Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-istorja ta' ikona mużikali Malti: Dino Mifsud Lepre Il-gazzetta ILLUM titkellem mad-drummer u kitarrist Dino Mifsud Lepre ILENIA DEBONO Dino Mifsud Lepre, artist li libes ħafna kpiepel differenti fix-xena mużikali lokali, qasam l-istorja tiegħu ma' din il-gazzetta. Hu rrakkonta l-istorja tiegħu mill-bidu fejn hu twieled u trabba f 'familja li tgħożż l-arti, inkluż il-mużika, b'ommu ddoqq il-pjanu kif ukoll tpinġi, tagħmel il-fuħħar u tinteressa ruħha fil- fotografija. Missieru kien idoqq il-kitarra wkoll b'ziju minnhom idoqq id-drums. Dan l-ambjent rabba interess f 'Mifsud Lepre li kompla jikber meta sab imħabba għal bands bħal Black Sabbath, The Police, Bob Marley, u oħrajn. Mifsud Lepre beda bħala kitarrist imma meta beda l-ewwel band tiegħu Victims of Creation, kitarrist diġà kien hemm imma mhux drummer, allura dar għad-drums. "Id- drums minn dejjem kien strument li jaffaxxinani u minn dejjem kont it-tip li ma' kwalunkwe mużika, kont nispiċċa nħabbat il-lapes jew il- pinna mar-ritmu ta' dak li nkun qed nisma'." Bħala drummer, hu qal li għandu numru ta' drummers favoriti inkluż Bill Ward mill-band Black Sabbath, u Mitch Mitchell mill-band Jimi Hendrix. Barra minn hekk, hu qal li għandu ċerta ispirazzjoni minn ġeneri differenti inkluż ir-Reggae u l-Iska. Hu qal li jagħmel distinzjoni bejn ispirazzjoni u emulazzjoni billi jieħu ideat u jaddattahom għall- mużika tiegħu. Hu tkellem fuq il-kariera mużikali tiegħu fejn qal li hi diffiċli sabiex jagħżel proġett li jista' jgħid li hu l-favorit tiegħu. Hu qal li hu dejjem daq għax jieħu gost jaqsam il-ħin tiegħu ma' ħbieb veru li japprezza u jħoss konnessjoni mużikali magħhom. "Dak kollu li għamilt s'issa kien dejjem għax ħadt gost nagħmlu u anke għax kelli bżonnu, għax b'xi mod il-mużika għalina ħafna mid-drabi hi anke żvog u mod kif toħroġ dak li hemm ġo fik," qal Mifsud Lepre. Hu qal li kien hemm gruppi fejn ma laħaqx jirrekordja xi xogħol magħhom inkluż Lithomancy, Griffin Device u Deluge of Shadow. Madankollu, kellu ċans jirrekordja ma' bands oħrajn inkluż The I SKAndal, żewġ albums ma' Xtruppaw, żewġ albums ma' Victims of Creation, żewġ albums ma' Pilgrimage u xogħol ieħor ma' Hemplifier. Barra mix-xogħol ta' Mifsud Lepre ma' numru ta' bands rinomati Maltin, huwa kkontribwixxa għax-xena b'modi oħra. Hu beda festival tal-mużika Reeferfest li għall- bidu kienet debutt live għall- band Hemplifier. Fil-fatt l-istess band baqgħet torganizza l-festival stess, li waslet fis- sitt edizzjoni. Hu spjega li dan il-festival huwa mezz ta' kif nies fid-dinja tal-mużika lokali jagħmlu kuntatti ġodda ma' bands barranin li huma interessati jdoqqu f 'Reeferfest. Ġieli dawn il-kuntatti jwasslu għall-exchange-gigs fejn bands barranin idoqqu Malta u dawk Maltin idoqqu barra, hu spjega. Mifsud Lepre qal li hu dejjem iħares 'il quddiem b'ħafna ideat imma mhux dejjem ikunu jistgħu jissarrfu f 'arti minħabba li jsibha diffiċli sabiex jittraduċi dak li jkun f 'moħħu bl-istrument. Hu qal li bħalissa l-bands li hu attiv fihom, Hemplifier u Pilgrimage, qed jaħdmu fuq diski ġodda u li jdoqqu kemm jistgħu barra minn Malta, li hi xi ħaġa diffiċli minn aspett finanzjarju. "Dak li jmiss hu dejjem dak li għamilt s'issa – iktar records u iktar kunċerti barra minn Malta." L-artist ta rendikont tal-istorja tax-xena mużikali lokali li ilu fiha mit-tmenijiet. Hu qal li bejn it-tmeninijiet u d-disgħinijiet hu jiftakar iżjed għaqda fix- xena fejn kulħadd kien jappoġġa lil kulħadd. Hu qal li minn ċerti aspetti, l-internet għen minn aspett ta' konoxxenza fuq ix-xena. Hu spjega li llum l-internet qed jgħin anke gruppi żgħar li għadhom jibdew isibu segwaċi. Hu argumenta wkoll li l-internet qed jgħażżen ħafna nies u anke naqqas l-attendenza għall-kunċerti, u l-band tista' biss iżżomm introjtu sostenibbli bil-merchandise. Hu spjega kif il-pandemija kompliet tnaqqas l-attendenza fil-kunċerti. "Sa qisu għaxar snin ilu, kulħadd kien ikun qed jistenna bil-ħerqa għall-kunċert, jew fi żmieni anke sempliċement 'Rock Night'." Mifsud Lepre ħa spunt sabiex jirrikonoxxi l-midja u kif din qed tgħin bands żgħar isemmgħu leħinhom u The Garage, post li dejjem ta spazju sabiex kwalunkwe grupp jew artist idoqq il-mużika tiegħu. Fuq nota pożittiva, hu qal li l-livell tal-bands lokali kompla jikber ġmielu b'iżjed mużiċisti bravi u rikonoxxuti, iżjed recording studios u sound engineers li qed itejbu bil-kbir il-livell tal-kunċerti. Hu għalaq billi appella li jekk in-nies iridu li din il-mużika tibqa' ħajja, irid ikun hemm sapport mingħand in-nies, u tiżdied l-attendenza fil-kunċerti. Dino Mifsud Lepre beda bħala kitarrist imma dar għad-drums meta beda l-ewwel band tiegħu Victims of Creation u diġà kien hemm kitarrist "Id-drums minn dejjem kien strument li jaffaxxinani u minn dejjem kont it-tip li ma' kwalunkwe mużika, kont nispiċċa nħabbat il-lapes jew il- pinna mar-ritmu ta' dak li nkun qed nisma'"

