MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 Minn kundanna għal kundizzjoni: Il-fond ta' Storm Harry u l-U-turns politiċi Abela u Borg f'taħditiet pożittivi dwar il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid ILENIA DEBONO Kien hemm 298 rapport ta' storbju fi stabbilimenti tal-catering fil-Belt Valletta matul l-2015, skont informazzjoni li l-Pulizija ta' Malta tat lil din il-gazzetta. Numru ta' residenti u gruppi soċjali ilhom jitkellmu fuq l-istorbju fil-Belt Valletta, speċjalment wara li għadda l-avviż legali 161 fl-2022 fejn hemm miktub li d-daqq ta' mużika f 'ċerti postijiet kummerċjali fil- Belt imniżżla fl-istess avviż jistgħu jdoqqu mużika sas-1 a.m. u oħrajn anke sas-2 a.m. F'risposta għal numru ta' mistoqsijiet li ntbagħtu lill-pulizija, huma kkonfermaw li matul l-2025 saru wkoll 1,977 spezzjoni mill-pulizija, li 115 minnhom irriżultaw f 'kawża l-Qorti fuq akkużi ta' offiżi rigward storbju. Madankollu, mhux il-pulizija biss jirċievu lmenti ta' storbju, avolja huma l-entità responsabbli mill-infurzar ta' dawn l-ilmenti. Il-grupp Residenti Beltin qalu lil din il-gazzetta li jirċievu numru ta' lmenti, kemm fuq l-istorbju, kif ukoll fuq ostakolazzjoni tal-bankini, krejns u mogħdijiet; nuqqas ta' rispett lejn spazji residenzjali; nuqqas ta' infurzar mill- entitajiet responsabbli. Is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay qal li anke l-Kunsill jirċievi numru ta' lmenti fuq l-istorbju, fost affarijiet oħrajn. 298 rapport ta' storbju fil-Belt Valletta fl-2025 I L - B E L T V A L L E T T A T A Ħ T A S S A L T JAELLE BORG Il-maltempata qawwija magħrufa bħala Storm Harry ħalliet warajha ħsarat estensivi, b'numru ta' negozji jispiċċaw jitolbu l-għajnuna statali biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Iżda dik li bdiet bħala inizjattiva ta' solidarjetà nazzjonali malajr inbidlet f 'kontroversja politika dwar min għandu, u min m'għandux, ikun eliġibbli għall-fond ta' kumpens. Il-qalba tad-dibattitu kienet il-fatt li skont il- kriterji oriġinali mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela, strutturi li jinsabu f 'sitwazzjoni ta' illegalità – fosthom strutturi jew operat mhux regolarizzat – setgħu japplikaw għal kumpens mill-fondi pubbliċi. Dan wassal għal reazzjoni immedjata u qawwija mill-Kamra tal-Kummerċ u partijiet oħra, li kkundannaw dak li sejħu bħala normalizzazzjoni tal- illegalità u nuqqas ta' rispett lejn dawk li ilhom snin joperaw skont il-liġi. Il-Kamra sostniet li politika bħal din toħloq distorsjoni fis-suq u tippremja lil min injora r-regoli, filwaqt li tpoġġi f 'pożizzjoni żvantaġġata lil dawk in-negozji li investew ħin u flus biex jibqgħu konformi mal-liġi. Il-kelliem tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal lil din il-gazzetta li ma jistax jaqbel ma' gvern li "jagħti lil dawk li huma illegali, bħallikieku qed jagħtihom il-barka." Qal li dan joħloq sens li l-liġi ma teżistix jew ma tapplikax għal kulħadd bl-istess mod. Skont Delia, deċiżjonijiet bħal dawn jidhru mmexxija minn kalkoli politiċi aktar milli minn prinċipji ta' governanza tajba. Delia enfasizza li kieku hu kien juża din l-iskema bħala opportunità biex jobbliga lil dawk li jinsabu f 'illegalità sabiex jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom. Skontu, l-għajnuna pubblika għandha tkun marbuta ma' kundizzjonijiet ċari li jsaħħu l-infurzar tal-liġi u mhux idgħajfuha. Il-Ħamis filgħaxija, fid-dawl tal-pressjoni kollha li saritlu, Abela ħabbar bidla fil- pożizzjoni tal-gvern. Huwa qal li n-negozji li jkunu qed joperaw illegalment u sidien ta' strutturi illegali li jixtiequ jibbenefikaw mill-fond ta' Storm Harry jkollhom jirregolarizzaw ruħhom bħala kundizzjoni biex jirċievu l-għajnuna. Din id-dikjarazzjoni ġiet interpretata minn osservaturi politiċi bħala U-turn ċara, hekk kif il-gvern deher li reġa' qies il-pożizzjoni tiegħu wara pressjoni istituzzjonali u politika. Għal xi wħud, dan kien sinjal li l-gvern sema' l-kritika u aġġusta l-politika tiegħu; għal oħrajn, iżda, kien konferma ta' tmexxija reattiva u mhux ibbażata fuq viżjoni ċara mill-bidu nett. Meta Delia reġa' ġie kkuntattjat wara din l-aħħar dikjarazzjoni tal-Prim Ministru, huwa rrimarka li jidher li Robert Abela għal darb'oħra biddel il-pożizzjoni tiegħu. Delia sostna li dan huwa eżempju ieħor ta' deċiżjonijiet li jittieħdu skont kemm huma popolari f 'dak il-mument, aktar milli skont prinċipji konsistenti u rispett lejn il-liġi. Il-każ tal-fond ta' Storm Harry għalhekk fetaħ dibattitu usa' dwar kif il-gvern għandu jibbilanċja bejn l-għajnuna f 'mumenti ta' kriżi u r-responsabbiltà li jżomm standards legali u amministrattivi sodi. Għal ħafna, il-mistoqsija fundamentali tibqa' waħda: għandha l-għajnuna statali tkun att ta' solidarjetà bla kundizzjoni, jew għandha tintuża wkoll bħala lieva biex jiġu indirizzati problemi strutturali u illegalitajiet li ilhom jiġu ttollerati? F'pajjiż fejn il-kredibilità tal-istituzzjonijiet u l-infurzar tal-liġi spiss jitpoġġew taħt skrutinju, il-mod kif il-gvern jindirizza dawn is-sitwazzjonijiet jista' jkun test kruċjali, mhux biss għall-politika ekonomika, iżda wkoll għall-prinċipji fundamentali ta' governanza. Il-kontroversja dwar min għandu jkun eliġibbli għall- fond ta' kumpens ta' Storm Harry kompliet teskala hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela bidel il-pożizzjoni tiegħu Il-każ tal-fond ta' Storm Harry fetaħ dibattitu usa' dwar kif il-gvern iqassam l-għajnuna f 'mumenti ta' kriżi Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg kellhom dak illi ddeskrivew bħala taħditiet pożittivi dwar il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid. It-taħdidiet saru fil-Berġa ta' Kastilja nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Meta tkellem mal-midja, Abela qal illi ġew diskussi numru ta' punti, u l-laqgħa tal-Ġimgħa se tiġi analizzata. Il-Prim Ministru kkonferma li hu u Borg se jerġgħu jiltaqgħu. "Identifikajna numru ta' karatteristiċi li nemmnu li għandhom jikkaratterizzaw lill-persuna li se tieħu l-irwol, u nħares 'il quddiem biex inkomplu naħdmu b'dan il-mod," qal Abela. Borg iddeskriva t-taħditiet bħala "tajbin" u kkonferma li se jkomplu fil- ġranet li ġejjin. Il-Parlament dil-ġimgħa ddiskuta, u vvota kontra, mozzjoni sabiex tinħatar l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Il-Prim Ministru Robert Abela (xellug) u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg f 'taħdidiet fuq il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 February 2026