MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 analiżi IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 • illum Proprjetà dejjem Bejn l-imħabba ġenwina u r-realtà kummerċjali EMAN FARRUGIA Fl-2022, il-gvern nieda l-iskema tal-First- Time Buyers bħala mezz sabiex jittaffa l-piż finanzjarju fuq dawk l-individwi li jixtru l-proprjetà tagħhom għall-ewwel darba. F'din l-iskema, ix-xerrejja jistgħu jgawdu minn 10,000 fi grant illi jingħata fuq medda ta' għaxar snin, permezz tal- għotja ta' €1,000 fis-sena. Din l-iskema tapplika għal xerrejja li jixtru proprjetà li tiswa inqas minn €500,000 u m'hemm l-ebda bżonn ta' test fuq id-dħul tax- xerrejja. Sa April tas-sena ta' wara, iżjed minn 2,200 xerrej prospettiv kienu diġà applikaw sabiex jibbenefikaw mill-iskema. L-Awtorità tad-Djar approvat l-għotja ta' 2,741 grant għal xiri ta' proprjetà li sar fl-2022 flimkien ma' 361 grant ieħor għal xiri li sar fl-2023. Meta wieħed jikkunsidra l-etajiet ta' dawk li bbenefikaw mill-iskema, jidher illi 73% tax-xerrejja li rċevew grant kienu persuni li kellhom l-età ta' bejn 25 u 34 sena. Statistiċi maħruġa mill-Awtorità tad-Djar juru li 92% ta' dawn il-persuni rċevew l-ammont sħiħ li huma kienu eleġibbli sabiex jirċievu. Statistiċi juru li madwar 66.4% tal-Maltin jirnexxilhom isiru s-sidien ta' djarhom, u dan l-ammont baqa' relattivament stabbli matul snin riċenti. Minn dan l-ammont, 48.1% huma s-sidien ta' proprjetà li mhuwiex qiegħed jitħallas loan fuqu, filwaqt li 27.6% huma s-sidien ta' proprjetà li għadu qiegħed jitħallas loan fuqu. Fil-każ ta' xerrejja żgħażagħ, huwa evidenti li din il-kategorija ta' xerrejja qiegħda tiltaqa' ma' għadd ta' sfidi sabiex finalment jirnexxilhom isiru s-sidien ta' djarhom. Sfidi li jaffaċċjaw ix-xerrejja żgħażagħ Fl-2022, kien stmat illi l-maġġoranza tax-xerrejja jitilqu mid-dar tal-ġenituri tagħhom meta jilħqu l-età ta' 30 sena. Din l-età hija sostanzjalment ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea li hija l-età ta' 26 sena. Huwa evidenti li l-piż qiegħed jinġarr sostanzjalment minn koppji żgħar bit-tfal, hekk kif figuri juru li 27.1% tax-xerrejja li għandhom it-tfal għadhom qegħdin iħallsu s-self fuq il-proprjetà tagħhom. Din il- figura hija sostanzjalment ogħla mill-figura fil-każ ta' xerrejja li m'għandhomx tfal, hekk kif f 'dan il-każ, 18.7% ta' dawn ix-xerrejja qegħdin iħallsu s-self. Fil-każ ta' koppji ffurmati minn dawk li għandhom inqas minn 35 sena u li għad m'għandhomx tfal, 64.3% minnhom huma s-sidien tad-djar tagħhom, u dan il- grupp jinqasam b'mod ugwali bejn dawk li għadhom qegħdin iħallsu s-self fuq il- proprjetà tagħhom u dawk li mhumiex. Minħabba li ż-żieda persistenti fl-għoli tal-ħajja, huma biss nofs iż-żgħażagħ illi jirnexxilhom iġemmgħu l-flus fuq JAELLE BORG Din il-ġimgħa, niċċelebraw Jum San Valentinu, għal ħafna snin simbolu tal-imħabba, tar-romantiċiżmu u tar- relazzjonijiet. Madankollu, hekk kif is- soċjetà nbidlet u l-kummerċ sar dejjem aktar influwenti fil-ħajja ta' kuljum, din il-festa qed tqajjem aktar mistoqsijiet dwar it-tifsira vera tagħha. Il-perċezzjoni ta' Jum San Valentinu llum tidher li tvarja skont l-età, l-esperjenzi personali u l-valuri ta' kull individwu. Vox pop li għamlet din il-gazzetta fost persuni ta' etajiet differenti juri b'mod ċar din id-diverġenza fl-opinjonijiet. Fost iż-żgħażagħ, speċjalment adolexxenti, Jum San Valentinu għadu jitqies bħala okkażjoni speċjali u eċitanti. Għal ħafna minnhom, dan il-jum huwa assoċjat ma' ċelebrazzjonijiet kbar, rigali, uri, ċikkulata u ġesti romantiċi li ħafna drabi jiġu esposti wkoll fuq il-midja soċjali. Din il-ġenerazzjoni tidher li tħaddan l-idea ta' San Valentinu bħala avveniment li għandu jiġi ċċelebrat b'mod viżibbli u memorabbli. Madankollu, anke fost iż-żgħażagħ stess, qed tikber kuxjenza dwar l-aspett kummerċjali ta' din il-festa. Uħud minnhom jirrikonoxxu li hemm ċerta pressjoni soċjali biex wieħed jonfoq flus jew jagħmel affarijiet stravaganti sabiex "ma jibqax lura". Din il-pressjoni ħafna drabi tiġi msaħħa mir-reklamar aggressiv u mill-kontenut fuq il-pjattaformi diġitali, fejn il-paragun bejn relazzjonijiet differenti jsir aktar faċli u aktar frekwenti. Min-naħa l-oħra, persuni akbar fl- età ġeneralment juru atteġġjament aktar kritiku lejn Jum San Valentinu. Għal ħafna minnhom, din il-festa tilfet it-tifsira oriġinali tagħha u saret aktar mezz biex jiġu promossi prodotti u servizzi milli ċelebrazzjoni sinċiera tal-imħabba. Hemm min jemmen li l-imħabba m'għandhiex tkun marbuta ma' data partikolari, iżda għandha tiġi espressa b'mod kostanti tul is-sena kollha, permezz ta' rispett, kura u komunikazzjoni. Din il-fehma hija riflessa wkoll f 'osservazzjonijiet u studji internazzjonali li jindikaw kif Jum San Valentinu sar wieħed mill-aktar jiem profittabbli għas- settur kummerċjali. Negozji li jbigħu rigali, uri, dehbijiet u ċikkulata, kif ukoll ristoranti u lukandi, jaraw żieda qawwija fid-domanda matul dan il-perjodu. Ir- reklamar, kemm tradizzjonali kif ukoll diġitali, spiss jassoċja l-imħabba ma' xiri u konsum, u b'hekk joħloq narrattiva li tħeġġeġ lin-nies jonfqu sabiex jesprimu s-sentimenti tagħhom. Fl-istess ħin, ma jistax jiġi injorat il-fatt li għal ħafna koppji Jum San Valentinu jibqa' okkażjoni sabiħa biex iqattgħu ħin flimkien u jfakkru lil xulxin fl-importanza tar-relazzjoni tagħhom. Għal dawn il- persuni, il-problema mhix il-jum innifsu, iżda kif dan jiġi interpretat u sfruttat mill- kummerċ. Il-vox pop juri għalhekk li Jum San Valentinu llum jinsab f 'nofs kunflitt bejn żewġ realtajiet: minn naħa, festa li għal ħafna għadha ġġorr tifsira emozzjonali u romantika; u min-naħa l-oħra, ġurnata li qed tiġi dejjem aktar dominata minn interessi kummerċjali. Din il-qasma tidher li hija wkoll ġenerazzjonali, b'differenzi ċari bejn kif iż-żgħażagħ u l-anzjani jħarsu lejn il-valur ta' din iċ-ċelebrazzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, il-mod kif wieħed jagħżel li jiċċelebra, jew le, Jum San Valentinu jibqa' deċiżjoni personali. Forsi l-isfida vera hi li l-imħabba ma titħalliex tiġi definita mill-prezz tar-rigali jew mill- aspett viżibbli taċ-ċelebrazzjoni, iżda mill- azzjonijiet u l-valuri li jiġu mħaddna tul is-sena kollha. Vox pop juri kif filwaqt li ż-żgħażagħ għadhom jaraw San Valentinu bħala okkażjoni speċjali, ħafna oħrajn iqisuh bħala festa li saret wisq kummerċjali u li tilfet it-tifsira vera tal-imħabba "Persuni akbar fl-età ġeneralment juru atteġġjament aktar kritiku lejn Jum San Valentinu. Għal ħafna minnhom, din il- festa tilfet it-tifsira oriġinali tagħha." Jidher li qed tikber kuxjenza dwar l-aspett kummerċjali ta' Jum San Valentinu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 February 2026