Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543147
10 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' FRAR 2026 • illum opinjoni Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva MALCOLM PAUL AGIUS GALEA "Il-gżejjer Maltin qed ikomplu juru li l-anzjanità ma tfissirx li wieħed jirtira mis-soċjetà imma li wieħed jibqa' involut, apprezzat, megħjun u maħbub" K buri immens li niffor- ma parti minn Gvern Laburista li, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, ħadem u qed jaħdem bis-sħiħ sabiex il-gżejjer Maltin ikomplu jsawru soċjetà li tirrispetta u tħaddan bl-ikbar għożża liċ-ċittadini anzjani tagħha. Dan jirriżulta minn gvernijiet Laburisti li konxjament dejjem għarfu li dawk li bnew is- sisien ta' pajjiżna ħaqqhom xejn inqas mill-ikbar dinjità permezz ta' titjib kontinwu fis-servizzi u l-livell ta' kura provduta, titjib fil-pensjonijiet u akkomodazzjoni fi djar residenzjali tal-ogħla livell. Kif nistgħu ma nkunux kburin? Taħt gvernijiet Laburisti suċċessivi, il-pensjonijiet tal-Istat issaħħu b'rata li qatt ma kienet esperjenzata qabel bl-aħħar baġit jagħti l-11-il żieda konsekuttiva taħt amministrazzjoni Laburista li tissarraf f 'xejn inqas minn €10 fil-ġimgħa oħra għal madwar 100,000 pensjonant. Daqstant ieħor il-livell tal-pensjoni minima kompla tela', ġew introdotti miżuri supplimentari sabiex ikomplu jipproteġu lill-anzjani tagħna, u anzjani residenti fi djarhom fil-komunità issa qed igawdu minn qafas dejjem aktar protettiv, ikun xi jkun l-introjtu tagħhom. Bla dubju, it-titjib fil- pensjonijiet u f 'investimenti ma jaqtgħu xejn b'risq id-djar residenzjali għall-anzjani huma ewlenin fost il-litanija ta' miżuri li ħadu gvernijiet Laburisti, speċjalment dawk immexxija mill-Prim Ministru Robert Abela. Bħala Segretarju Parlamentari b'dekasteru speċifikament iffukat fuq l-anzjanità attiva ma nistax però ma niċċelebrax lill-anzjani tagħna li għadhom jgħixu fil-komunità indukrati b'aktar servizzi, livelli ta' kumdità, sigurtà u rispett. Gvernijiet Laburisti suċċessivi għamlu l-anzjanità attiva fil-komunità waħda mill-miri ewlenin tal-politika tagħhom, bi strateġiji mmirati sabiex jikkultivaw ambjent fejn l-anzjani tagħna jsibu l-iżvog tagħhom fiżikament, mentalment, soċjalment u emozzjonalment, b'benesseri olistiku. Grazzi għal firxa dejjem aktar wiesgħa ta' servizzi mogħtija mill-entitajiet taħt id- dekasteru tal-Anzjanità Attiva, kif ukoll mill-kunsilli lokali u minn organizzazzjonijiet oħrajn, il-gżejjer Maltin qed ikomplu juru li l-anzjanità ma tfissirx li wieħed jirtira mis-soċjetà imma li wieħed jibqa' involut, apprezzat, megħjun u maħbub. Riċentement kien ta' pjaċir għalija li nniedi estensjoni oħra tal-iskema Home Helper of Your Choice fejn ħabbarna li l-Gvern Laburista żied is-sussidju minn €9 għal €10, skema li tkompli tagħti sapport lil dawk l-anzjani li jagħżlu li jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom fil-komunità. L-iskema Home Helper of Your Choice kisbet konkorrenza tajba ferm biex fuq il-medda tal-erba' snin li ilha mwaqqfa, in-numru ta' anzjani li qed jibbenefikaw minnha iktar minn triplika u issa jilħaq mas-700 anzjan/a. Sadanittant m'għandniex xi ngħidu, għaddejjin ukoll skemi oħrajn li wkoll huma intenzjonati biex iwennsu u jkunu ta' spalla għall-anzjani tagħna ġewwa l-komunità. Insemmi fost oħrajn in-numru ta' anzjani li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn kull ġimgħa tintbagħtilhom persuna li tgħinhom fil-ħtiġijiet li jkollhom fid-dar. Tul dawn l-aħħar sentejn, in-numru żdied bi 30% biex issa għandna kważi 8,500 anzjan/a li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz. Dawn iż-żewġ servizzi u għexieren oħrajn huma intenzjonati sabiex jimminimizzaw id-dipendenza tal-anzjani tagħna u b'hekk jikkontribwixxu għal sens ikbar ta' awtonomija u indipendenza. Dawn is-servizzi huma msejsa fuq it-twemmin ta' Gvern Laburista li bil-fatti dejjem ta aktar valur u dinjità lill-anzjani f 'pajjiżna. Din hija stampa ta' progress soċjali fl-aqwa forma tagħha. Dawn l-azzjonijiet kuraġġużi qed ikomplu jneħħu l-inġustizzji u ma jħallu barra lil ħadd. Dan kollu huwa l-milja ta' patt soċjali bejn il- ġenerazzjonijiet li jista' jkompli jitwettaq biss minn Gvern Laburista taħt it-tmexxija tal- Prim Ministru Robert Abela. Dawn is-servizzi huma msejsa fuq twemmin ta' Gvern Laburista li bil-fatti dejjem ta aktar valur u dinjità lill-anzjani f 'pajjiżna. Ġenerazzjonijiet magħquda favur l-anzjani Ħafna anzjani għadhom jgħixu fil-komunità

