MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541991

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Meta jasal fil-belt Bart ħadd ma jifraħ bih billi hu iswed imma jsib ħbiberija mill-alkoħoliku Jim, magħruf bħala e Waco Kid (Gene Wilder), li darba kien l-aktar wieħed ħafif fuq il- pistola. Bl-għajnuna ta' Waco Bart jiskopri li mhux daqshekk ineffiċjenti daqskemm kienu jikkunsidrawh in-nies. Din il-ħaġa tirrabja lill-viljakki li jġibu fil-belt lil Lili Von Shtupp (Madeline Kahn), kantanta bjondija li ebda raġel mhu kapaċi jirreżistiha biex timmina lil dan ix-xeriff li issa qed jagħmel xogħlu kif suppost. Iżda, wara lejl miegħu Lili tinkaram warajh tant li dawn il-korrotti ma jibqgħalhomx mezz ieħor ħlief li jsejħu gangs ta' kriminali biex jassedjaw il-belt u joqtlu lil Black Bart. Bart, megħjun minn Waco, jippjana manuvra brillanti fl- aħħar mumenti. F'parti oħra tad- deżert jibnu belt fittizja bin-nies tal-kartun u bini li fih il-faċċata biss u jdawruha bid-dinamite. B'hekk isalvaw il-belt u lil Bart jibdew iqisuh il-veru eroj ta' kull żmien ta' Rock Ridge. Il-ġlieda grandjuża fl-aħħar isseħħ meta jibqgħu deħlin fl-istudios tal- Warner Bros, u tkompli fit-triqat ta' Hollywood stess. Iż-żewġ kuraġġużi, Bart u Waco jirkbu ż-żiemel u jibqgħu deħlin fil- Grauman's Chinese eatre fejn qed jintwera l-veru film tagħhom, joqtlu lil Lamarr u jsuqu lejn l-għabex, mhux fuq iż-żiemel imma f 'karozza lussuża! Atturi oħra li dehru f 'dan il- film huma Slim Pickens bħala Taggart, id-direttur stess Mel Brooks jidher ukoll f 'parti żgħira bħala Chief tal-Indjani/ Amerikani, Alex Karras fil-parti ta' Mongo, raġel b'saħħa kbira u intelliġenza ta' tifel u Count Basie u l-orkestra tiegħu. L-iscreen play kitibha Brooks ukoll flimkien ma' Richard Pryor li kien attur u anki stand-up comedian u tnejn oħra. Blazing Saddles kien maħruġ minn Warner Bros. bil-ħin ta' 93 minuta. Sal-ġurnata tal-lum jibqa' l-Western (jekk tista' ssejjaħlu hekk) li l-aktar daħħal flus fl- istorja taċ-ċinema. Fuq baġit ta' $2.6 miljuni, l-introjtu kien ta' $119.6 miljuni (somma kbira meta mqabbla mal-preżent). Kien suċċess fenominali! Dan ix-xogħol hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa kummiedji li qatt ħarġu minn Hollywood fosthom, Some Like It Hot, It's A Mad, Mad, Mad, Mad World, e Party u diversi oħrajn. Is- sitwazzjonijiet komiċi, iċ-ċajt kultant spirtu pront, l-andament eżileranti kważi ma jaqta' xejn matul il-film kollu. Jiena rajtu diversi drabi u dejjem allegrani! Dawn huma xi sekwenzi umoristiċi u xeni tassew tad-daħq li għadni nista' niakar. Fil-uħ, wara it, il-cowboys li jkunu qed jissorveljaw u jpoġġu l-linji għall- ferrovija jordnaw lill-ħaddiema suwed biex ikantaw xi kanzunetta minn tagħhom u huma sorprendentement jagħżlu I Get A Kick Out Of You ta' Cole Porter. Meta ċ-ċittadini tal-belt jinġabru bil-banda biex jifirħu bix-xeriff ġdid li għadu ma wasalx, ipoġġu wieħed fil-għoli bit-tromba biex javżahom u jarah ġej biż-żiemel jgħajjat, e Sheriff Is A N..." Il- kelma "nigger" ma tinstemax għax il-banda dlonk bdiet idoqq. Xħin ix-xeriff jara l-antagoniżmu tagħhom, jipponta l-pistoli ma' rasu stess. Bart jitlob l-għajnuna taċ- ċittadini biex jiddefendu l-belt u jfakkarhom li din kienu tawha lil Randolph Scott (protagonist ta' pataun ta' Westerns). Xħin jisimgħu ismu, in-nies jimtlew b'ammirazzjoni u reverenza kbira. Meta jkantaw innu fil- knisja jispiċċaw hekk: "is town is turning into s**t!". Il- cowboys imdawrin ma' mejda jieklu ikla fażola kbira, wara jinfexxu f 'kaxxa infernali ħierġa mill-imsaren tagħhom. Lili Von Shtupp, kantanta Germaniża (li hawn timita lil Marlene Dietrich) tkanta I Am Tired Of Being Admired fost l-għors esaġerat ta' dawk kollha fis-"saloon". Waħedha fil-kamra tas-sodda max-xeriff tgħidlu: "Is it true that you people are gied?" u Bart jgħidilha li veru. L-għada filgħodu, sodisfatta, tlissen dwaru "Oh! What A Man!" u tinkaram warajh. 14 films IL-ĦADD 14 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Blazing Saddles — Kummiedja satirika bla brejkijiet IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Sheriff Black Bart u The Waco Kid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 December 2025