Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542823
intervista IL-ĦADD 25 TA' JANNAR 2026 • illum 06 'Importanti li jkun hemm attitudni "Il-liġijiet elettorali u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal- kostituzzjonijiet iridu jaqblu fuqhom il-gruppi fil-parlament u għalissa huma żewġ partiti għax bħalissa s-sistema elettorali ma tantx tiftaħ it-toroq għal formazzjonijiet oħra." Inti kont esprimejt opinjoni skjetta fuq il-ħtieġa li nħarsu fil-fond lejn il-bżonn li nkunu aktar rappreżentattivi għal dak li qed jiġri f 'pajjiżna. X'inhuma l-ħsibijiet tiegħek fuq il-bżonn ta' riforma elettorali? Jiena minn tfuliti dejjem emmint li trid tifrex u tagħti l-għażliet. Fejn daħlu liġijiet elettorali, meta beda jkollna test ta' elezzjoni wara oħra fejn qisu bdiet tonqos il-konkorrenza tal-pubbliku li jivvota, dik tibda tħassbek. Nemmen ħafna li din parti minn duttrina soċjo-politika, u forza tal-pajjiż hija n-nies u l-għażla ta' min imexxihom. Irridu naraw is- sitwazzjoni f 'pajjiżna. Biex tmiss il-liġijiet elettorali jrid ikun hemm il-klima neċessarja. Il-liġijiet elettorali u oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kostituzzjonijiet iridu jaqblu fuqhom il-gruppi fil- parlament u għalissa huma żewġ partiti għax bħalissa s-sistema elettorali ma tantx tiaħ it-toroq għal formazzjonijiet oħra. Dan is-suġġett filli nsemmuh u filli le. Dan miegħu marbut mar-riformi kostituzzjonali li jrid ikollok il- klima biex dawn jaslu. Il-liġi elettorali partikolari, fl-aħħar sena tal-legiżlatura ma naħsibx li hu ż-żmien biex jitħarrku l-liġijiet elettorali jiġifieri fil-preżent. Jekk din se niħduha bis-serjetà, din trid issir wara elezzjoni ġenerali. Meta bdew jissemmew dawn ir-riformi taħt il-Presidenza tal- Emeritu George Abela, jiena m'emmintx li din bilfors għandha ssir. Jekk m'intix tipproponi li minn kostituzzjoni parlamentari tmur għal waħda presidenzjali, anke dak it-titlu bombastiku tat- tieni repubblika. Jien nemmen li tista' taqbad biċċa biċċa. Inti sena ilu kont għedt fuq il-kundizzjoni tal- parlamentari Malti. Għaliex ma nistgħux nimxu fuq dan il-kunċett li ntejbu l-kundizzjonijiet tal- parlamentari? Jien naħseb li ħafna drabi dawk il-passi li jwassluna biex dawn niddiskutuhom u naraw fil-bogħod mhux dejjem ikollna dak l-impenn li jsiru. Pereżempju din tal-parlametari, din in-nies hemm barra kif se jarawha? Nistgħu nfehmuhom li hemm diversi raġunijiet li dawn għandhom jiġu kompensati sabiex l-ewwel prijorità tagħhom tkun il-kostitwenza. In-nies irridu jimu. Għax il- parlamentari jibżgħu mill-kritika tan-nies, hekk kif għandek min qed jiġġebbed biex ilaħħaq ċertu spejjeż u l-parlamentari se jgħollu r-remunerazzjoni tagħhom. Din trid tfiehem hemm barra li din tista' tkun deterrent hemm barra illi bniedem ma jdabbarx rasu għax iħossu m'għandux dak li għandu bżonn il-parlamentari, imma jrid ikun hemm sinerġija qawwija għax il-poplu trid tfiehmu li għall-aħjar tiegħu u tal- istat. Jien naraha li n-nies jistgħu jimu ħażin. Meta kien hemm diskussjonijiet fuq ix-xogħol privat tal-parlamentari, ingħad li dawn ikollhom għażla jkomplux bix-xogħol privat jew ikollhomx biżżejjed u jkunu full-time. Din tirrikjedi diskussjoni wiesgħa u profonda li qatt ma bdiet. Mhux il-paga biss, li jkollhom anke l-għajnuniet, pereżempju riċerkaturi. Illum din bżonjuża imma ilu jinħass il-bżonn minn mindu sirna membru fl-UE b'dawk l-imberkin regolamenti li jiġu minn żmien għal żmien u li dawn anke jridu jidħlu wkoll fil- liġijiet tagħna. Dan l-aħħar, inti indirizzajt l-ambaxxaturi u qajjimt punt li l-liġi internazzjonali għandha tkun il-bibbja tagħna fuq kif naġixxu għax inkella nitilfu l-boxxla. X'ridt tgħid bih dakinhar dal- kliem? Dakinhar ovvjament saret bl-iktar mod formali parti mill-protocol. Imma l-punti li għamilt hemm, fid-diversi ġranet nazzjonali li l-president tattendi u titkellem, dawn ħarġu b'xi kliem differenti skont is- sitwazzjoni, imma inti li tħares lejn il-liġi internazzjonali bħala bibbja weħidha mhijiex biżżejjed. Importanti li jkun hemm attitudni u rispett għaliha. U li jekk inti teħodhiex kejl morali li int jekk veru temmen fil-paċi u fl-armonija bejn il-ġnus, inti din trid tirrispettaha. Ma tridx tirfes fuq ċerti limiti. Is-sovranità. L-integrità. Il-karta tal-Ġnus Magħquda twieldet wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Anke din hemm bżonn li nerġgħu nduruha. Diffiċli eh, għax il- veto tal-Kunsill tas-Sigurtà u skont l-iżviluppi din naraw li hi kważi impossibbli. Inti llum ara kemm għandek membri tal- Ġnus Magħquda. Dawn kollha, il-kolonji tal-Afrika, ħadu l-independenza tagħhom fis- sittinijiet, anke l-Indja. Dawn ma kinux hemm qabel. Meta għandek xenarju li nbidel, ovvja li jrid ikollok ċerti tibdiliet. Anke l-ewwel waħda, li ma naħsibx li hija l-aktar waħda diffiċli. Temmen li Malta qed tkun voċifera bħalissa fil-kuntest internazzjonali? Jiena nemmen li għalkemm aħna żgħar, aħna fil-Ġnus Magħquda mis-sittinijiet konna strumentali. Il-politika tagħna jekk tara kif inhi Magħquda, minn wara l-indipendenza dejjem żviluppat fuq il-linji tal-paċi fost il-ġnus. Anke l-kostituzzjoni tgħidha. Meta daħħalna l-liġi bil-kunċett tal- wirt komuni tal-bniedem, dan il-kunċett qed jiġi applikat għall-ispazju. Kellimni fl-1988 u tajna l-linja li hemm bżonn nieħdu ħsieb il-klima. Għad hemm lok, imma ovvjament fir-realtà ta' kuljum, pajjiż jista' jkun ikbar minn Malta, irid ukoll jara illi ma jirfisx kallijiet minn fejn jiddependi l-għejxien, l-iżvilupp u l-ekonomija tal- poplu. Għaliex dawn huma kollha għaġna waħda. Irid ikun hemm ċerta kawtela, imma iva hemm lok fejn inkunu fuq quddiem. Fuq XTRA, Saviour Balzan jitkellem mal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono

