MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Ozzy Lino jħabbar Singathon ta' 48 siegħa sabiex iqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali Għidli naqra: Il-Band Thy Legion F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha L-isem tal-band Thy Legion ġie ispirat minn diska ta' Dark Funeral, Thy Legion Come ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? Fl-2004 ingħaqadna erba' persuni li kellna l-istess gosti fil-mużika, speċifikament il-metal estrem, u bdejna naħdmu biex noħorġu materjal oriġinali tagħna. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Iva, konna diġà nafu lil xulxin, peress li, apparti l-imħabba għall-istess ġeneru ta' mużika, konna niltaqgħu Coconut Grove ġewwa Paceville. Kif għażiltu l-isem tal-band? L-isem tal-band Thy Legion ġie ispirat minn diska ta' Dark Funeral, Thy Legion Come. Apparti li għoġobna kif jinstema', ħassejnieh adattat perfettament għall- identità mużikali li bdejna noħolqu. Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? L-aktar proġett li għandna għal qalbna huwa l-aħħar album li ħriġna, bl-isem Grand Cosmic Funeral. X'inhu l-pass li jmiss? Bħala pass li jmiss, qed inħarsu lejn diversi festivals madwar l-Ewropa, kif ukoll il-ħruġ ta' aktar mużika ġdida. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? L-ikbar sors ta' ispirazzjoni tagħna huwa l-aspett mudlam u eżoteriku tal- ħajja, flimkien mal-esperjenzi personali li wieħed jgħaddi minnhom. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Nemmen li x-xena mużikali lokali tgħin ħafna lill-artisti fil-bidu tal- vjaġġ tagħhom, billi toffri l-esperjenza meħtieġa sabiex wieħed ikun jista' jagħmel il-pass li jmiss, inkluż li jdoqq barra minn xtutna. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Bħala pajjiż ċkejken u bil- limitazzjonijiet li għandu, pjuttost hawn ħafna bands u artisti ta' kull ġeneru u ma narawx wisq x'tibdil għandu jsir. Il-kantant magħruf Ozzy Lino se jagħmel Singathon notevoli ta' 48 siegħa sabiex iqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali. Organizzata b'kollaborazzjoni mal-Caritas, l-Assoċjazzjoni tas-saħħa mentali, Għawdex, il-Fondazzjoni Richmond, u ċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, l-avveniment se jsir mis- 6 sat-8 ta' Frar 2026 fis-Sala tal- Planetarium, Esplora, Villa Bighi, il-Kalkara. Is-Singathon ta' 48 siegħa se jkun avveniment ta' stamina unika li jgħaqqad il-mużika live, l-istamina, u l-komunità għal kawża ġusta. Ozzy Lino se jkanta live u bla waqfien għal 48 siegħa, ikanta kull kanzunetta huwa stess u akkumpanjat minn lineup li jinbidel ta' kantanti u mużiċisti mistiedna. Waqt din il-maratona se jkun hemm ukoll artisti lokali oħra li se jakkumpanjaw lil Ozzy Lino. Dawn se jiġu mħabbra fil-ġranet li gejjin. "Dan mhuwiex kunċert – huwa test tal-ispirtu uman," qal Ozzy. "Li tkanta għal 48 siegħa jirrikjedi aktar minn stamina vokali. Hija sfida kontra l-għeja, l-emozzjoni, u l-limiti fiżiċi tal-ġisem." Matul l-isfida ta' jumejn, Ozzy se jaffaċċja sigħat kwieti, żidiet qawwija fl- adrenalina, u mumenti ta' dubju, u se jibqa' jkanta. Kull nifs, lirika, u korda se jkunu xhieda għar- reżiljenza u l-iskop. Min-naħa tagħha, Pauline Camilleri, President tal-Mental Health Association Gozo qalet: "Il-Mental Health Association Gozo (MHAG) tinsab kuntenta li qed tipparteċipa f 'dan is- Singathon ambizzjuż ta' 48 siegħa ma' Ozzy Lino, flimkien ma' żewġ organizzazzjonijiet komunitarji oħra, fi sforz konġunt biex jinġabru fondi u titqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali madwar Malta u Għawdex. Alison Sciberras, Communications Manager ta' Richmond Foundation, irringrazzjat lil Ozzy Lino f 'isem il-Fondazzjoni għal din l-inizjattiva brillanti u talli inkluda lil Richmond Foundation bħala kollaboratur, ġest li huwa apprezzat ferm. Marica Cassar, PR u Fundraising Manager ta' Caritas Malta, irringrazzjat lil Ozzy u lit-tim tiegħu għal din l-inizjattiva, li għandha żewġ tifsiriet importanti għal Caritas. Bħalissa hija miuħa sejħa għall-voluntiera biex jassistu matul is-Singathon. Dawk interessati li jingħaqdu mat-tim ta' appoġġ jistgħu japplikaw fuq: https://www. ozzylino.com/join-the-team Il-pubbliku huwa mħeġġeg jattendi dan l-avveniment biex jappoġja lil Ozzy Lino u lill-entitajiet l-oħra. Fil-ġranet li ġejjin ser jiġi mħabbar il-mod ta' kif wieħed jista' jagħti d-donazzjonijiet tiegħu. Ozzy Lino se jkanta live u bla waqfien għal 48 siegħa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 January 2026