Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541680
maltatoday | SUNDAY • 30 NOVEMBER 2025 LEAVE MISCARRIAGE LEAVE 1. Se jkunu qed jingħataw sebat ijiem leave tax-xogħol, mingħajr telf ta' paga, u li se jkun imħallas kollu mill-Gvern. 2. Il-leave se jkun qed japplika għall-korriment tat-tqala li jseħħ qabel t-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa; u se jkun qed jingħata mhux biss lill-mara, iżda anke lill-partner tagħha. Dan il- leave se japplika għall-koppji irrispettivament jekk humiex miżżewġin jew le, u anke lil koppji tal-istess sess. 3. Ħaddiema li jaħdmu għal rashom (self-employed) se jkunu wkoll intitolati għal dan il - leave, u se jitħallsu skont il-paga medjana, ekwivalenti għad-doppju tal-paga minima nazzjonali. Il-leave se japplika għall-ħaddiema kollha f'Malta, inkluż dawk li jaħdmu full time u anke part time kemm fis-servizz u s-settur pubbliku u kif ukoll dawk fil-privat. Dawk part- time se jitħallsu fuq bażi pro-rata. 4. Biex wieħed japplika għal dan il-leave se jintalab ċertifikat mediku mingħand ġinekologu. Iċ-ċertifikat m'għandux jinkludi dettalji dwar il-każ partikolari jew dwar x'wassal għall-korriment. L-istess ċertifikat għandu japplika wkoll għall-partner tal-mara. 5. Koppji li se jgħaddu minn din l-esperjenza se jiġu offruti wkoll sapport psikoloġiku mingħajr ħlas, provdut minn Positive Parenting Malta. Dan grazzi għall-ħidma li saret mal- Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal. 6. Min iħaddem għandu jittratta kull każ bl-ikbar kunfidenzjalità, u għal dan l-imsieħba soċjali ħarġu b'linji gwida li se jkunu aċċessibbli online. Minn din il-konsultazzjoni ħarġu tliet (3) punti oħra, li ġew diskussi u implimentati: 1.Ommijiet li jwelldu tarbija mejta wara t-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala ma kienu intitolati għall-ebda forma ta' leave; 2.Ommijiet li jkorru u jwelldu fl-istess sala ġewwa l-Isptar; 3.Leave għall-ġenituri li jġarrbu l-mewt ta' uliedhom minuri. L-EARLY PREGNANCY UNIT Fl-istess konsultazzjoni ħarġu diversi esperjenzi ta' nisa li meta jkorru t-tarbija kienu qed jitpoġġew fl-istess sala ħdejn koppji oħrajn li jkunu għadhom kemm welldu tarbija. Din kienet qed toħloq tbatija żejda u bla bżonn, u għalhekk, saret ħidma flimkien mal- Ministeru tas-Saħħa biex kemm ġewwa l-Isptar Mater Dei u kif ukoll fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex infetħu l-Early Pregnancy Unit, fejn dawn il-koppji issa jistgħu jqattgħu il- ħin tagħhom l-isptar b'dinjità. LEAVE GĦALL-ĠENITURI LI JĠARRBU L-MEWT TA' ULIEDHOM MINURI Fil-preżent ġenituri li jitilfu lill-uliedhom minuri huma intitolati għal ġurnata jew jumejn ta' bereavement leave. Minn din il-konsultazzjoni ħareġ ċar li anke dan il-leave għandu jiġi emendat. Għalhekk, permezz ta' dan il-bereavement leave speċjali: 1. Ġenituri li jitilfu lil uliedhom minuri, jiġifieri tfal ta' taħt it-tmintax-il (18) sena, se jingħataw sebat ijiem leave ta' xogħol, bil-leave addizzjonali jkun imħallas mill-Gvern mingħajr telf ta' paga. 2. Dan il-leave se japplika għal kull tip ta' ħaddiem, kemm dawk fis-settur jew is-servizz pubbliku, dawk fil-privat, dawk fuq bażi full-time u anke part-time. Dawn tal-aħħar se jitħallsu fuq bażi pro-rata. Ħaddiema li jaħdmu għal rashom (self-employed) se jkunu wkoll intitolati għal dan il-leave, u se jitħallsu skont il-paga medjana, ekwivalenti għad-doppju tal-paga minima nazzjonali. TWELID TA' TARBIJA MEJTA WARA T-TNEJN U GĦOXRIN ĠIMGĦA TAT-TQALA Fil-preżent mara li twelled tarbija mejta wara t-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala ma kienet qed tkun intitolata għall-ebda forma ta' leave. Din l-emenda se taghti lok biex min iwelled wara t-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa ikun ukoll intitolat ghal-leave tal-maternità b'mod sħiħ. 1.Bis-saħħa ta' din l-emenda, il-leave tal-maternità se jibda jingħata lill-omm mat-twelid tat- tarbija, li jseħħ wara t-tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala. 2.Din l-emenda ser tapplika għall-ħaddiema kollha, kemm fis-settur u s-servizz pubbliku, dawk fil-privat u kif ukoll dawk self-employed. Il-ħaddiema fuq bażi part-time se jitħallsu pro rata. 3.Se jkun qed jiġi offrut ukoll sapport psikoloġiku, għal dawn il-koppji, provdut minn Positive Parenting Malta. B'hekk, f'kull każ fejn il-mara tkun tqila u titlef it-tarbija waqt it-tqala, kemm hi u anke l- partner tagħha se jkunu intitolat għal-leave partikolari, skont f'liem stadju tat-tqala sseħħ it- telfa. KONKLUŻJONI Dawn huma kollha miżuri intiżi li jsostnu lill-ġenituri jew koppji fl-aktar mumenti sensittivi ta' ħajjithom. Ċertament li din l-għajnuna, kemm finanzjarja u anke psikoloġika, ma ttaffi xejn mit-telfa li jkunu għaddew minnha, iżda flimkien qed ngħaddu messaġġ lil dawn il-familji li huma ma jinsabux waħidhom u jistħoqqilhom ħin ta' mistrieħ u privatezza.

