Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti "Meta jintilfu, titlef il-fatti " II-Hyrox: Sport mhux tas-soltu maħbub minn ħafna F'dinja mgħarrqa b'manipulazzjoni, soundbites, u rabja fuq il-media soċjali, produzzjoni teatrali ġdida toffri kritika qawwija u preċiża tal-pożizzjoni skomda tal- media f 'realtà iperpolitika u ipersoċjali. Imwaqqaf prinċipalment f 'kamra tal-aħbarijiet li qed tissielet biex tibqa' teżisti, 'Press Mute' jesplora kif il-fatti jiġu ffiltrati, l-istejjer jindifnu u l-fiduċja tal-pubbliku tixxaqqaq, hekk kif l-algoritmi jiddettaw dak li naraw u nħossu. Id-diżinformazzjoni u l-għeja mill-media jiltaqgħu f 'din is- satira urġenti, fejn ħadd mhu immuni – lanqas il-verità. Ibbażat fuq il-kunċett ta' "ġurnaliżmu ħaj", 'Press Mute' jneħħi l-purtiera minn fuq il- korruzzjoni politika, ix-xiri tal- influwenza fil-media u t-tnaqqir tar-responsabbiltà pubblika. B'interazzjoni diretta mal- udjenza, id-dramm iċajpar il-linja bejn osservatur u parteċipant, u jirrifletti dinja fejn ilkoll kemm aħna nsibu ruħna parti mill- istorja, irridu jew le. Id-dramm jgħaqqad azzjoni diretta, elementi multimedjali u interazzjoni mal-udjenza biex jistaqsi: meta l-għadab isir divertiment, min jikkontrolla n-narrattiva? Miktub u mmexxi mill-editur u ġurnalist Herman Grech u prodott minn Udjenza, id-dramm se jintwera għal sitt iljieli fi Spazju Kreattiv, St James Cavalier, mill- 20 ta' Frar 'il quddiem. Grech, li xogħlijiet riċenti tiegħu jinkludu De-terminated u ey Blew Her Up, jgħaqqad l-esperjenza u l-immedjatezza ġurnalistika tiegħu fi produzzjoni li titkellem direttament maż- żminijiet tagħna. Id-dramm f 'att wieħed jinkludi ħames ismijiet magħrufa sew fuq il-palk u fil-media Maltija: Mark Laurence Zammit, Michela Farrugia, Davide Tucci, Philip Leone Ganado u Trudy Kerr. Il-produzzjoni tifforma parti mill-istaġun speċjali tal- anniversarju ta' Udjenza taħt id-direzzjoni artistika ta' Toni Attard, li qed jiċċelebra ħames snin ta' ħolqien artistiku. 'Press Mute' huwa appoġġjat mill- Kunsill Malti għall-Arti u prodott b'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv. Għal aktar informazzjoni żur www.udjenza.com. ILENIA DEBONO Dzintra Grech hija atleta li tipprattika u tgħallem l-isports tal-Hyrox u l-OCR. Grech tkellmet ma' din il-gazzetta fuq dawn iż-żewġ sports mhux konvenzjonali. Grech bdiet il-miġja tagħha mill-isport tal-OCR – Obstacle Course Racing – sport li jinkludi ħafna attività fiżika sabiex taqbeż ċerti ostakli. Mill-OCR, hija tħajret għal sport u sfida oħra fejn hemmhekk bdiet tipprattika l-isport tal-Hyrox. Il-Hyrox hija tellieqa li tinkludi tmien eżerċizzji differenti b'ġirja ta' kilometru bejn kull eżerċizzju. Kemm individwi, kif ukoll gruppi ta' żewġ minn nies jistgħu jipparteċipaw. Illum il-ġurnata, Grech hija midħla ta' dawn iż- żewġ sports u kkompetiet f 'tal- inqas 20 tellieqa bejn l-2024 u l-2025. Riċentement, Grech ġiet fl-ewwel post fit-tellieqa tal-gruppi tal-Hyrox ta' Verona flimkien mal-atleta l-oħra Katrina Cuschieri, u fis-sitt post fl-istess tellieqa tal-individwi. Bħala kowċ, hi qalet li dan l-isport ratu jikber fil-popolarità f 'Malta. "Bħala kowċ, rajt kull età jippruvaw dan l-isport, individwi, koppji u hija sabiħa ħafna meta tara kemm dawn it-tip ta' sports qed jikbru f 'Malta," qalet Grech. Bħala atleta, hi qalet li l-Hyrox huwa sport għal qalbha ħafna imma xorta baqgħet tipprattika l-OCR hekk kif hi tippreferi sfidi ġodda, kif ukoll varjetà u versatilità fit-taħriġ tagħha sabiex hi dejjem tibqa' ssaħħaħ il-ħiliet tagħha u tapprezza l-isports li tħobb tagħmel. Grech tatna ħarsa lejn l-iskeda tagħha bħala atleta, bħala kowċ, u anki minn aspett personali. "Il-ġurnata tiegħi tibda bit- training tiegħi stess, imbagħad nibda l-coaching u nlesti għax- xogħol tal-uffiċċju," hi spjegat. Wara dan, hi qalet li tmur id- dar u ssajjar għall-familja qabel ma' terġa tmur il-gym sabiex titħarreġ għaliha nnifisha, terġa' tikkowċja, u titħarreġ naqra oħra. Normalment, Grech qalet li tasal id-dar war t-8:00 p.m. fejn tagħmel xi faċendi tad-dar li hi qalet fortunatament issib għajnuna u appoġġ mir-raġel u mit-tifel tagħha. Imbagħad Grech fit-tlielaq issib appoġġ mill-atleti oħra li tikkompeti magħhom fi tlielaq tal-gruppi. Hi qalet li tieħu gost ittellaq fi gruppi ta' tnejn, avolja dan joffri l-isfidi tiegħu wkoll li jiġu affaċċjati bi strateġija qabel it-tellieqa. Hi qalet li waqt li tkun qed ittellaq, l-iżjed ħaġa importanti fuq moħħha tkun li hi tlesti, jiġri x'jiġri. "Infakkar lili nnifsi kemm ħdimt sabiex nasal hawn, kemm qomt kmieni, is-sagrifiċċji u l-konsistenza maż-żmien." Grech qasmet li din it-tfakkira tgħinna meta tasal f 'mumenti ibsin hekk kif ifakkruha li hi qiegħda hemm għal raġuni waħda: sabiex tuża kulma taf fit-tiġrija, bis- sodisfazzjoni li hi għamlet l-almu tagħha. Hi qalet li qabel ma tibda xi tellieqa, hi tisma' xi poddati li jfakkruha fuq ix-xogħol kollu li għamlet sabiex waslet fejn qiegħda llum il-ġurnata. Hi spjegat kif l-iktar parti tal- biża' fit-taħriġ tagħha kienet meta qelbet mill-ġiri għat-tul għal ġiri f 'distanzi iżgħar li jfisser taħriġ kompletament differenti. Għal Grech dan fisser li kellha tagħmel eżerċizzji ġodda li servew ta' sfida li għenuha ssir atleta iżjed b'saħħitha u iżjed versatili. Id-dramm jgħaqqad azzjoni diretta, elementi multimedjali u interazzjoni mal-udjenza (Ritratt: Edward Degabriele) Il-Hyrox hija tellieqa li tinkludi tmien eżerċizzji differenti

