MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

Bil-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jaqblux fuq nomina għal Prim Imħallef ġdid, nagħtu ħarsa lejn l-ismijiet li qed jissemmew u n-nies li okkupaw dan l-irwol fil- passat 04 analiżi IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum Is-saga tal-ħatra ILENIA DEBONO Ix-xahar ta' Frar kien ikkaratterizzat minn kunflitt lokali ta' min se jimla s-siġġu vojt tal-Prim Imħallef hekk kif la l-Prim Ministru Robert Abela u lanqas il-Kap tal- Oppożizzjoni Alex Borg ma jistgħu jaqblu fuq min se jimla dan il-vojt. Il-Prim Imħallef huwa l-ogħla membru tal-ġudikatura f 'Malta fejn imexxi l-Qorti Kostituzzjonali u l-Qorti tal-Appell waqt li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-ġudikatura fejn jassenja l-każijiet lill-imħallfin hu. Fl- 2020 kien hemm bidliet kostituzzjonali biex il-Prim Imħallef ma jibqax jinħatar mill- President fuq parir tal-Prim Ministru, imma jkun hemm bżonn maġġoranza ta' żewġ terzi fil-parlament sabiex jinħatar. Consuelo Scerri Herrera – L-għażla tal- gvern Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ħabbar li l-għażla tal-gvern għall- Prim Imħallef hija Consuelo Scerri Herrera. Kien dan il-kumment li qajjem kunflitt bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni bl-ittri fejn Alex Borg qal li kien iehem ma' Robert Abela li d-diskussjonijiet se jibqgħu konfidenzjali. Scerri Herrera hi magħrufa bħala mħallef determinata, imma tgħix fid-dell ta' ħuha Jose Herrera, l-Eks Ministru Laburista li l-assoċjazzjoni tagħha miegħu qed iżżomm ħafna milli jaraw fiha dak li ra l-gvern bħala l-Prim Imħallef li jmiss. Barra minn hekk, hu magħruf li Scerri JAELLE BORG Fl-aħħar jiem, sensiela ta' każijiet serji ta' vjolenza wasslu lil diversi persuni – inklużi minuri – quddiem il- qrati Maltin, f 'dak li qed jitqies bħala perjodu ieħor imħasseb għall-ordni pubbliku, b'mod partikolari f 'żoni urbani frekwentati bħas-Sliema u Gżira. Minn attakk brutali fuq adolexxenti, għal serqa armata b'sikkina u ġlieda li wasslet għal akkużi ta' attentat ta' omiċidju, il-qrati kellhom jibbilanċjaw id-drittijiet tal-imputati mal-protezzjoni tas-soċjetà. Ħames żgħażagħ mixlija b'attakk vjolenti fis-Sliema jingħataw il- libertà proviżorja Ħames żgħażagħ, erbgħa minnhom minorenni, tressqu l-Qorti wara li ġew mixlija b'attakk vjolenti fuq żagħżugħ ta' 14-il sena fis-Sliema. L-inċident seħħ fil-31 ta' Jannar, meta l-vittma nstab mitluf minn sensih fit-triq u ttieħed Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. L-akkużati, li għandhom bejn il-15 u t-18-il sena u ġejjin minn lokalitajiet differenti, wieġbu mhux ħatja għall-akkużi li jinkludu li kkawżaw ġrieħi gravi, li kkaġunaw ġrieħi waqt ġlieda aċċidentali u li kisru l-paċi pubblika. Fil-Qorti ħareġ li adolexxenti ieħor ta' 13- il sena kien ċempel lil uħud mill-akkużati, billi kien jemmen li kien fil-periklu, u kien dan li wassal għall-konfront li spiċċa f 'attakk vjolenti. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall- ħelsien mill-arrest minħabba s-serjetà tar- reat u r-riskju ta' tbagħbis mal-provi jew pressjoni fuq ix-xhieda. Madankollu, id- difiża argumentat li l-akkużati għandhom kondotta nadifa, kooperaw mal-Pulizija u għandhom ambjent familjari stabbli. Il-Qorti eventwalment tat il-libertà proviżorja lill-ħames imputati taħt kundizzjonijiet stretti, fosthom garanzija personali ta' €20,000, obbligu li jiffirmaw fl-għassa u projbizzjoni milli jidħlu fiż- żona tas-Sliema. Inħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni favur il-vittma. Serqa armata fil-Gżira twassal biex koppja tinżamm arrestata F'każ ieħor li ħasad lir-residenti tal- Gżira, raġel ta' 30 sena u mara ta' 37 sena tressqu l-Qorti mixlija b'serqa vjolenti aggravata u feriti gravi fuq raġel ieħor. L-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tal-11 ta' Frar, meta l-vittma ġiet aggredita u mweġġgħa b'sikkina. Skont il-Prosekuzzjoni, il-koppja serqet il-mobile u l-passaport tal-vittma, u kkaġunawlu feriti fuq dahru, spalltu, għonqu u idu. Il-vittma ttieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il- Pulizija rnexxielha tidentifika lill-akkużati permezz ta' filmati minn CCTV u vidjows li nxterdu minn persuni preżenti fuq il- post. It-tnejn wieġbu mhux ħatja għall- akkużi miġjuba kontrihom, li jinkludu serqa aggravata, theddid u offiżi. Il-mara ġiet mixlija wkoll li ġarret arma mingħajr liċenzja u li kisret kundizzjonijiet ta' libertà proviżorja f 'każ ieħor. Il-Qorti ħarġet ordni ta' protezzjoni favur il-vittma u ordnat li ż-żewġ imputati jinżammu arrestati, b'ebda talba għal libertà proviżorja ma saret f 'dak l-istadju. Ġlieda fil-Gżira twassal għal akkużi ta' attentat ta' omiċidju F'każ separat iżda wkoll fil-Gżira, żagħżugħ ta' 20 sena tressaq il-Qorti mixli b'attentat ta' omiċidju wara ġlieda vjolenti li seħħet f 'Triq Sir Charles Cameron il-Ħadd filgħaxija. L-inċident ħalla raġel ta' 30 sena ferut u diversi vetturi bil-ħsara. Il-Pulizija arrestat lir-raġel mill- Marsa, li ġie mixli wkoll li hedded lill-vittma, ikkawża ħsarat volontarji, ma obdiex ordnijiet ta' uffiċjal pubbliku, saq vettura b'mod perikoluż mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni, u kiser kundizzjonijiet ta' libertà proviżorja u sentenza sospiza preċedenti. Id-difiża qajmet argumenti dwar il- validità tal-arrest, billi sostniet li l-mandat inizjali kien ibbażat fuq suspett ta' ġrieħi gravi u mhux attentat ta' omiċidju. Il- Prosekuzzjoni, min-naħa tagħha, sostniet li l-imputat wera mġiba refrattarja u li l-ħelsien tiegħu kien joħloq riskju għas- sigurtà pubblika. Il-Qorti ċaħdet it- talba għall-libertà proviżorja u ordnat li l-imputat jibqa' arrestat sakemm ikomplu l-proċeduri. It-tliet każijiet, li seħħew f 'perjodu qasir ta' żmien u f 'żoni urbani densament popolati, reġgħu qajmu dibattitu dwar il- vjolenza fost iż-żgħażagħ, l-użu tal-armi u l-isfida li jiffaċċjaw il-qrati meta jiġu biex jiddeċiedu dwar il-libertà proviżorja. Filwaqt li l-ġustizzja trid tiġi amministrata skont il-liġi u r-rispett tad- drittijiet fundamentali, dawn il-każijiet qed jenfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi soċjali u preventivi tal-vjolenza, speċjalment fejn involuti minuri. Diversi persuni fil-Qorti fuq akkużi relatati ma' vjolenza MILL-QORTI DIL-ĠIMGĦA Ħames żgħażagħ, erbgħa minnhom minorenni, tressqu l-Qorti wara li ġew mixlija b'attakk vjolenti fuq żagħżugħ ta' 14-il sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 February 2026