www.illum.com.mt
NRU 993
€1.50
IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025
Nawguraw lill-
qarrejja tagħna
Is-Sena
t-Tajba
IT-TERREMOT
TRUMP
It-Trumpiżmu ħakem u tefa' dell ikrah, mhux biss
fuq l-Istati Uniti, iżda fuq id-dinja, bil-politika tal-
President elett Donald Trump.
Il-President Amerikan sfida s-sewwa magħruf bl-
istil tiegħu bbażat fuq fehma unika u medjokri,
tant li l-interessi tiegħu personali tipikament
issuperaw kollox.
Is-sena 2025 kienet immarkata bil-politika
tiegħu favur tariffi, ibbażati fuq l-ottika ta'
Trump u skont kemm iggosta politiku jew
pajjiż partikolari. Qal li l-Kanada għandha tiġi
ddikjarata l-51 stat tal-Amerka, u li Greenland
trid tkun parti mill-Amerka akkost ta' kollox.
Ferm agħar minn hekk prova jindaħal fil-proċess
demokratiku tal-Unjoni Ewropea u lagħab
logħba perikoluża bil-futur tal-Ukrajna. Kien
kruċjali biex il-ġenoċidju Palestinjan jitkompla
minn Netanyahu u mill-Istat Iżraeljan.
U dan kollu fl-isfond ta' persuna li f'għajnejn
il-pubbliku deher impulsiv, miġnun, u instabbli.
Forsi mingħajr ma ħsibna u bassarna, nissel
kultura politika Trumpista, politika leminija
mnebbħa minn valuri neoliberali u kważi faxxisti.
ARA EDITORJAL PAĠNA 11