Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289
Xi informazzjoni qasira fuq oħrajn li ġew wara, hi din: 1957 – Witness For e Prosecution. Direttur Billy Wilder. Jaħdmu Marlene Dietrich, Tyrone Power, Charles Laughton u Ella Lanchester. Il-ġuri li jseħħ f 'awla ta' qorti f 'Londra jżommok imkaħħal mas-siġġu bl-andament li jinbidel minn ħin għall-ieħor. Dietrich hija l-mara devota tal- imputat Powers u Laughton jibbrilla bħala l-avukat tad-difiża. Film impekkabbli li tassew jimita l-intelliġenza tan-novella ta' Christie. 1960 – e Spider's Web. Id- direttur hu Godfrey Grayson. L-atturi huma Glynis Johns, John Justin, Cicely Courtneige u Jack Hulbert. Il-mara ta' ambaxxatur hemm bżonn li taħbi l-katavru tal-missier mistmerr tat-tifla tar-rispett tagħha minn żewġha li se jġib mistednin importanti f 'darhom. Xogħol leġġer li jiżvolġi bħala kummiedja. Mis-sena 1961 sal-1964 inħadmu erba' films bil- karattru ta' Miss Jane Marples, ditektiv mara, parti maħduma minn Margaret Rutherford. Il- produzzjonijiet kienu Murder She Said (1961), Murder At e Gallop (1963), Murder Most Foul (1964) u Murder Ahoy! (1964). Dan tal-aħħar ma kienx ibbażat minn fuq xi storja ta' Agatha Christie, iżda jissellef elementi mill-ktieb tagħha e Do It With Mirrors. 1965 – Ten Little Indians. Id-direttur hu George Pollock. Jaħdmu Hugh O'Brian, Shirley Eaton, Fabian, Leo Genn u Wilfrid Hyde White. Ispirat sewwa minn fuq And en ere Were None, is-suspettati magħluqa f 'villaġġ remot fuq il-muntanji Alpi jibdew jitnaqqru wieħed wieħed. Reġa' nħadem fl-1975 u l-1989. 1966 – e Alphabet Murders. Dirett minn Frank Tashlin mill-volum e ABC Murders. L-atturi huma Tony Randall, Anita Ekberg, Robert Morley u Guy Rolfe. Hercule Poiroit hawn isus wara l-qattiel li qed jelimina f 'ordni alfabetika. Mhux xi ħaġa straordinarja imma ta' kurżità palpabbli. Margaret Rutherford tagħmel dehra ċkejkna naturalment bħala Miss Marple. 1972 – Endless Night. Dirett minn Sidnet Gilliat. Jaħdmu Hayley Mills, Hywel Bennett, Britt Ekland u George Sanders. riller li jżommok kontinwament attent dwar xufier (Bennett) li jiżżewweġ tfajla sinjura Amerikana (Mills) u jmorru jgħixu f 'dar lussuża li tinzerta waħda tal-biża'. Mill-films kollha li aċċennajt għalihom s'issa (għax inħadmu oħrajn f 'pajjiżi barranin, speċjalment fl-Indja), jekk twarrab Witness For the Prosecution u Endless Night, mill-oħrajn ma kien hemm xejn memorabbli. Dawk li ġejjin minn issa 'l quddiem fil-maġġoranza tagħhom huma aktar elaborati, ta' sustanza u livell aktar elevat. 1974 – Murder On e Orient Express. Dirett minn Sidney Lumet. Il-kast formidabbli jinkludi Albert Finney, Lauren Bacall, Martin Balsam, Ingrid Bergman, Jacqueline Bisset, Sean Connery, Anthony Perkins, Vanessa Redgrave, Richard Widmark, Michael York u oħrajn. Bi produzzjoni lussuża, dan ix-xogħol kellu suċċess kemm mil-lat kritiku u dak kummerċjali. Albert Finney hawn jibbrilla bħala l-investigatur privat Belġjan Hercule Poiroit li jkun mitlub minn direttur tal- ferrovija biex isolvi każ ta' qtil ta' negozjant potenti (Richard Widmark) fuq ferrovija minn Istanbul għal Londra. 1978 – Death On e Nile. Dirett minn John Guillermin. Kast kbir ieħor kompost minn Peter Ustinov bħala d-ditektiv Hercule Poiroit, Jane Birkin, Bette Davis, Mia Farrow, Olivia Hussey, George Kennedy, Angela Lansbury, David Niven, Maggie Smith u diversi oħrajn. Fuq l-istess andament tal-film ta' qabel, din id-darba f 'xenarju pittoresk tal-Eġittu, bil-piramidi, tempji oħrajn, siti arkeoloġiċi u x-xmara Nil. Poiroit waqt li jkun trankwillament igawdi l-ħajja fuq vjaġġ lussuż fuq vapurett bil- paletti fis-sena 1937, ikollu jfittex mill-ġdid lill-waħda li tinsab f 'qamar il-għasel u werrieta ta' ħafna ġid. Film li rebaħ Oscar għall-kostumi. 1980 – e Mirror Crack'd. Id-direttur hu Guy Hamilton. L-atturi huma Angela Lansbury bħala Miss Marple (li ħadmet ukoll ta' din l-investigatriċi f 'serje televiżiva), Elizabeth Taylor, Rock Hudson, Tony Curtis. Kim Novak, Geraldine Chaplin, Edward Fox, Pierce Brosnan (ismu ma jidhirx fl-ismijiet tal-atturi) u oħrajn. Miss Jane Marple tasal f 'villaġġ Ingliż biex tfittex min hu l-qattiel meta mara tal-lokal tkun ivvelenata waqt li f 'dan il-post jaslu ħafna atturi biex jaħdmu film drammatiku bil-kostumi u forsi wkoll il-vittma kellha tkun waħda minnhom. Mhux tal-livell tat-tnejn ta' qablu. 14 films IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum Carmel Bonnici Agatha Christie – Kittieba rinomata għan-novelli tal-misteru IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Ten Little Indians

