Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147
05 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 Proprjetà għal first-time buyers dejjem iktar inaċċessibbli bażi regolari speċifikament għax-xiri ta' proprjetà. Stħarriġ tal-Awtorità tad-Djar jixhed li madwar 49% taż-żgħażagħ Maltin jippjanaw li jixtru l-proprjetà tagħhom mingħajr is-sieħba tagħhom, iżda l-proporzjon tal- prezz tal-proprjetà għad-dħul qiegħed imur għall-agħar. Minħabba li l-ispejjeż tad-djar qed jibqgħu jikbru b'rati ogħla mir-rata tat- tkabbir fil-pagi, dan il-proporzjon tela' għal 14.5 fl-2025 minn 14.0 kif kien ġie rreġistrat fis-sena ta' qabel. Dan joħloq sfida partikolari għal dawk ix-xerrejja li għandhom ix- xewqa li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom weħidhom. Inqas Maltin qegħdin isiru sidien ta' djarhom Minkejja li l-ammont ta' persuni li huma s-sidien ta' djarhom qiegħed dejjem jonqos, il-maġġoranza tal-Maltin għadhom jippreferu l-idea li jkunu s-sidien tad-dar tagħhom fuq l-idea li sempliċement jikru proprjetà. Stħarriġ riċenti jindika li 11% biss taż-żgħażagħ Maltin jagħżlu sabiex jikru proprjetà minflok jixtru waħda. L-għajnuna tal-familja għandha rwol kbir f 'dan ir-rigward, billi aktar minn terz ta' dawk li se jixtru l-proprjetà tagħhom għall- ewwel darba jiksbu għajnuna finanzjarja mill-familji tagħhom permezz ta' self informali. Ir-raġuni primarja wara t-tnaqqis drastiku fl-ammont ta' Maltin li huma sidien ta' djarhom hija l-fatt li l-prezzijiet tal-proprjetà qegħdin jiżdiedu b'rati eżorbitanti minn sena għall-oħra. Fil-fatt, il-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b'iżjed mid-doppju mill-2013, tant illi f 'perjodu ta' għaxar snin, il-prezzijiet żdiedu b'125%. Għaldaqstant, appartament illi kien jiswa madwar €100,000 ġie jiswa madwar €225,000 f 'temp ta' għaxar snin. Fit-tielet kwart tas-sena 2025, il-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b'6.88% meta mqabbel maż-żieda ta' 2.15% fl-ewwel kwart tal-istess sena. Statistiċi mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika minn Lulju 2025 juru li l-valur totali tat-tranżazzjonijiet li saru fl-2024 ammonta għal €3.53 biljun; ammont li jirrifletti żieda ta' 8.4% minn snin imgħoddija. Sal-ewwel disa' xhur tas-sena 2025, dan il-valur totali kien diġà laħaq l-ammont ta' €2.89 biljun. Din il-figura tirrifletti qabża ta' 13.4%. Il- lokalitajiet fir-Reġjun tat-Tramuntana tal- Port huma l-iżjed lokalitajiet illi rreġistraw żieda fil-valur tal-proprjetajiet tagħhom, iżda lokalitajiet li jinsabu fin-Nofsinhar ta' Malta u f 'Għawdex qegħdin jirreġistraw żieda fil-valur tal-proprjetà li qiegħda tisboq liż-żieda fil-valur tal-proprjetà madwar l-inħawi ta' Marsamxett. L-affordabbiltà se tibqa' tonqos Minkejja li m'hemm l-ebda dubju li l-għotjiet li ġejjin mill-Iskema tal-First- Time Buyers qegħdin jgħinu sabiex jittaffa l-piż tal-ħlasijiet li x-xerrejja jridu jagħmlu fil-bidu tal-mixja sabiex isiru s-sidien ta' djarhom, il-valur tal-għotja ta' €10,000 se tibda tidher pjuttost żgħira meta mqabbla mar-rati attwali li bihom qegħdin jiżdiedu l-prezzijiet tal-proprjetà. Mill-2023 sal- 2025, il-prezzijiet tal-proprjetà żdiedu b'6% sa 7% fuq bażi annwali, filwaqt li l-għotjiet mogħtija mill-iskema baqgħu eżattament l-istess mingħajr ebda aġġustament għall- inflazzjoni. Għaldaqstant, it-tkabbir kontinwu fil-prezzijiet qiegħed ikompli jissupera l-valur tal-għajnuna li dawn l-għotjiet jistgħu verament jipprovdu għal dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Jekk il-prezzijiet tal-proprjetà se jibqgħu jiżdiedu b'rati annwali ta' bejn 6% u 7%, filwaqt li l-pagi qegħdin jibqgħu jiżdiedu b'pass aktar bil-mod, l-ammont ta' żgħażagħ li se jirnexxilhom jidħlu fis-suq tal-proprjetà mingħajr xi tip ta' għajnuna miżjuda se jibqa' jonqos. Minkejja li l-istatistiċi tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru biċ-ċar li t-tranżazzjonijiet tabilħaqq qed jiżdiedu, huwa wkoll evidenti mill-istess statistiċi l-affordabbiltà qiegħda tkompli tonqos speċjalment għal dawk taħt l-età ta' 35 sena. Il-ħtieġa għal miżuri iktar radikali Taxxa fuq il-proprjetajiet vakanti tista' potenzjalment tgħin biex tittaffa l-kriżi tal-affordabbiltà tal-proprjetà b'mod li l-Iskema tal-First-Time Buyers ma tistax, billi tirrikonoxxi l-ammont ta' proprjetajiet vakanti li mhumiex disponibbli għax- xerrejja fis-suq tal-proprjetà. Skont figuri riċenti, huwa stmat li l-ammont ta' proprjetajiet vakanti jammonta għal aktar minn 25,000. Taxxa fuq proprjetajiet vakanti tista' timbotta lis- sidien sabiex ibigħu l-proprjetajiet vakanti jew sabiex jikruhom, u b'hekk tiġi ssodisfata d-domanda eżistenti għal iżjed provista fis- suq tal-proprjetà. Ir-riżultati ta' miżuri simili li ġew attwati fir-Renju Unit u fil-Kanada juru li l-affordabbiltà tal-proprjetajiet żdiedet b'madwar 5% u 10%. Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat bis-serjetà jekk wasalx iż-żmien li jittieħdu miżuri drastiċi bħal dawn sabiex tiġi affaċċjata l-kriżi attwali tal-affordabbiltà tal-proprjetà f 'pajjiżna. Il-kontribut tas-settur tal-kostruzzjoni għall-ekonomija Minn sena għall-oħra, is-settur tal- kostruzzjoni jammonta għal madwar 4% u 5% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD). Dan ifisser illi s-settur tal-kostruzzjoni għandu rwol sinifikanti fl-ekonomija Maltija anke jekk mhuwiex l-iktar settur illi jsostniha. Lura fl-2021, is-settur tal-kostruzzjoni kien jammonta għal 4.7% tal-PGD skont figuri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika. Fi snin riċenti, huwa evidenti li l-kontribut aħħari li dan is-settur jipprovdi lill-ekonomija qiegħed jonqos gradwalment, hekk kif fis-sena ta' wara, is-settur kien jammonta għal 4.3% tal-PGD. B'mod simili, il-kontribut tas-settur tal-naqas b'1.6% fit- tieni nofs tas-sena 2024 meta mqabbel mal- kontribut tal-istess settur ewwel nofs ta' dik is-sena. Madanakollu, is-settur tal-proprjetà rnexxielu jikber b'6.6% fl-istess perjodu. Barra minn hekk, is-settur tal- kostruzzjoni jiġġenera dħul li jammonta għal iżjed minn €500 miljun fis-sena, u jimpjega direttament iżjed minn 17,000 ħaddiem li jaħdmu xogħlijiet relatati ma' dan is-settur. Meta wieħed jagħti ħarsa lejn il-kontribut tas-settur tal-kostruzzjoni għat-tkabbir tal-ekonomija bejn l-2014 u l-2021, wieħed jirrealizza li s-settur tal- kostruzzjoni kkontribwixxa biss 0.3% għat-tkabbir annwali f 'dan il-perjodu; illi ammonta għal madwar 6.4% kull sena. Dawn il-figuri juru kif is-settur qiegħed isostni lit-tkabbir ekonomiku attwali ferm inqas minn oqsma oħrajn bħalma huma t-turiżmu u s-servizzi finanzjarji, illi ħallew impatt ferm iktar sinifikanti fuq it- tkabbir tal-ekonomija Maltija f 'dan l-istess perjodu. Fattur li jgħin lis-settur tal-kostruzzjoni sabiex iżomm ir-relevanza tiegħu huma t-tranżazzjonijiet relatati mal-proprjetà, billi dawn fatturi illi jżidu d-domanda għal iżjed bini. F'Lulju 2025, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika rrapporta li kienu ġew konklużi 1,266 konvenju, qabża ta' 21.8% meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Fl- istess perjodu, il-wegħdiet tal-bejgħ żdiedu b'15.6%. Anke jekk id-domanda għas-settur għadha waħda b'saħħitha, iż-żidiet fil-prezz tal-materjal u x-xogħol qegħdin jirriżultaw f 'attività iżjed kajmana matul dawn l-aħħar xhur. Is-settur tal-kostruzzjoni għandu rwol sinifikanti fl-ekonomija Maltija anke jekk mhuwiex l-iktar settur illi jsostniha

