MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 992 €1.50 IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 INTERVISTA MA' ALEX MUSCAT U RYAN CALLUS FUQ IL-PROBLEMA TAL- POPULAZZJONI PAĠNI 6 - 7 PAĠNA 2 RABJA FIL-QALBA TAL- FORTIZZI LABURISTI Mhux kumbinazzjoni li veterani Laburisti, inklużi eks ministri u deputati parlamentari Laburisti, qed ikunu voċiferi dwar żvilupp propost skont il- policies tal-ippjanar fil-qalba ta' fortizzi Laburisti. Wieħed irid jara jekk dan l-aġir hux se jwassal għal xi azzjoni konkreta min-naħa tal-Prim Ministru Robert Abela. Dan seħħ f 'żewġt irħula, dak ta' Ħaż-Żabbar u taż-Żejtun, fejn personalitajiet bħall-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana u d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba, l-Eks Deputat Mexxej Chris Fearne, u d-Deputati Edward Zammit Lewis u Carmelo Abela semmgħu leħinhom kontra żvilupp propost fiċ-ċentri storiċi ta' dawn iż-żewġt irħula. Iżda l-għajta tagħhom tirrifletti rabja ferm aktar wiesgħa lejn il-kostruzzjoni li qed toħnoq lil Malta u Għawdex kollu, inkluż irħula fejn m'hemmx maġġoranzi Laburisti. Minkejja li l-esponenti wrew it- tħassib tagħhom pubblikament, mhuwiex magħruf jekk dawn hux beħsiebhom jagħmlu pressjoni fuq il-Prim Ministru Robert Abela biex jieħu miżuri konkreti ħalli jiġu mħarsa ċ-ċentri storiċi permezz ta' liġijiet ġodda tal-Ippjanar. F'kull sondaġġ, inkluż ta' Marmara li huwa kkunsidrat bħala viċin il-PL, jidher li t-tħassib ewlieni fost il-pubbliku huwa dwar il-kostruzzjoni u l-ambjent. Turi wkoll li l-proposta għar- riforma fil-liġijiet tal-ippjanar kienu definittivament kontra dak kollu li kien hemm bżonn isir. Il-proposti kienu kkunsidrati bħala rigal lil min jiżviluppa u huwa involut fil-kostruzzjoni. U l-ambjentalisti u s-soċjetà ċivili kienu tkellmu apertament kontra l-gvern dwar din ir-riforma. ARA PAĠNA 3 Il-President Myriam Spiteri Debono tikkritika t-terminazzjoni tal- Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali f'daqqa Fid-diskors annwali ta' Jum ir-Repubblika, il- President ta' Malta tieħu spunt sabiex tiddiskuti kwistjonijiet kurrenti Rabja dwar il-kostruzzjoni fiċ-ċentri storiċi ġewwa fortizzi Laburisti tikxef il-bżonn ta' tibdil fil-policies tal-ippjanar u turi kemm ir-riformi tal-ippjanar kienu żbaljati Myriam Spiteri Debono ILENIA DEBONO Myriam Spiteri Debono, fid-diskors ta' Jum ir-Repubblika kkummentat li t-terminazzjoni tal-mandat tal- Awditur Ġenerali u d-Deputat Awditur Ġenerali flimkien tista' twassal għal kriżi. Mix-xellug: Clyde Caruana, Alex Agius Saliba, Chris Fearne, Carmelo Abela u Edward Zammit Lewis tkellmu kontra żvilupp propost fiċ-ċentri storiċi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 December 2025