MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 09 Avukat CHRIS CAMILLERI H ija realtà ta' kuljum, illi persuni li għaddejjin bi problemi u kunflitti relatati mal-familja, jirrikorru quddiem il-Qorti tal-Familja sabiex jirrisolvu tali kunflitti. Tul is-snin rajna illi dawk li jirrikorru għal resoluzzjoni quddiem tali Qorti, irrelevanti jekk tali kunflitti humiex proċessi relatati ma' separazzjoni u/jew divorzju u/jew kura u kustodja fost oħrajn, ġew innutati diversi diffikultajiet fi ħdan il-Qrati tagħna, fosthom il-fatt illi l-liġi ma kinitx qiegħda tirrifletti l-ħtiġijiet tal-lum u għaldaqstant xi kultant il-Qrati tagħna spiċċaw b'idejhom marbutin. Għaldaqstant wara diversi messaġġi mibgħuta mill-bank tal- ġudikatura, rajna Ministru tal- Ġustizzja li fehem id-diffikultajiet u ħa azzjoni billi vara din ir-riforma tant importanti sabiex tali diffikultajiet jiġu indirizzati. Id-dewmien fil-proċeduri hija pjaga li attwalment torqod u tqum magħna f 'settur tant sensittiv u li jġorr miegħu tant emozzjonijiet; sfortunatament, l-istess proċeduri ta' spiss qiegħdin ikunu ballun perikoluż u qegħdin iwasslu għal abbuż minn parti a kaġun tal-parti l-oħra li ma tkunx tista' tkompli b'ħajjitha u għalhekk tibqa' proċeduralment maħkuma. F'din ir-riforma qegħdin naraw iżda illi l-ispeditezza hija imperattiva, b'introduzzjoni t'obbliġu illi mal-ittra tat-talba għal uħ tal-proċeduri ta' separazzjoni, il-parti għandha tippreżenta nota ġuramentata li tinkludi dokumenti li jipprodu l-qagħda finanzjarja u l-assi u d-djun kollha illi tali parti għandu. B'hekk se nkunu qegħdin naraw ġustizzja iżjed proattiva. Fejn qabel wieħed kien ikollu jagħmel rikors sabiex jitlob lill-Qorti tordna lill-parti l-oħra tesebixxi dokumenti importanti bħal kontijiet bankarji, FS3s, skeda ta' xogħol, fost oħrajn, din se tiġi mitluba awtomatikament minnufih mal-uħ tal- medjazzjoni. Dan iżda mhux biss se jġib miegħu speditezza iżda wkoll iżjed ġustizzja mal-individwi li jiġu bżonn l-istess Qorti tal- Familja, hekk kif wieħed mhux biss jista' jasal għal ehim iżda l-ehim ikun jista' jintlaħaq b'mod aktar infurmat u mhux iċedi għal tal-parti l-oħra. Din ir-riforma ma tindirizzax biss diffikultajiet relatati ma' proċeduri imma indirizzat ukoll il-fenomenu tal-manipulazzjoni intenzjonata. Il-manipulazzjoni intenzjonata, fi it kliem, hija forma ta' abbuż fejn minuri/wild jiġi mmanipulat minn ġenitur ta' kif iħares lejn il-ġenitur l-ieħor. Ripetutament, dan l-abbuż qiegħed ixekkel lil dawn il- minuri milli jgawdu lill-ġenituri tiegħu b'mod ugwali hekk kif tali abbuż li huwa wieħed psikoloġiku qiegħed iħalli riperkussjonijiet enormi warajh tant illi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem tirrikonoxxi dan bħala abbuż. Ġew identifikati wkoll metodi sabiex isir tisħiħ tal- proċess ta' medjazzjoni, għodda importanti li bażikament huwa l-ewwel għatba meta persuni bi kwistjonijiet familjari jmorru qabel ma jirrikorru quddiem il- Qorti tal-Familja. Din ir-riforma qiegħda wkoll twessa' l-irwol tal-avukat tat-tfal li għandhom is-setgħa, mhux biss iwasslu l-messaġġ tal-minuri maqbuda fil-kunflitt bejn il-ġenituri, iżda wkoll jintervjenu legalment fejn iħossu l-ħtieġa tul il-proċess legali kollu. Barra minn hekk, din ir-riforma qiegħda tintroduċi u twaqqaf uffiċċju ta' persuni ta' sostenn. Dan l-uffiċċju se jkun fih l-involviment ta' persuni professjonisti inkluż psikjatri, psikologi u ħaddiema soċjali fost oħrajn li jkunu jistgħu jintervjenu u jassistu skont il-bżonn u ċirkostanzi. Mhux biss waqt kawża iżda saħansitra fl-ewwel stadju u ċioè waqt medjazzjoni se jkunu jistgħu jiġu ingaġġati l-professjonisti sabiex jassistu mingħajr ħtieġa ta' intavolar ta' rikors quddiem il-Qorti tal- Familja. Liema medjazzjoni se jkun hemm limitu ta' sitt sessjoniet f 'perjodu ta' tmien xhur u li jistgħu jiġu estiżi għal erba' xhur oħra għal raġunijiet validi. Din ir-riforma involviet ħidma qalb in-nies, fejn saru diversi konsultazzjonijiet ma' stakeholders fis-settur inkluż dawk mill-qasam legali, soċjali, mediku u psikologiku fost oħrajn. F'dawn il-konsultazzjonijiet intervjenew bosta professjonisti u nies li ġenwinament ħassew il-polz ta' dawk li għaddejjin b'din l-isfortuna relatata mal-kwistjonijiet familjari u għaldaqstant setgħu jagħtu kontribut tanġibbli minn perspettivi differenti. Dan il-proċess wassal sabiex ġew identifikati l-emendi meħtieġa li faċilment se jtejbu l-qafas legali ġa eżistenti u li ilhom jiġu ffurmati permezz ta' ġurisprudenza vasta kemm lokali, kif ukoll esterna. Għalkemm minn dak li qiegħed jiġi propost diġà qiegħed jiġi applikat fil-prattika kien wasal iż-żmien li dan jiġi kristallizzat fil-liġijiet tagħna sabiex b'hekk kulħadd jimxi mal- istess proċedura u għaldaqstant skont il-liġi. Pjaga oħra li qiegħda tiġi indirizzata b'din ir-riforma hija dik tal-vjolenza domestika hekk kif qegħdin jiġu proposti emendi sabiex jiġi żgurat protezzjoni fl-immedjat meta jkun hemm tali reat. Qiegħed jiġi propost illi f 'każ ta' vjolenza domestika fi kwalunkwe stadju anke saħansitra fi stadju ta' medjazzjoni, vittma hija obbligata li tirrapporta minnufih lill-Qorti li jistgħu anke jwasslu sabiex ikun hemm sospenzjoni tal-medjazzjoni. Iżda, jekk persuna b'malizzja tagħmel rapporti foloz se jkun hemm rimedji fil-konfront tal-individwu li jagħmel dan.L-istess rimedji se jkunu qegħdin jidħlu fis-seħħ f 'mumenti meta parti tipprova timmanipula u tabbuża mill- proċess. Fiduċjuż li permezz ta' din ir-riforma tant mixtieqa għal diversi snin se jissaħħu l-proċessi ġudizzjarji fil-qasam tal-familja hekk kif id-deċiżjonijiet se jilħqu lil min għandu bżonnhom b'aktar effiċjenza, trasparenza u sensittività, b'mod partikolari lill-individwi l-iktar vulnerabbli li jsibu ruħhom f 'ċirkostanzi familjari diffiċli. F'dan il-kuntest, l-emendi proposti qed jintroduċu rekwiżiti aktar stretti, kemm għas-smigħ tal-kawżi, kif ukoll għad-deċiżjoni finali, fosthom terminu massimu ta' 20 jum għall- ewwel smigħ u obbligu li tingħata deċiżjoni fi żmien 15-il jum. Minn dak li jidher, l-emendi huma mfassla sabiex jiżguraw li l-partijiet ikunu diġà ppreparaw il-pożizzjonijiet, id-dokumenti u l-proposti tagħhom qabel ma jersqu quddiem il-Qorti. Dan se jfisser għalhekk illi l-proċess se jibda jsegwi linja b'mod ordnat fejn kulħadd jaf x'inhu mistenni minnu sabiex ma jkunx hemm prolungar bla bżonn. Għalkemm din kienet prassi li diversi mħallfin u avukati kienu ilhom jadottaw b'mod volontarju, l-esperjenza turina li mhux dejjem kien hemm koperazzjoni sħiħa u għaldaqstant mhix effettiva. Issa, permezz ta' dawn il-bidliet, il-leġiżlatur ħaseb sabiex din il-proċedura tiġi kkristallizzata darba għal dejjem billi qiegħed jobbliga l-koperazzjoni fuq il- partijiet kollha involuti. Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrikonoxxut li l-leġiżlatur qed juri rieda ċara li jindirizza b'mod konkret u deċiż sitwazzjonijiet delikati li jesperjenzaw individwi li jinqabdu fi proċeduri familjari kumplessi. Dan huwa pass kuraġġuż u essenzjali. Nittamaw li dan ikun biss il-bidu ta' riformi aktar wiesgħa sabiex inkomplu nseddqu dan il-qasam fundamentali, għaliex il-familja tibqa' l-pedament ewlieni tas- soċjetà tagħna. Riforma li għandha tnaqqas id- dewmien u ssaħħaħ il-ġustizzja Pjaga li qiegħda tiġi indirizzata b'din ir-riforma hija dik tal-vjolenza domestika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 February 2026