Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289
13 arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-band Bound to Prevail F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha Il-band evolviet minn kunċerti lokali għal festivals internazzjonali kbar ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? Il-band oriġinat fl-2014, bl-għan li tiġi stabbilita bħala forza ewlenija fix-xena tal-metal lokali u internazzjonali. Il-band evolviet minn kunċerti lokali għal festivals internazzjonali kbar bħal Deathfeast Open Air, Obscene Extreme, Metal Days u ħafna oħrajn. Wara li fl-2017 inħareġ l-EP Omen Of Iniquity, li ġie milqugħ tajjeb ħafna, il-band itturjat ma' leġġendi bħal Venom Inc. u Suffocation, u saħansitra rrappreżentaw lil Malta fil-World Metal Congress f 'Londra. Minkejja waqfa temporanja minħabba l-pandemija, il-band użat dak iż-żmien biex tirrekordja l-ewwel album sħiħ tagħha u issa rritornat għall-ispettakli live, bi pjanijiet attivi għal aktar kunċerti madwar l-Ewropa u f 'Malta. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Fix-xena tagħna kulħadd jaf lil xulxin. Fil-band tagħna qatt ma kienet kwistjoni li ndoqqu flimkien għax nafu lil xulxin. Kwistjoni ta kapaċità, dedikazzjoni u serjetà u professjonaliżmu. Hija irrelevanti jekk konniex nafu lil xulxin jew le. Jekk trid li l-band tirnexxi mhix xi ħaga li hija marbuta ma' ħbiberija tal-membri jew jekk konniex nafu n-nies minn qabel; dejjem hemm il-fatt li l-membri jistgħu jinbidlu. Wara ċertu tul ta' żmien il-band tiġi qisha familja. Kif għażiltu l-isem tal-band? Dan intgħażel fil-bidu tal-band wara ħafna diskussjonijiet dwar ideat differenti. Ridna nsibu isem oriġinali u li jħalli impatt. Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Il-band hija proġett mill-bidu sal-aħħar, u li tirrikjedi ħafna dedikazzjoni, ħin u flus. Mill-bidu, il-membri tal-band ħadmu ħafna flimkien biex indoqqu f 'xows lokali kif ukoll f 'xows u festivals prestiġjużi barranin. Ma nistgħux ma nsemmux meta rrappreżentajna lil Malta fil-"World Metal Congress" li kien endorsed min Tony Iommi tal-Black Sabbath, kif ukoll meta ġejna signed minn label Taljana bl-isem ta "Lethal Scissor Records". Xi jmiss għall-band? Il-pass li jmiss huwa l-album il ġdid bit- titlu ta' "Enthroned in Torment" li ħareġ fis-7 ta' Jannar 2026 u nirrapreżentawħ fix-xows lokali u barranin. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Kull membru għandu ispirazzjoni varjata però kollha miġbudin b'qawwa lejn mużika metal estrema. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Għax-xena u għall-istil tagħna, Malta hija limitata għall-opportunitajiet; għalkemm il-bands għandhom rieda u volontà li jirnexxu, xorta jibqa' l-fatt li Malta żgħira u l-opportunitajiet lokali huma limitati ħafna. Problema oħra li niltaqgħu magħha hija n-nuqqas ta' postijiet fejn artisti li għadhom jibdew ikunu jistgħu jipprattikaw bħala band. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Hemm ħafna bands metal u underground li jirnexxu u jagħmlu isem barra minn Malta. Kieku nistgħu nbiddlu xi ħaġa fix-xena tagħna tkun li jkun hawn iktar għajnuna għall-bands; kemm finanzjarja, kif ukoll bħala disponibbiltà ta' spazji fejn ikunu jistgħu jsiru r-rehearsals. "Għalkemm il- bands għandhom rieda u volontà li jirnexxu, xorta jibqa' l-fatt li Malta żgħira u l-opportunitajiet lokali huma limitati ħafna"

