation qalet li kkontribwiet fil-każ ta' Stewards għax id- Daphne Foundation kif kellha kull dritt ħadet sehem f 'dawn il-proċeduri billi ssottomettiet is-sottomissjonijiet tagħhom. U l-artiklu qal li l-fondazzjoni qalet li hi ssottomettiet dokument li jgħid li għenet jiżgura outcome pożitiv għall-pubbliku. Mela dawn il-proċeduri kollha "żguraw outcome pożitiv għall- pubbliku" skont il-fondazzjoni kif irrappurtat f 'dan il-ġurnal. Però kien hemm tliet rebħiet important ħafna. Kien hemm punti illi l-kollega Adrian ma semmihomx. Il-kwistjoni tal-Controlled Step-In. Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Appell illi rrevokat il-konċessjoni, il- gvern daħal biex jieħu kontroll tal-isptarijiet u n-nies kieku ma rawx l-aħbarijiet anqas kienu jindunaw li tħassret il- konċessjoni għax is-servizzi baqgħu l-istess, il-pagi baqgħu l-istess, u d-dinja baqgħet iddur. L-argument huwa li tant kienet tajba, tant kemm l-istep-in kien korrett li l-gvern irnexxielu jidħol bla ebda diffikultà ta' xejn. Però Steward ma riduhiex din u fil-fatt waħda mir-raġunijiet għalfejn sar l-arbitraġġ kien propju fuq hekk. Fil-fatt kien sar arbitraġġ urġenti. Dik irbaħnieha fejn hemmhekk il-gvern rebaħ li meta għamel il-controlled step-in għamilha b'mod korrett. It-tieni ħaġa li rebaħ il-gvern li meta l-konċessjoni tħassret u waqgħet, kwalunkwe side agreement waqa' wkoll. Però ħaġa oħra li s'issa ma ssemmietx hawnhekk. Il-claim ta' Adrian Delia li għamel snin kbar jirkeb fuqha li l-barranin ta' Steward qabdu €400 miljun, mhux €50,000 imma €400 miljun u ħarbu bihom. Jien infakkar għax forsi Adrian jinsa. Dawn il- banners bil-kelma "korruzzjoni" li Adrian kien imur bihom, jgħajjarna. "Sraqtu s-saħħa" artiklu ta' Adrian Delia fejn qal li l-gvern seraq il-Maltin u Għawdxin. Għaliex Adrian Delia għamel karriera sħiħ biex jipprova jbella' n-nies, u kien hemm min emmnu, illi kien hemm il-barrani li qabad €400 miljun u ħarab bihom. Issa ġie stabbilit bis-sentenza tal- arbitraġġ internazzjonali li din kienet gidba mill-bidu sal-aħħar ta' Adrian Delia. Kieku ma kienx Adrian Delia, il-gvern ma kienx jittermina l-kuntratt minn ma' Stewards. Taqbel li ma kellniex ngħaddu minn din it-triq? OB: Ma naqbilx. Jekk irridu nkunu onesti hemm is-sentenza tal-qrati u aħna nbaxxu rasna għas-sentenza tal-qrati, kemm Maltin u kemm barranin. Jiġifieri l-istorja ma ddawwarhiex lura. Hemm dawk is-sentenzi u aħna nbaxxu rasna għalihom. Però rrid ngħid li l-konċessjonijiet jekk irridu nkunu rġiel magħna nfusna jsiru. Hemm konċessjonijiet li jaħdmu u konċessjonijiet li ma jaħdmux. Pereżempju jien bħalissa qed naħdem fuq konċessjoni li ma ħadmitx, ta' Manoel Island. Sħabi ħadmu fuq il- konċessjoni ta' Smart City. Meta tlajna fl-2013 ma sibniex daqstant persuni jaħdmu Smart City. Però ma morniex il-Qorti nannullaw il-konċessjoni. Li hu ħażin li waqt li jien nirrikonoxxi li l-kritika li kien hemm fuq il-konċessjoni tal-awditur fost l-oħrajn, li ma nistax naċċetta illi jkun hawn xi ħadd li b'wiċċu 'l fuq — qed ngħid għal Adrian — lill-poplu jgħidlu li l-gvern ħalla li jinsterqu €400 miljun, ikollna sentenza tal-Qorti Internazzjonali li tgħid li dan mhux veru u Adrian Delia jibqa' jgħid li nsterqu €400 miljun. Il-kritika ewlenija li dawk l- €400 miljun ma nsterqux, inti kif tirrispondi għaliha? AD: Jien niġi hawn u nistaqsi għaliex qed nagħmlu dan kollu? Il-Ministru qed jgħid li jien gdibt u sejjer hekk bil-karti li għedt li nsterqet is-saħħa. Jien għedt hekk? Jiena għedtha? Għedt u ngħid lilek, int fost dawk il- ħallelin li sraqtu s-saħħa. Il- Qorti tal-Appell li inti għadek kif għedt li taċċetta l-ġudizzjoni tagħha qalet li l-ogħla esponenti tal-Gvern Laburista, f 'kollużjoni ma' Vitals u Steward, għamlu fi tliet istanzi mqar frodi kontra l-poplu Malti u Għawdxi, qabel ma ngħatat il-konċessjoni, waqt li kienet qed tingħata u wara. Hemm tliet rapporti tal-awditur ġenerali illi jidħlu fid-detall ta' dan. Staqsejtni dwar l-€400 miljun. Klawsola 17 tat-tielet rapport tal-awditur ġenerali tgħid li l-ammont li kien tħallas over and above is-salarji kien ta' €268,600,000. Fis-sentejn ta' wara tħallsu €150 miljun. Kollox bejn wieħed u ieħor €416 miljun. Stat ta' fatt. Meta l-Qorti tal-Appell qed tgħid li kien hemm din il-kompliċità bejn l-ogħla esponenti tal- gvern, qed tgħidilhom il-Qorti tal-Appell li huwa stess għadu kif qal issa li noqogħdu fuqha, anke l-arbitraġġ il-gvern straħ fuqha. Qed tgħid li kien hemm ippremeditat li qatt ma kien hemm l-intenzjoni li jinbnew dawn it-tliet sptarijiet, li jitlestew dawn il-proġetti imma biss illi jinsteraq il-poplu Malti u Għawdxi. Mhux talli għedtha, talli nibqa' ngħidha b'saħħa ikbar u meta trid ġib is-sentenza tal-Qorti tal-Appell u għid li lill- imħallfin jekk humiex jgħidu l-verità. Il-flus li ngħataw lil Stewards, dawn offrew servizz lura lin- nies? AD: Ħa ngħidlek x'qal l-arbitraġġ paġna 173 "the tribunal article 943: the tribunal appreciated Dr Zarb Adami at the hearing as a serious and respected professional. His main criticism is that Steward did not intervista IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 06 "Int fost dawk il-ħallelin li Dibattitu dwar il-konklużjonijiet tal-arbitraġġ fil- każ Stewards fuq Xtra. Saviour Balzan jiddiskuti ma' Owen Bonnici u Adrian Delia Owen Bonnici u Adrian Delia fuq Xtra "Din kienet konċessjoni li ma waslitx għar- riżultati li xtaqna" - Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025