MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542274

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 993 €1.50 IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025 Nawguraw lill- qarrejja tagħna Is-Sena t-Tajba IT-TERREMOT TRUMP It-Trumpiżmu ħakem u tefa' dell ikrah, mhux biss fuq l-Istati Uniti, iżda fuq id-dinja, bil-politika tal- President elett Donald Trump. Il-President Amerikan sfida s-sewwa magħruf bl- istil tiegħu bbażat fuq fehma unika u medjokri, tant li l-interessi tiegħu personali tipikament issuperaw kollox. Is-sena 2025 kienet immarkata bil-politika tiegħu favur tariffi, ibbażati fuq l-ottika ta' Trump u skont kemm iggosta politiku jew pajjiż partikolari. Qal li l-Kanada għandha tiġi ddikjarata l-51 stat tal-Amerka, u li Greenland trid tkun parti mill-Amerka akkost ta' kollox. Ferm agħar minn hekk prova jindaħal fil-proċess demokratiku tal-Unjoni Ewropea u lagħab logħba perikoluża bil-futur tal-Ukrajna. Kien kruċjali biex il-ġenoċidju Palestinjan jitkompla minn Netanyahu u mill-Istat Iżraeljan. U dan kollu fl-isfond ta' persuna li f'għajnejn il-pubbliku deher impulsiv, miġnun, u instabbli. Forsi mingħajr ma ħsibna u bassarna, nissel kultura politika Trumpista, politika leminija mnebbħa minn valuri neoliberali u kważi faxxisti. ARA EDITORJAL PAĠNA 11

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 December 2025