MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum L-ispazju fuq il-bankini: kif se nipproteġuh? Termini u kundizzjonijiet japplikaw Partiċipanti f'konkors ta' trasformazzjoni organizzat mill-entità Bulletproof urtati għall-mod ta' kif ġew trattati ILENIA DEBONO Parteċipanti fil-konkors annwali ta' trasformazzjoni organizzat mill-entità Bulletproof avviċinaw lil din il-gazzetta hekk kif il-konkors ġie kkanċellat ħabta u sabta. Omar Rababah, student tal-liġi li applika għal din il-kompetizzjoni sabiex jingħaqad f 'komunità ta' nies li jridu jilħqu għan partikolari, tkellem ma' din il-gazzetta dwar l-inġustizzja li affaċċjaw. Hu qal li l-vjaġġ beda billi l-parteċipanti ħallsu €19.90 u iehmu li l-grupp, ikkordinat mill-entità Bulletproof, se jiltaqgħu fl-ewwel ġurnata, fid-90 ġurnata u fil-180 ġurnata mill-vjaġġ ta' sena. Hu spjega li l-ewwel laqgħa saret il-villa tal-Madliena. Kien hemm eċitament fil-grupp ta' fuq Whatsapp mill- parteċipanti u l-vjaġġ beda fuq nota pożittiva. Rababah qal li dan kien l-unika ċaqliq li kien hemm fil-grupp, speċjalment min-naħa tal-organizzaturi. Skont il-parteċipanti, meta kien imiss għal-laqgħa li jmiss, huma kellhom ifakkru lill-organizzaturi li organizzaw xi ħaġa ta' kaaf mil-lum għall-għada u li rnexxielhom jgħaqqdu ammont ta' nies sabiex jattendu imma xorta waħda l-laqgħa ġiet ikkanċellata. Fl-ewwel ta' din is-sena, xi ħadd mill- parteċipanti staqsa jekk kienx hemm xi aġġornamenti u saħansitra wieħed mill- organizzaturi qalilhom li ddeċidew li jikkanċellaw il-konkors hekk kif "il-livell tal-parteċipazzjoni ma kienx għoli biżżejjed sabiex il-konkors isir sura u b'mod ġust." Fost il-parteċipanti urtati kien hemm min kiteb li huma stess kienu qed iġiegħlu lill- organizzaturi jipparteċipaw hekk kif fil- laqgħa tal-180 ġurnata l-organizzaturi qalu li kollox kien miexi sew. Fil-messaġġ tiegħu wieħed mill- organizzaturi qal li l-livell ta' parteċipazzjoni kien baxx iżjed minn kif stipulat fir-regoli. Madankollu, Rababah għarraf lil din il- gazzetta li dawn ir-regoli huma ma rawhom imkien. L-unika referenza għal xi termini u kundizzjonijiet kienu taħt post ta' Facebook minn meta ġie mħabbar il- konkors fejn kien hemm miktub kif se jintgħażel ir-rebbieħ biss. Rababah, flimkien ma' grupp ta' parteċipanti maħruqa oħra, tkellem ma' Bulletproof anke bl-email, iżda l-entità baqgħet tenfasizza l-punt tagħha dwar in-nuqqas ta' parteċipazzjoni min- naħa tal-parteċipanti. Fl-email, il-parteċipanti qalu li ma' kien l-ebda qafas ta' verifikazzjoni, hekk kif ma kienx hemm komunikazzjoni fuq il-biċċa tax-xogħol. Huma saħqu wkoll li mbilli tawhom il-pagament lura, ma jfissirx li kollox tranġa, hekk kif kien hemm "promozzjoni qarrieqa" kif ukoll ċerti parteċipanti li ħadu dan il-konkors bis-serjetà u b'dedikazzjoni kbira. F'korrispondenza oħra mill-organizzaturi, huma saħqu li stennew sal-aħħar biex jaraw jekk il-parteċipazzjoni tiżdiedx, u din skonthom ma saritx. Huma talbu wkoll li din il-biċċa tibqa' privata. Il-parteċipanti għadhom qed jistennew tweġiba mingħand l-entità, u issa rrikorrew għall-Awtorità tal-Konsumatur (MCCAA) sabiex jieħdu dak li skonthom ħaqqhom. ILENIA DEBONO Il-bankini Maltin ilhom jaffaċċjaw invażjoni għal ċertu żmien, u anke din is-sena qamu ħafna lmenti fuq dan minn ħafna msieħba soċjali. L-Ombudsman Parlamentari ħareġ studju fuq dan aktar kmieni f 'Jannar, hekk kif kienu ħafna li semmgħu leħinhom fuq il-biċċa. L-ombudsman qal li kien hemm ħafna li affaċċjaw, kemm lilu, kif ukoll lill-Kummissarju għall- Anzjani fuq il-bżonn ta' bankini aċċessibbli għal nies vulnerabbli bħall-anzjani, il-familji bit-tfal, u n-nies b'diżabbiltà f 'postijiet pubbliċi. Hu qal li din mhijiex kwistjoni ta' kif huma ddisinjati l-bankini imma kwistjoni ta' stabbilimenti tal-ikel li jokkupaw dawn il-bankini, kif ukoll spazji pubbliċi oħra, kemm bl- awtorizzazzjoni, kif ukoll mingħajr, u f 'xi każijiet anke b'mod abbużiv. B'referenza għall-Konvenzjoni tad- Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, hu għamel il-punt li spazji pubbliċi għandhom ikunu aċċessibbli mingħajr assistenza u siguri hekk kif bankini ostakolati jeskludu lil min juża s-siġġu tar-roti, walkers, bastuni, klieb ta' gwida, jew għandhom xi nuqqas ta' viżjoni. Hu spjega li jekk il-bankini huma ostakolati, nies li jkunu għaddejjin bil-mixi jkollhom jinżlu jimxu fit-triq, li appuntu hi xi ħaġa perikoluża. Għalhekk, hu kiteb fuq diversi liġijiet li jipproteġu l-bankini u rrakkomanda emenda għal kapitlu 552 fil-liġi sabiex temanċipa t-tneħħija sfurzata t'affarijiet irregolari. L-ombudsman għamel numru ta' rakkomandazzjonijiet inkluż li l-Awtorità tal-Artijiet tippubblika l-konċessjonijiet kollha li ngħataw fuq art pubblika, li l-istess awtorità tistabbilixxi regolamenti ċari b'żoni mmarkati fuq art pubblika fejn jistgħu jitpoġġew siġġijiet u mwejjed, infurzar iżjed attiv mill- Awtorità tal-Ippjanar u tibdil regolatorji fid-Development Planning Act sabiex jitneħħew affarijiet irregolari. Din il-gazzetta kienet diġà rrappurtat fuq bankini invażati, partikolarment fil-Belt Valletta, u meta tkellimna mar-residenti u s-sidien ta' ħwienet żgħar fil-Belt, qalu li jixtieq ikollhom bankini iżjed aċċessibbli. Min-naħa l-oħra, l-eks sindki rrikonoxxew il-ħtiġijiet tar- residenti u fakkru wkoll li dan huwa indikatur ta' suċċess ekonomiku fenomenali għall-belt kapitali. Aktar kmieni din is-sena, fuq il-grupp ta' Facebook 'Għaqda Residenti Slimiżi', kien hemm post minn mara residenti Tas- Sliema. Hi qalet li l-kabini minn fejn wieħed jista' jixtri biljett għal xi mawra turistika qed jibqgħu jisirqu l-ispazju minn fuq il-bankini Slimiżi. Il-kummenti kienu eku ta' dan is-sentiment b'residenta mħassba oħra li qalet li anke r-ristoranti tal-promenade tal- Istrand huma koroh u jirristrinġu l-bankini għan-nies. Kien hemm min tkellem ukoll fuq il-kiosks li suppost kollha jesponu l-permess. Ħafna residenti qalu li ilhom jitkellmu fuq din il- biċċa u anke kitbu lis-sindku imma qatt ma sar xejn. Fost ilmenti oħra li ilhom jiġu rrappurtati kien hemm waħda fuq ċerti bankini li ilhom fi stat tal-biża' għal snin għal min jimxi fuqhom u f 'periklu li wieħed jiżloq. Is-Sindku ta' Tas-Sliema kkummenta fuq il-bankina fejn qal li din se tittranġa meta joħorġu l-permessi neċessarji u li din il- bankina sofriet din il-ħsara riżultat ta' karozzi li ma kellhomx biżżejjed spazju biex iduru fit-triq. Barra minn hekk, fuq l-istess grupp kien hemm ħafna residenti li tkellmu fuq in-nuqqas ta' immaniġġjar ta' skart, anke min- naħa ta' residenti li jaqbdu u jarmu l-iskart tagħhom fit-triq, anke jekk ma jkunx ġo borża taż-żibel. Gruppi ambjentali u ta' residenti wissew li l-imwejjed u s-siġġijiet fuq il-bankini pubbliċi m'għandhomx jitqiesu bħala dritt, filwaqt li kkritikaw l-approċċ tal-gvern fil- ġestjoni tal-catering fuq barra fi spazji pubbliċi. F'dikjarazzjoni konġunta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Marsaskala Residents Network, Moviment Graffitti, Residenti Beltin, Residenti Melliħin u s-Sliema Residents Association qalu li l-ingaġġ ta' kumpanija privata biex tfassal master plans għar-"riallokazzjoni" tal- imwejjed u s-siġġijiet jirriskja li "jinnormalizza suppożizzjoni aktar profonda u aktar inkwetanti li l-użu kummerċjali privat tal-ispazju pubbliku huwa dritt awtomatiku". Residenti u s-sidien ta' ħwienet żgħar fil-Belt qalu li jixtieq ikollhom bankini iżjed aċċessibbli Screenshots tal-'group chat' li fih il-parteċipanti ġew infurmati li l-konkors kien tħassar (in-numri tal-mobiles ġew mgħottijin għal raġunijiet ta' privatezza)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 January 2026