MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Dame Agatha Mary Clarisse Christie, imwielda Miller u magħrufa bħala Lady Mallowan, twieldet fil-15 ta' Settembru 1890 u mietet fit-12 ta' Jannar 1976 fil-għomor ta' 85 sena. Saret rinomata ma' kullimkien bħala waħda mill-aqwa kittieba partikolarment fil-ġeneru ta' rakkonti misterjużi. Din l-awtriċi Ingliża mwielda f 'Torquay, Devon kitbet 66 novella tal-investigaturi (detectives) u kollezzjoni ta' 14- il storja qasira dwar id-detectives fittizju Belġjan, Hercule Poirot u dwar Miss Marple. Christie ġiet imlaqqma Queen of Crime. Hi trabbiet f 'familja sinjura tal-ogħla klassi medja u ħadet l-edukazzjoni tagħha kważi dejjem mid-dar stess. Fil-bidu tal-karriera tagħha kellha sitt novelli konsekuttivi li ma rawhomx tajbin biex jiġu ppubblikati. Fl-1920 dan ix- xenarju nbidel totalment bil- ktieb The Mysterious Affair at Styles li malajr ġie ppubblikat u li fih deher għall-ewwel darba l-investigatur raffinat Hercule Poiroit. L-ewwel raġel tagħha kien Archibald Christie li żżewwiġha fl-1914 u ddivorzjaw fl-1928. Fl-1926 mietet ommha u għal 11-il ġurnata sħiħa sparixxiet minn kullimkien, avveniment li qajjem sensazzjoni internazzjonali li wassal biex inħadem film dwar dan li se nsemmih aktar 'il quddiem. Matul iż-żewġ gwerer serviet bħala ners fi spiżeriji ta' xi sptarijiet fejn saret intiża ferm fil-kwalitajiet tal- veleni, esperjenza li użat spiss f 'ħafna stejjer tagħha. Kienet kitbet ukoll sitt novelli taħt il- psewdonomu Mary Westmacott. Wara li żżewġet lill-arkeoloġista Max Mellowan fl-1930, għaddiet diversi xhur kull sena f 'siti ta' skavi fil-Lvant Nofsani u anki użat din l-esperjenza ġdida f 'xi rakkonti tagħha. Meta xi ħadd isemmi l-isem tagħha u anki jekk ma jkunx ammiratur taċ-ċinema żgur li jiġih f 'moħħu l-aktar xogħol rinomat tagħha, The Mouse Trap. Din ir-reċta fetħet fil- West End ta' Londra fil-25 ta' Novembru 1952 u għadha ssir b'suċċess sal-preżent, però waqfet temporanjament fi żmien l-imxija tal-Covid-19. In- novella tagħha And Then There Were None hija waħda li l-aktar inbiegħet bi kważi 100 miljun kopja. Ħafna min-novelli tagħha jieħdu l-forma ta' puzzle, li waqt li taqrahom tibda timmaġina kull xorta ta' ingann, però żgur li ma ssibx irkaptu kif il-final se jiżvolġi. Il-films li nħadmu mix-xogħlijiet tagħha aktarx huma dawk li l-iżjed jiżvijawk fl-andament tagħhom u fost l-aħjar insibu Witness For the Prosecution (1957). Qatt ma sar adattament ta' The Mouse Trap għal fuq il- liżar ċinematografiku, fejn jista' jkun hemm xi klawsola li dan ma jistax isir, però maż-żmien ħarġu diversi produzzjonijiet li b'xi mod jimitawh, fosthom Deathtrap (1982), The Last Of Sheila (1973), il-Franċiż 8 Women (2002), Gosford Park (2001), Clue (1985) u See How They Run (2022) li fl-istorja tiegħu jseħħ qtil propju fit- teatru fejn qed issir ir-reċta ta' The Mouse Trap. Agatha Christie kienet membru devot taċ-Church of England, kuljum tattendi l-knisja u ħdejn is-sodda tagħha dejjem żammet kopja ta' ommha tal-ktieb The Imitation of Christ. Wara li telaqha l-ewwel raġel għax beda jħobb lis- segretarja privata tiegħu, hi ma baqgħetx titqarben. Kienet mara ta' għaliha waħedha, tħobb il- kwiet u tobgħod il-folol, ħsejjes qawwija u anki ċ-ċinema. Fl- 1969 waqfet fond biex tgħin lix-xjuħ u t-tfal żgħar. Ir-Reġina Eliżabetta II onorata bit-titlu ta' Dame (DBE – Dame of the British Empire) fl-1971 għall- kontribuzzjonijiet tagħha għal- letteratura. Christie hija l-aqwa kittieba ta' kull żmien li l-istejjer fittizji tagħha l-aktar li nbiegħu kopji – iżjed minn żewġ biljuni. Ħafna min-novelli ta' din l-awtriċi ta' fama mondjali ġew addattati għal fuq il-liżar il-kbir sal-mill-1928. Fost dawn insibu The Passing of Mr. Quinn (1928), mill-Ġermanja Die Abenteurer G.m.b.H. (1929), mill-ktieb The Secret Adversary, Alibi (1931) fejn deher għall-ewwel darba l-karattru tal-investigatur Hercule Poiroit, Black Coffee (1931), minn Franza Le Coffret du Lague (1932), adazzjoni oħra ta' Black Coffee, Lord Edgeware Dies (1934), Love From A Stranger (1937) (U.S. A Night of Terror), And Then There Were None (1945) (a.k.a. Ten Little Indians) u jerġa' Love from A Stranger (1947) (U.K. A Stranger Walks In). Xi wħud minn dawn il-films tal-misteru huma mitlufa u m'għadhomx jeżistu. 14 films IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 • illum Carmel Bonnici Agatha Christie – kittieba rinomata għan-novelli tal-misteru L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Agatha Christie ġiet imlaqqma Queen of Crime

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 February 2026