MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum Innovazzjoni li tikkumbatti l-prezzijiet tal-kera In-nuqqas ta' ndħil fl-affarijiet tal- Amerka huwa sagrosant, tgħid lettriċi tar-relazzjonijiet internazzjonali Pjattaforma ġdida li tqabbad is- sidien tal-propjetà direttament ma' min irid jikri, qed tiġġenera ħafna nteress għax tagħmel il- proċess tal-kiri ħafna eħfef - u irħas. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mas-sid tal-pjattaforma Rent for Less, Raffaele Pace. Pace kien jaħdem bħala aġent ibigħ il-propjetajiet meta hu nnota li s-suq tal-propjetà sar mimli aġenti, fejn is-suq kien sar tant mgħaġġel li l-attenzjoni li l-aġent jagħti lill-klijent wieħed bdiet tiddeterjora. "L-ispejjeż għall-ammont ta' xogħol li kien qed isir ma kienx ġustifikat. Għalhekk jien ħriġt bl-idea ta' Rent For Less, bl-idea li nqabbdu s-sidien direttament ma' dawk li jridu jikru mingħajr il-problemi kollha li ħoloq is-suq tal-kiri," spjega Pace. Hu qal li minn dejjem xtaq jibda xi ħaġa għal rasu li tkun ta' għajnuna għan-nies, u allura peress li kien aġent l-idea ġiet b'mod naturali. L-għan tal-pjattaforma huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż għaż-żewġ naħat sabiex il-proċess tal-kiri jsir eħfef. Hu qal li s-sit iħalli lil dawk li jikru fil-libertà li jfittxu l-propjetajiet li jridu b'kuntatt dirett mas-sid, u kif il-proċess tal-kiri jkollu inqas spejjeż, il- prezzijiet tal-propjetà tonqos. Hu spjega li s-sit jaħdem fuq qafas ta' abbonament bi spiża għas-sidien li tiswa ferm inqas minn kemm wieħed iħallas aġent tradizzjonali kif ukoll iżjed flessibbiltà. "Hekk kif il-pjattaforma għadha tibda, bħalissa qed inħallu l-ewwel 100 propjetà li jittellgħu fuq is-sit b'xejn, xi ħaġa li forsi nestendu jekk ikun hemm esiġenza għaliha." Is-sit ilu jeżisti biss tliet ġimgħat u jappella għal kulħadd li qiegħed ifittex post u jixtieq inaqqas l-ispejjeż. Il-loġika tal- pjattaforma hija waħda faċli immens sabiex tkun aċċessibbli anke għal min mhuwiex daqshekk intiż fid-dinja diġitali. Hu spjega li t-tir fl-immedjat huwa li l-messaġġ joħroġ għand is-sidien sabiex tikber il- pjattaforma u l-għażla għal min jixtieq jikri. Pace qal li fil-futur hemm l-idea li dan is-sit jestendi anke f 'setturi oħra, jekk ikun hemm esigenza u aktar sapport. L-interprenditur avviċina din il-gazzeta wara l-istudju tal-għaqda Solidarjetà fejn ir- riżultati sabu li s-suq tal-kiri privat qed iħalli numru ta' familji f 'sitwazzjoni finanzjarja prekarja. ILENIA DEBONO Il-President Amerikan Donald Trump ilu jokkupa post fil- ġurnali internazzjonali minn meta ħa l-ħatra għat-tieni mandat tiegħu. Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-lettriċi tal-Università ta' Malta, Valentina Cassar - li għamlet ir-riċerka għad-dottorat tagħha fuq il-Kulturi Strateġiċi Nukleari tal-Istati Uniti tal- Amerka u r-Russja – dwar il-ħtif tal-President Venezwelan Nicolás Maduro. Cassar innutat li t-tneħħija ta' Maduro saret wara li l-amministrazzjoni Amerikana żiedet il-kritika u l-azzjonijiet tagħha kontra Maduro fuq it- traffikar tad-droga lejn l-Istati Uniti, kwistjoni problematika li ilha ġejja għal diversi snin li qajmet tħassib fuq il-gvern awtoritarju b'nuqqas ta' demokrazija u ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Hi qalet li l-aġir tal-Amerka lejn il-Venezwela juri r-rinaxximent tal- Monroe Doctrine, twemmin li beda mill-President Amerikan James Monroe bit-twemmin li l-Ewropa mhux se terġa' tikkolonizza l-kontinenti Amerikani, li matul iż- żmien intużat bħala ġustifikazzjoni minn aministrazzjonijiet Amerikani dwar interventi fl- Amerka Latina. "Hawnhekk, il-miri huma l-istabbiltà fir-reġjun, governanza tajba, il-prevenzjoni tal-migrazzjoni lejn l-Istati Uniti, il-koperazzjoni kontra l-kriminalità transnazzjonali u t-traffikar tad-droga, u li tinżamm barra l-influwenza u l-indħil ta' pajjiżi oħrajn, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat l-aċċess tal-Istati Uniti għall-assi u supply chains." Barra minn hekk, Cassar waslet għall-konklużjoni li dawn l-azzjonijiet huma kif l-Amerka qed tasserixxi l-influwenza tagħhom f 'dan ir-reġjun sabiex jipproteġu l-prijoritajiet u l-interessi tagħhom li jinkludu tħassib fuq iż-żieda fl-influwenza taċ-Ċina f 'fora internazzjonali. Hi tkellmet fuq ir-reazzjoni tal-komunità internazzjonali fuq il-ħtif ta' Maduro, fejn ħafna pajjiżi li ma kinux favur ir-reġim ta' Maduro appellaw għar-rispett tad-dritt internazzjonali u tas- sovranità mingħajr kundanna fuq l-azzjonijiet ta' Trump. "In-nuqqas ta' ndħil fl-affarijiet interni tal- Istati Uniti huwa meqjus bħala sagrosant." Hi spjegat li l-infurzar tad-dritt internazzjoni jiddependi wkoll mir-rieda tal-Amerka li josservawh u jinfurzawh, li tiġi influwenzata minn fatturi politiċi. Meta mistoqsija għal xiex, minn aspett akkademiku, hija taħseb li Trump għażel li jipperseguta lid-dittatur Maduro imma mhux dittaturi oħra bħal Vladimir Putin u Benjamin Netanyahu, hi qalet li tiddependi fuq l-isfond tar- relazzjonijiet bejn l-istati. Cassar tat kuntest għal dawn ir- relazzjonijiet u l-istorja warajhom fejn l-Istati Uniti għandha relazzjoni storika qrib ta' Iżrael fejn dejjem raw li l-pajjiż ma jkunx iżolat, anke meta kien hemm amministrazzjonijiet Amerikani li ma qablux ma' Iżrael evitaw li jieħdu pożizzjonijiet pubblikament kritiċi. Madankollu, ir-relazzjoni bejn l-Amerka u r-Russja hija aktar delikata, speċjalment minħabba li ż-żewġ pajjiżi għandhom armi nukleari li jintużaw sabiex isikktu konfronti diretti bejn iż-żewġ stati. Hi nnutat li Trump għamel diskussjonijiet diretti mar-Russja, xi ħaġa li l-predeċessuri tiegħu ma tantx għamlu, imma r-relazzjoni tagħhom xorta tibqa' waħda inċerta, kemm minħabba l-pussess diġà msemmi tal-armi, kif ukoll il- gwerra fl-Ukrajna. Imbagħad ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u Maduro għandha numru ta' fatturi inkluż id-dinamiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, il-kapaċitajiet ekonomiċi u militari tagħhom, u d-distanza bejniethom. Barra minn hekk, Cassar qalet li t-tneħħija ta' Maduro serviet bħala tfakkira għall-mexxejja awtoritarji fir- reġjun tas-saħħa li għandu Trump sabiex ikunu aktar koperattivi mat- talbiet tal-Istati Uniti. Hi spjegat kif iż-żejt, minbarra l-potenzjal ekonomiku tiegħu, se jsaħħaħ l-influwenza ġeopolitika tal-Istati Uniti hekk kif hu jista' jikkontrolla l-aċċess għaż-żejt tal- Venezwela għal pajjiżi oħra inkluż iċ-Ċina. "Dak li għad irid jigi kkwantifikat hija l-ispiża tal-rikostruzzjoni tal- infrastruttura taż-żejt tal-Venezwela sabiex din issir aktar aċċessibbli u vijabbli għall-kumpaniji tal- enerġija biex iwettqu l-investimenti meħtieġa u jibbenefikaw fuq medda ta' żmien. Dan għandu jiġi indirizzat, mhux biss l-aċċess għall-Istati Uniti, iżda wkoll li jiġi żgurat li r-riformi politiċi, legali u soċjoekonomiċi neċessarji jitwettqu," għalqet Cassar. Il-lettriċi Valentina Cassar tiddiskuti l-azzjonijiet riċenti ta' Trump u r-riperkussjonijiet tagħhom fuq il-komunità internazzjonali María Corina Machado (fuq), il-mexxejja tal-Oppożizzjoni fil- Venezwela, tat il-midalja tal-Premju Nobel għall-Paċi li rebħet lill-President Amerikan Donald Trump Xellug: Il-lettriċi Valentina Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 January 2026