Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542676
It-tielet film li Disney ħadem fir- Renju Unit kien e Sword And e Rose li juri porzjon mill- istorja Ingliża fi żmien is-saltna tar-Re Enriku VIII. Għar-raba' film tiegħu, Disney għażel eroj ieħor, din id-darba Skoċċiż, mexxej ta' ġgajta ta' nies familjari mill-Għoljiet Skoċċiżi li ġġieldu kontra t-tirannija tar-Re George I tal-Ingilterra biex pajjiżu jikseb l-indipendenza. Dawn l-aħħar żewġ produzzjonijiet ma tantx irnexxew u e Sword And e Rose ma kien addattat xejn għat-tfal li rawh tedjanti. Direttur ieħor li sar popolari ma' Disney kien Don Chaffey li ħa t-tmun tal-film Greyfriar's Bobby (1961) u wara dderieġa sebgħa oħra għal dan il-ġenju. James Nielson ukoll idderieġa diversi films għal Disney però kollha fl-Istati Uniti tal-Amerka. Beda bil-film Dr. Syn: Alias e Scarecrow (li kontemporanjament miegħu ħareġ mill-kumpanija Ingliża Hammer Films, li kienu jispeċjalizzaw f 'dawk tal-biża', wieħed intitolat Captain Clegg (U.S. Night Creatures) b'atmosfera xi it skura aktar addattat għal tfal maturi. Meta Walt Disney ma setax ikun preżenti għall-iffilmjar tal- films tiegħu f 'Denham Studios ta' Buckinghamshire kien iħalli lill- produttur Perce Pearce jissorvelja kollox. Disney kien jafdah b'għajnejn magħluqa għax kulħadd kien persważ li Pearce kien raġel onest. Bħala Direttriċi tal-Arti hu kien jafda kollox f 'idejn Carmen Dillon li kienet taf bl-amment fejn jinsabu l-oġġetti kollha li għandha bżonn biex tarma s-sett qabel jibda jinġibed il-film. Xi informazzjoni utli u qasira fuq il-films Brittaniċi ta' Disney hi din: Treasure Island (1950) kien l-ewwel film tiegħu li ma kellux sekwenza waħda animata. Ibbażat minn fuq il-ktieb klassiku u verament popolari tal-awtur Skoċċiż Robert Louis Stevenson, l-atturi kienu Robert Newton bħala l-pirata terribbli Long John Silver li tassew qaxxar din il-parti, imma li jkollu grazzja mat-tfajjel Jim Hawkins (Bobby Driscoll) fuq vjaġġ bil- bastiment mimli pirati, suppost baħrin, biex ifittxu teżor moħbi fuq gżira 'l bogħod u diżabitata. Spikkat sewwa l-fotografija eżkwiżita ta' Freddie Young u t-tpinġijiet tal- "matte artist" Peter Ellenshaw fuq il-ħġieġ ta' xtajtiet kollha blat u riħ tal-kosta Ingliża u l-ambjent lussuż kollu ħdura tal-gżira tat- teżor. Stevenson kiteb din l-istorja fl-1883 u dehret għall-ewwel darba fl-1908. Matul iż-żmien Treasure Island inħadem għal fuq il-liżar ċinematografiku aktar minn tmien darbiet; kien hemm ukoll verżjoni Sovjetika u oħra Kanadiża għat-TV fl-1947. Fl-1951 ħarġet verżjoni oħra dwar l-eroj tal-folklor Ingliż Robin Hood bit-titlu e Story Of Robin Hood And His Merrie Men. Is- suċċess ta' Treasure Island, sena wara ħajjar lil Walt Disney biex f 'Denham Studios jerġa' jirxoxta lil dan il-karattru li fiċ-ċinema kien sar popolari immens, barra l-pajjiż, bil-film Amerikan e Adventures Of Robin Hood tal-1938 bl-attur Errol Flynn. Din id-darba l-parti ħadimha l-Ingliż Richard Todd mhux neċessarjament bħala xi glorjuż invinċibbli, iżda aktar bħala baħbuħ ordinarju u kien juri biċ- ċar li kien qed jieħu gost jaħdimha. F'din l-avventura robusta dehru wkoll Joan Rice bħala Maid Marian, il-maħbuba tiegħu, Peter Finch ikun il-kattiv Xeriff ta' Nottingham, James Hayter bħala Friar Tuck li spikka fi ġlieda amikevoli bil-bsaten fuq tavla fuq ix-xmara kontra Robin Hood, b'dan tal-aħħar jaqa' fl-ilma u James Robertson Justice fil-parti ta' Little John. Richard Todd spiċċa biex reġa' ħadem il-parti ewlenija fiż-żewġ films ta' wara ta' Disney u minn hawn sar attur aktar imfittex u rinomat. Fl-1952 wasal e Sword And e Rose. F'dan id-dramm bil-kostum Richard Todd għandu l-parti ta' Charles Brandon il-maħbub ta' Mary Tudor (Glynis Johns) li hi oħt ir-Re Enriku VIII li jrid iżewwiġha mal-veteran Re ta' Franza. Anki l-malinn Duka ta' Buckingham (Michael Gough) tefa' għajnejh fuqha. Hawn reġa' impressjona lill-artist Peter Ellenshaw li jpinġi fuq il-ħġieġ. Kważi l-istess grupp ta' atturi dehru f 'Rob Roy (1953) bis-sottotitlu ta' e Highland Rogue. Din il-produzzjoni dwar il- leġġendarju gwerrier Skoċċiż Rob Roy MacGregor (jerġa' Richard Todd), maħrub mil-liġi u sħabu qed jiġġieldu kontra l-ħakma dittatorjali tar-Re Ingliż George I. Minħabba skript batut, dan il-film ma tantx intlaqa' tajjeb. Ħadmu wkoll James Roberston Justice, Michael Gough u Finlay Currie. Xi films oħra li parti minnhom inħadmet fir-Renju Unit, aktarx bil-flus li Disney kien baqagħlu fil-banek huma: e ree Lives Of omasina (1964), Kidnapped (1960) u Blackfriars Bobby (1961). Il-it produzzjonijiet li Disney ħadem fil-Gran Brittanja kienu magħmulin bil-galbu, diretti professjonalment u b'ekwipaġġi eċċellenti. Dawn ix-xogħlijiet taw gost lill-ġenerazzjoni sħiħa bi stejjer eċitanti u żgur li se jibqgħu jiddevertu lit-tfal tagħhom u lit-tfal tat-tfal. 14 films IL-ĦADD 18 TA' JANNAR 2026 • illum Carmel Bonnici Walt Disney – minn Burbank għal Londra L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Story of Robin Hood Rob Roy

