Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147
Il-mudell ta' tkabbir ekonomiku ta' Malta qed joqrob lejn il-limiti tiegħu, hekk kif il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) wissa li l-istrateġija attwali bbażata fuq tkabbir fil-volum qed toħloq pressjonijiet dejjem akbar fuq l-infrastruttura, is-suq tax-xogħol u s-servizzi pubbliċi. Fir-rapport tiegħu dwar Malta, l-IMF irrikonoxxa t-tkabbir ekonomiku impressjonanti ta' Malta, iżda nnota li l-mudell ekonomiku attwali bbażat fuq il-kwantità ta' ħaddiema "qiegħed jilħaq il-limiti tiegħu minħabba restrizzjonijiet tal-infrastruttura, iż-żieda fid- densità tal-popolazzjoni, u swieq tax-xogħol stretti." Għaldaqstant, ir-rapport enfasizza l-ħtieġa għal "bidla strateġika lejn espansjoni mmexxija mill-produttività." Ir-rapport kompla jenfasizza li Malta ma tistax tibqa' tiddependi fuq influss kontinwu ta' ħaddiema barranin sabiex issostni t-tkabbir tal- ekonomija, filwaqt li nnota li l-pajjiż issa għandu densità ta' popolazzjoni li hija 15-il darba akbar mill-medja tal-Unjoni Ewropea. F'kummenti lil din il-gazzetta, l-ekonomista JP Fabri qal li r-rapport tal-IMF juri ċar li, minkejja li s-sistema finanzjarja u l-prestazzjoni ekonomika ta' Malta jibqgħu b'saħħithom, il- pajjiż qed jaffaċċja limitazzjonijiet strutturali li ma jistgħux jiġu injorati aktar. Skontu, il-mudell li wassal għat-tkabbir qawwi tal-aħħar snin issa qed joħloq tensjonijiet reali fuq l-ekonomija u s-soċjetà. Fabri nnota li d-densità għolja tal- popolazzjoni, is-suq tax-xogħol dejjem aktar strett u l-pressjoni fuq l-infrastruttura jfissru li l-mudell tradizzjonali ta' tkabbir ibbażat fuq iż-żieda fil-volum qed jilħaq il-limiti tiegħu. Huwa spjega li s-suċċess ekonomiku nnifsu qed ipoġġi pressjoni fuq oqsma ewlenin bħall- akkomodazzjoni, it-trasport, is-servizzi pubbliċi u l-kapaċità ambjentali. Skont Fabri, ir-rapport tal-IMF jaġixxi bħala sinjal ċar li Malta tinsab f 'mument ta' għażla strateġika. www.illum.com.mt NRU 998 €1.50 IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 2 PAĠNA 6 MALTA MWISSIJA LI L-MUDELL EKONOMIKU JRID JINBIDEL L-IMF IWISSI LI L-MUDELL TA' TKABBIR EKONOMIKU TA' MALTA QED JILĦAQ IL-LIMITI TIEGĦU MINĦABBA PRESSJONIJIET FUQ L-INFRASTRUTTURA U S-SUQ TAX-XOGĦOL, FILWAQT LI ĦAFNA JAPPELLAW GĦAL BIDLA LEJN TKABBIR IMMEXXI MILL-PRODUTTIVITÀ U ATTIVITAJIET TA' VALUR OGĦLA INTERVISTA MA' REBECCA BUTTIGIEG U GRAZIELLA ATTARD PREVI Malta ma tistax tibqa' tiddependi fuq influss kontinwu ta' ħaddiema barranin sabiex issostni t-tkabbir tal-ekonomija Wara l-paroli, l-istudji u l-isforzi kollha tal-gvern biex inaqqas in- numru ta' karozzi minn fuq it- toroq, il-Ministru tat-Trasport Chris Bonett issa ħabbar li s-sidien tal-vetturi bi pjanċi ħomor se jitħallew jużaw il-vetturi tagħhom mill-Ġimgħa filgħodu minflok il- Ġimgħa filgħaxija. Dan kollu wara li sema' s-suġġeriment li għamillu 'raġel jismu Joseph', Bonett qal fuq Facebook. Huwa spjega li ħafna mekkaniċi mhumiex miuħa nhar ta' Sibt, u dan jagħmilha diffiċli għas-sidien ta' vetturi bi pjanċi ħomor sabiex iwettqu tiswijiet jew manutenzjoni meħtieġa fuq il-vetturi tagħhom. Li dawn il-vetturi jitħallew fit-triq mis-7am nhar ta' Ġimgħa, minflok mis-6pm, jagħti lis-sidien aktar flessibbiltà sabiex jaċċessaw il- mekkaniċi, Bonett qal li l-miżura l-ġdida se tidħol fis-seħħ il-ġimgħa d-dieħla. S'issa, vetturi u muturi bi pjanċi ħomor kienu permessi fit-triq biss nhar ta' Ġimgħa filgħaxija, is- Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi, u kienu meħtieġa li jinżammu f 'garaxx matul il-ġimgħa. Vetturi bi pjanċi ħomor issa fit-toroq mill- Ġimgħa filgħodu Grazzi għal 'raġel jismu Joseph'
