MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542365

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

ĠUNJU – Film ieħor epiku hu Masters Of The Universe dwar ġlied bix-xwabel u sħaħar. Animal Friends hu road movie animat kif ukoll b'atturi reali. F'Ġunju ħerġin ukoll Scary Movie 6 u Toy Story 5 u mill- kotba komiks ta' DC Studios Supergirl, il-kuġina ta' Kent Clark/Superman. LULJU – F'dax-xahar nistennew il-krema tas- sajf u fosthom insibu l-film animat Minions 3 dwar dawk l-esseri sofor imqarbin. Disney għandu verżjoni b'atturi veri ta' Moana wara żewġ tentattivi animati ta' suċċess qawwi. Spider-Man Brand New Day jerġa' jlaqqagħna ma' dan is- supereroj. Nistennew bil-ħerqa l-kolossali The Odyssey mill- poema tassew antika tal-poeta Grieg Homer dwar il-vjaġġi ta' Odysseus (jew Ulisse) li wara għaxar snin assedju ta' Trojja, hu u l-ekwipaġġ tal-bastiment tiegħu jgħaddu għaxar snin oħra jiġġerrew u jiltaqgħu ma' avventuri fantastiċi u perikulużi, fosthom Ċiklopi (ġganti b'għajn waħda), sireni li jegħrqu lill- baħrin, saħħara li tbiddilhom fi ħnieżer u Circe li ssir thobbu u tnessih lil martu u lil ibnu. Ma jonsqux il-films tal-biża' wkoll għal dan ix-xahar li huma Shivers u Evil Dead Burn. AWWISSU – Fl-eqqel tas-sajf ħierġa l-kummiedja sfrenata Super Troopers 3: Winter Soldiers u x-xogħol tax-xjenza fittizja Fruitville Street. Is-serje tal-biża' Insidious tkompli bis- sitt episodju li għadu bla titlu. Jason Statham hu l-protagonist ta' Mutiny. Cliffhanger bl-attur Sylvester Stallone nħadem fl- 1993 u issa għandna verżjoni ġdida b'Pearce Brosnan fil-parti ewlenija. SETTEMBRU – F'dax- xahar insibu How To Rob A Bank, naturalment dwar serqa. Clayface, film oskur tal-biża' hu adattament ta' karattru minn DC Comics. Se jkollna wkoll verżjoni oħra ta' Sense And Sensibilty mill-ktieb ta' Jane Austin. Hemm skjerati t-tmien produzzjoni tal-biża' ta' Resident Evil u Forgotten Island, film animat ta' DreamWorks. OTTUBRU – Lesti għall-wiri hemm it-thriller psikoloġiku Verity, il-fantasija animata The Legend Of Aang: The Last Airbender, The Social Reckoning, dramm bijografiku li jikkumplimenta The Social Network (2010), Other Mommy, film tal-biża' u sopranaturali, Street Fighter mimli ġlied bl- arti marzjali, Whalefall dwar bugħaddas li qed ifittex il- kumplament li fadal minn missieru li belgħetu balena u li l-ossiġnu qed jonqoslu, kif ukoll thriller ieħor romantiku sopranaturali, Remain tad- direttur M Night Shyamalan. NOVEMBRU – F'dan ix-xahar insibu The Cat In The Hat film animat, produzzjoni mimlija azzjoni bl-isem ta' Archangel, Ebenezer: A Christmas Carol bl-attur Johnny Depp bħala x-xħiħ Ebenezer Scrooge, episodju ieħor ta' azzjoni The Hunger Games: Sunrise On The Reaping, Focker In Law kummiedja bl-atturi Robert DeNiro u Ben Stiller li tkompli ma' Meet The Parents u Meet The Fockers, wara aktar minn 24 sena. Hexed hu film animat ta' Disney u ieħor dwar renju maġiku, Narnia:The Magician's Nephew. Ovvjament li wħud minn dawn il-produzzjonijiet huma addattati għal żmien il- Milied. DIĊEMBRU – Il-perjodu tal-blockbusters fejn insibu Avengers: Doomsday, sequel ta' Jumanji: The Next Level li għadu bla isem, Dune Part Three, il- films tal-biża' Violent Night 2 u Werwulf u dak animat, The Angry Birds 2. F'din il-lista li żgur se tiżdied, jidher li hemm titlu li jolqtu l-gosti ta' kulħadd. Il-films b'atmosfera oskura, tal-biża u t-twerwir, jidhru li qed jieħdu preferenza u jispikkaw fuq kull ġeneru għax huma mfittxija sewwa, maħduma b'baġits modesti u kważi dejjem irendu profitti tajbin. Il-produzzjonijiet epiċi flimkien ma' dawk animati żgur li se jkomplu jkaxkru l-box office. 14 films IL-ĦADD 4 TA' JANNAR 2026 • illum Carmel Bonnici Films li nistgħu naraw fl-2026 L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Masters Of The Universe

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 January 2026