MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 Il-Forti San Salvatore se jiġi rrestawrat Edwina Grima u Wenzu Mintoff ikkunsidrati wkoll Tifla d-dar wara li tkeċċiet mill- iskola, l-omm tistenna risposti IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dan qalitu l-omm, li tixtieq tibqa' anonima, lil din il-gazzetta. Hi spjegat li l-iskola għandha madwar 40 student li l-maġġoranza tagħhom mhumiex verbali minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Qalet li minn dejjem kien hemm xi problemi żgħar li ma kinux gravi sa barra fejn bdiet tinkwieta bil- kbir, imma rrakkontat ċerti episodji li baqgħu magħha. Hi tkellmet fuq l-agħar kwistjoni, meta waqt żmien il-Milied, it-tifla ġiet id-dar b'differenza fl-imġiba u hi għalqet għajn waħda għax ħasbet li din l-imġiba setgħet kienet sforz il-kundizzjoni tagħha. Madankollu, hi ndunat li t-tifla tagħha ma setgħetx tqum bilwieqfa fuq saqajha, u bdiet tilwi waħda minnhom. Meta ħadet X-Ray ta' sieq it- tifla, indunat li kien hemm ksur f 'għadma ta' sieqha. "It-tabib kien sorpriż għax ma kellha l-ebda tbenġil, allura qalli li t-tifla ma qalgħetx daqqiet imma probabbli lwiet sieqha," hi rrakkontat. Hija qalet li kienet ċerta li ġralha hekk mill-iskola, speċjalment hekk kif il-bidla fl-imġiba bdiet minn meta ġiet mill-iskola. L-omm għamlet rapport mal- amministrazzjoni tal-iskola, u saħansitra ġenituri oħra wissewha li l-amministrazzjoni se tipprova tixtriha bi kliem sabiħ imma hi baqgħet ottimista. Meta l-prinċipal tal-iskola talbet li titkellem mal-omm, tal-aħħar insistiet li jitkellmu bil-fomm. Skont l-omm, waqt il-laqgħa kien hemm preżenti l-prinċipal, wieħed mill-viċi prinċipali, u podjatra. Dawn tal-aħħar kienu difensivi iżda l-laqgħa spiċċat bil-prinċipal tgħid lill-omm sabiex ma terġax iġġib lit-tifla tagħha l-iskola wara li tgħaddilha sieqha. L-omm baqgħet imbellha hekk kif m'għandhiex alternattiva ta' edukazzjoni għat-tfal tagħha. Hi spjegat li meta kellha t-tifla tagħha fi skola primarja oħra ġiet rakkomandata għall-iskola ta' San Miguel għal tfal b'diżabbiltà li sservi bħala ċentru tar-riżorsi wkoll. Minbarra San Miguel, l-omm kienet pruvat tapplika għal skola primarja oħra fejn irriutat lit- tifla għar-raġuni li m'hemmx biżżejjed LSEs sabiex it-tifla tirċievi l-attenzjoni adekwata. Hi qalet li din il-problema kienet riflessa wkoll f 'San Miguel fejn LSE waħda kienet tieħu ħsieb żewġ studenti f 'daqqa, fejn fi skejjel oħra b'iżjed studenti, normalment LSE waħda tieħu ħsieb student wieħed. Dan ma kienx l-unika inċident li tkellmet fuqu l-omm, fejn qalet ukoll li kienet għamlet rapport meta t-tifla tagħha ġiet id-dar minn fuq it-trasport bil-pram imkisser. It-tifla ma timxix fuq saqajha waħidha, allura tirrikjedi pram speċjalizzat li mhuwiex irħis, imma l-omm qalet li forsi għax kellu tliet snin dan il-pram allura għalqet għajn waħda. Kien hemm darba oħra fejn it-tifla, li bħalissa qiegħda f 'fażi fejn tesplora s-sensi tagħha, bdiet tgerrem biċċa tal-plastik mill-pram u kif niżlet minn fuq it- trasport tal-iskola, l-omm indunat li kienet qed tifga fuq il-plastik u l-għalliema qalu li ma ndunawx. Barra minn hekk, l-iskola topera wkoll bħala ċentru ta' riżorsi għall- istudenti b'diżabbiltà u suppost toffri terapija essenzjali għal dawn it-tfal. L-omm qalet li qatt ma rċivew dawn is-servizzi ta' terapija, li jiswew xi €40 s-siegħa mill-privat. L-omm qalet li l-amministrazz- joni rriutat dawn l-akkużi kollha, u wara l-inċident li fih it-tifla kis- ret sieqha għamlet rapport mal- pulizija, tkellmet mal-ministeru għall-edukazzjoni, l-Ombudsman, u anke mal-Federazzjoni ta' Organ- izzazzjonijiet għan-Nies b'Diżab- biltà f 'Malta (MFOPD), fejn minn dawn kollha rċeviet risposta biss mingħand l-MFOPD u dewmien mingħand il-persuna responsab- bli fil-ministeru rigward tentufiet żgħar. Għalissa t-tifla għadha d-dar sakemm tirkupra mill-ksur, bl- omm tistenna mingħand l-iskola li għalkemm keċċiet it-tifla tagħha bil-fomm, għadha tirċievi aġġornamenti bl-email dwar l-iskola. Din il-gazzetta bagħtet lill- Ministeru għall-Edukazzjoni għal kumment iżda għadha qed tistenna risposta. L-amministrazzjoni tal-iskola San Miguel f 'Pembroke rriutat l-akkużi kollha Il-gvern ħabbar illi se jikseb lura u jirrestawra lill-Forti San Salvatore fil- Kalkara wara snin ta' telqa u abbandun. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela waqt attivita' politika li saret nhar il-Ġimgħa f 'Bormla, fejn qal li l-forti se jinkiseb mill-privat sabiex jiġi rrestarwat bl-għan illi jsir spazju pubbliku miuħ. Abela kien qiegħed jitkellem f 'attivita' sabiex ifakkar is-sitt snin anniversarju mill-bidu tal-irwoli tiegħu bħala Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista. Fid-diskors, huwa sostna li l-forti huwa wirt uniku mitluq illi issa se jintradd lill-familji għall-użu tagħhom. Qabel ma tħabbret din l-aħbar, l-għaqda non-governattiva Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara ħarġet stqarrija flimkien mas-segretarju parlamentari Glenn Beddingfield fejn qalet illi hemm il- bżonn ta' azzjoni urġenti sabiex il-forti jiġi salvat mill-qerda. Il-Forti San Salvatore jinsab bejn il- Birgu u l-Kalkara u nbena mill-Ordni ta' San Ġwann fl-1724 bħala parti mill-Linji tal-Kottonera. Il-forti serva bħala kamp tal-priġunieri tal-gwerra matul is-seklu għoxrin u ntuża wkoll sabiex jinżammu dawk internati mill-Gvern Ingliż minħabba suspett ta' simpatiji lejn l-Irredentiżmu Taljan, fosthom Nerik Mizzi. Fl-1958, il-Prim Ministru Dom Mintoff beda jikri dan il-forti lill-Pressed Concrete Limited; il-kumpanija ta' ħuħ Raymond Mintoff; illi bdiet tħallas £100 f 'kera kull sitt xhur. Fl-1982, il-forti sar proprjeta' privata wara li ġie tterminat iċ-ċens. Fl-2015, għadd ta' għaqdiet non- governattivi kienu għamlu s-suġġeriment illi l-forti għandu jintuża sabiex jospita kampus għall-Universita' Amerikana ta' Malta bħala alternattiva għas-sit taż- Żonqor. Il-Forti San Salvatore jinsab bejn il-Birgu u l-Kalkara u nbena mill-Ordni ta' San Ġwann fl- 1724 (Ritratt: Fort Finder/Conrad Neil Gatt) IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Jekk Scerri Herrera ma tiġix aċċettata, l-eqreb persuna li tkun viċin l-aspirazzjonijiet taż-żewġ partiti ewlenin hija l-Imħallef Edwina Grima; imħallef li wriet kapaċijiet fil-karriera tagħha, kif ukoll approċċ matur f 'ħafna deċiżjonijiet kontroversjali. Isem ieħor li qed jissemma huwa l-Imħallef Wenzu Mintoff, individwu li bbrilla fil-pożizzjoni tiegħu u wera ħiliet uniċi. Hu pprova jibgħat messaġġ lill-PN b'kummenti politiċi kontra Joseph Muscat u Keith Schembri f 'waħda mid-deċiżjonijiet tiegħu. Għalkemm huwa kkunsidrat bħala naturali għal din il-kariga, mhux ċert kemm huwa ppreferut miż-żewġ partiti. Mintoff, apparti li huwa n-neputi tal-Perit Mintoff, kien deputat f 'isem il-Partit Laburista u fundatur u chairperson tal-Alternattiva Demokratika. Qabel ma sar ġudikanti kien reġa' lura bħala attivist mal-Partit Laburista.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 January 2026