MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 tal-ħatra tal-Prim Imħallef Herrera kella numru ta' kunflitti legali ma' Daphne Caruana Galizia hekk kif din tal- aħħar kienet irrappurtat li l-Imħallef kienet tmur tiekol ma' politikanti u ġurnalisti, inkluż darba fejn marret tiekol mal-Eks Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando meta kellu każijiet pendenti fejn hi kienet qed tippresedi l-każijiet. Scerri Herrera tellgħet lil Caruana Galizia l-Qorti fuq malafama. Bejn l-2008 u l-2010, l-Imħallef Scerri Herrera kienet investigata fuq ħalfa falza rigward biċċa negozju tal-artijiet mill- Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja f 'Malta, li ma ħaditx azzjoni fuq dan il-każ. Scerri Herrera laħqet imħallef fl-2018 wara li l-ewwel nomina sabiex tilħaq imħallef fl-2017 sabet veto mill-Kumitat tal- Ħatriet Ġudikaturi. Il-vot li ttieħed fil-parlament sabiex Scerri Herrera tilħaq Prim Imħallef m'għaddiex b'39 voti favur u 34 kontra. Edwina Grima – L-isem li ħareġ mill- Oppożizzjoni Sorsi viċin tal-gazzetta oħt, il-MaltaToday, qalu li l-PN iridu l-Imħallef Edwina Grima sabiex timla dan il-vojt. Grima bdiet il- karriera legali tagħha fl-1992 fejn speċjalizzat f 'każijiet ċivili u tal-familja. Fl-2007 laħqet maġistrat u fl-2019 ġiet maħtura mħallef. Grima ppresediet il- każ rinomat tal-aħwa Degiorgio li ġew ikkundannati 40 sena ħabs għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kif ukoll fil-każ tal- konċessjoni tal-Vitals u tal-Maksar. Mark Chetcuti (2020-2026) Il-Prim Imħallef attwali, Mark Chetcuti minn Tas-Sliema, hu avukat li speċjalizza fil-liġi ċivili, liġi tal-familja u arbitraġġi lokali u internazzjonali. Wara kważi 30 sena fil-professjoni tiegħu, Chetcuti ġie maħtur bħala mħallef bir-responsabbiltà ta' każijiet ta' liġi ċivili u każijiet kostituzzjonali, kif ukoll każijiet rigward il-propjetà intellettwali, liġi maritima u liġi ta' kompetizzjoni. Fl-2020, Chetcuti kien maħtur unanimament mill-Parlament ta' Malta bħala l-Prim Imħallef minflok il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi li rtira u issa ħa l-irwol tal-Kummissarju għall-Istandards fil- Ħajja Pubblika. Chetcuti ħa r-renji f 'idejh waqt l-arrest ta' Yorgen Fenech, l-allegat moħħ wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fl-irwol tiegħu, hu ppreseda l-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti Superjuri tal-Appelli Kummerċjali u Ċivili, kif ukoll il-Qorti Kriminali Superjuri tal-Appell. Matul iż-żmien tiegħu f 'din l-okkupazzjoni, Chetcuti kien voċiferu rigward il-problema ta' nuqqas ta' nies u riżorsi fil-qrati li qed twassal għal dewmien fil-każijiet. Hekk kif wasal sabiex jirtira dan ix-xahar, Chetcuti reġa' dawwar il- portafolli tal-imħallfin fejn neħħa xi każijiet kbar lil ċerti mħallfin u tahom lil ħaddieħor. Joseph Azzopardi (2018-2020) Il-Prim Imħallef irtirat Joseph Azzopardi qed iservi bħala l-Kummissarju għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika. Azzopardi gradwa bħala nutar qabel gradwa bħala avukat, fejn beda karriera ta' madwar 23 sena jipprattika bħala avukat taċ-ċivil u l-liġi matrimonjali. Minbarra l-kappell ta' avukat, hu kien serva bħala direttur appuntat tal-Mid Med Bank, membru tal-Bord tal-Awtorità tad-Djar, Kummissarju tal-Ġustizzja, Chariman ta' numru ta' bordijiet dixxiplinarji, u membru tal-Kumitat tal-Kamra tal-Avukati. Fl-2003, Azzopardi ġie maħtur bħala mħallef tal-Qrati Superjuri mill-Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami. Din id-deċiżjoni kienet waħda taħraq hekk kif fl-2008 Azzopardi kien ikkontesta għall-elezzjoni ġenerali fuq il-biljett tal-Partit Labruista. Madankollu, Azzopardi kien magħruf bħala raġel onest u affidabbli li għamel xogħol b'effiċjenza. Diskors prominenti ta' Azzopardi kien id-diskors annwali tal-2019 fejn ħareġ għall-ġurnalisti fejn qal li hu faċli tattakka membri tal-ġudikatura għax taf li ma jistgħux iwiġbuk." Silvio Camilleri (2010-2018) L-Avukat Silvio Camilleri beda karriera fis-servizz pubbliku fl-1980 fejn fl-1989 laħaq bħala Assistent għall-Avukat Ġenerali u aktar tard Avukat Ġenerali fl-2004 fejn kien qed iservi ta' Chariman għall-FIAU. Barra minn hekk, hu kien ukoll iċ- Chairman tal-Kumitat għall-Iżvilupp tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumitat tal- Evalwazzjoni ta' Miżuri kontra l-Ħasil tal- Flus fil-Kunsill tal-Ewropa. Fl-2010, Camilleri ġie maħtur Prim Imħallef mill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi avolja ma kienx parti mill-ġudikatura. Fl-2016, Camilleri kien nominat sabiex iservi bħala t-tieni mħallef Malti fil-Qorti Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fejn hu falla eżami rigward il-leġiżlazzjoni tal-UE li wassal sabiex jitlef din il-pożizzjoni u minflok ġie appuntat il-Professur Peter G. Xuereb. Wara li rtira minn din il-kariga, Camilleri baqa jgħallem l-Università ta' Malta fid- Dipartiment tal-Liġi Kriminali. Noel Arrigo (2002) Noel Arrigo, illum mejjet, kien lettur l-Università ta' Malta, wara li kien serva bħala l-President tal-Kamra tal-Avukati. Fl-2002, Arrigo ġie maħtur bħala Prim Imħallef. Xahar wara li ħa din il-kariga, Arrigo ġie akkużat li xxaħħam għal Lm5,000 (iżjed minn €12,000 illum il-ġurnata) minn Mario Camilleri dwar traffikar tad-droga sabiex inaqqaslu s-sentenza tiegħu. Barra minn hekk, Arrigo kien akkużat ukoll li ħareġ dettalji fuq ġurament qabel ma sar. Huwa nstab ħati li kien imxaħħam u li żvela sigrieti uffiċjali, flimkien mal- Imħallef Patrick Vella li kien qed jippresedi fuq il-każ ta' Mario Camilleri ma' Arrigo. Arrigo ta r-riżenja tiegħu lill-President Emeritus Guido de Marco fl-istess xahar fejn irrikonoxxa u skuża ruħu għall-ħsara li kkawża lill-ġudikatura fejn insista li r-riżenja tiegħu m'għandhiex tħammeġ il-proċeduri tal-Qorti. Waqt il-każ tal-Qorti, Arrigo wera rimors u qal li qatt ma ried iżomm il-flus, u hekk kif ħadhom mar tahom lill-karità. L-avukati ta' Arrigo argumentaw li l-flus waslu għand Arrigo wara li ħa d-deċiżjoni fuq il-każ li skont il-liġi Maltija ma jiġix tħaxxim. Fl-2009 Arrigo nstab ħati u ngħata sentenza ta' sentejn u disa' xhur il-ħabs. Arrigo qatta' 22 xahar mit-33 xahar fil-Unit Forensiku tal-Isptar Psikjatriku ta' Monte Karmeli. Huwa nħeles f 'Settembru tal-2011 kawża ta' mġiba tajba. Il-Prim Imħallef huwa l-ogħla membru tal-ġudikatura f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 February 2026