Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289
15 kotba IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Ħaley Xuereb taqbad f' idejha l-ktieb L-Università Mafja ta' John P. Portelli, u b'riflessjonijiet dwar l-użu eċċessiv tal-kelma "mafja" u ħarsa lejn l-università li tissemma fir-rumanz, twassal kelma b'saħħitha lill-istudenti veri u l-Università vera ta' Malta. Dawk kollha mafja! Donnu f 'dawn l-aħħar snin, il- kelma maa tilfet ħafna mill-piż tagħha. Sirna nxerrduha bħalha insult komuni fuq il-midja soċjali, u ma' kull istituzzjoni li ma togħġobniex, arana ngħidu li hi "maa". F'dan is-sens, L-Università Maa ta' John P. Portelli, ippubblikat minn Horizons, jidħol direttament fid- diskors kwotidjan. Jieħu kelma li saret trivjali bl-użu żejjed tagħha u jagħtiha serjetà ironika. Il-ktieb jiaħ bi kwotazzjoni minn e Sopranos, għażla li inizjalment darrsitni. F'epoka fejn kwotazzjonijiet ta' Tony Soprano jew tal-Joker spiss jintużaw biex jinħolqu maskri ta' ċiniżmu psewdo- macho, ħsbt li r-rakkont jista' jiżloq lejn il-karikatura. Madanakollu, Portelli ma jaqax f 'dik in-nassa. Minflok juża l-mikrokosmos tal- università biex jeżamina l-klikek u l-ideoloġiji, flok jigglorifika l-alphas tas-soċjetà. Il-ktieb jiaħ bil-kwistjoni tal- istrajks. Għażla xierqa. L-azzjoni industrijali mhix xi ħaġa barranija għall-kuntest Malti. Anke llum, jien u nikteb din ir-riċensjoni l-Università ta' Malta tinsab f 'nofs tensjoni industrijali. Storikament is-saħħa politika tal- istudenti barra minn Malta kienet ħafna iżjed viżibbli, għal raġunijiet li wieħed jista' jobsor x'inhuma wara li jaqra l-ktieb u jara, milli jgħidilna n-narratur li għex l-evoluzzjoni tal- Università f 'Malta. Fis-sittinijiet, pereżempju, il- kampus Amerikan sar ċentru ta' protesta kontra l-Gwerra tal- Vjetnam. Studenti f 'istituzzjonijiet bħal Columbia u Berkeley qamu kontra l-kompliċità amministrattiva mar-riċerka militari u l-interessi finanzjarji marbuta mal-gwerra. Sit-ins, okkupazzjonijiet ta' bini u mobilizzazzjonijiet massivi pparalizzaw kampusijiet sħaħ u bidlu r-relazzjoni bejn l-edukazzjoni għolja u l-istat. Bl- istess mod, Mejju tal-1968 fi Franza beda b'rewwixta studenteska f 'Nanterre u s-Sorbonne, li mbagħad inxterdet f 'moviment nazzjonali li kważi waqqa' l-gvern ta' Charles de Gaulle. Dak li l-ewwel beda bħala protesta kontra strutturi edukattivi riġidi kiber fi kritika radikali tal-kapitaliżmu, tal- burokrazija u tal-konservattiżmu kulturali. L-universitajiet ma kinux fil-periferija ta' dan kollu imma kienu katalisti. Billi jibda minn hawn, mill-idea ta' strajk, Portelli juri li l-Università mhix torri tal-avorju, imma spazju politiku kontestat. Mhijiex l-università tal-professuri ġwejda b'tomniet ta' kotba ħoxnin u klamari bir-rix. Portelli jwassal ambjent ta' università ta' politika, ta' mikrostat b'nies b'kilba li jitilgħu t-taraġ tal- poter (u li ħafna drabi jindunaw li ma kien hemm xejn jistenniehom fit-tmiem ta' dak it-taraġ). Il-proża ta' Portelli mhijiet poetika wisq jew mimlija idjomi friski. Mhuwiex dak il-Malti li taqrah għall-estetika pura. Madankollu huwa ċar u aċċessibbli. Il-proża hija sempliċi mingħajr ma tkun simplistika. Ħafna drabi, l-awtur jiffissa f 'dettalji żgħar; x'kielu u x'xorbu l-karattri, min ħallas il-kont, jekk tkellmux b'vuċi ħarxa jew ġentili. Dawn id-dettalji, li minn banda jistgħu jidhru żejda u tedjanti, tankra lill-karattri u jorbtulna l-kritika istituzzjonali mal-ħajja ta' kuljum. Il-korruzzjoni, wara kollox, ma sseħħx fl-astratt; isseħħ fil-ġesti ordinarji. Il-karattri spiss jiffunzjonaw aktar bħala inkarnazzjonijiet ta' ideat milli bħala individwi psikoloġikament kumplessi. L-antieroj huwa kważi kompletament difettuż; il- professur "tajjeb" forsi idealizzat wisq, jew saħansitra naive fir- reżistenza tiegħu. L-ambigwità morali hija limitata, il-ħażen jidher assolutament ħażin, it-tajjeb kważi kompletament tajjeb. Iżda din l-esaġerazzjoni tesponi wkoll il-limitazzjonijiet tan-narratur, li jqis lilu nnifsu bħala gwerrier fuq in-naħa tas-sewwa. Forsi bla ma jinduna, anke hu jiġi ssatirizzat. F'dan is-sens, ir-rumanz jaħdem bħala allegorija morali. Waħda mill-aktar mistoqsijiet li laqtitni fil-ktieb hija l-frażi xi jfisser tgħid li inti Malti? X'inhi l-kultura Maltija? Żgur li mhijiex biss il-pastizzi, imma x'inhi allura? Il-kultura tagħna hija magħmula minn saffi, wirt kolonjali fuq wirt kolonjali, disturb kolonjali li b'xi mod sar wirtna. Portelli jiddeskrivi Malta ta' tfulitu; u iżjed minn hekk, il-karatterizzazzjoni Ulied-in- Nanna Venut-eska ta' raħal pjaċiri, ta' kulħadd jaf 'il kulħadd, ta' nies li jaħsbu li l-ikbar diffikultà li tmur tgħix waħdek hi li titgħallem issajjar. Il-livell metatestwali forsi huwa aktar intriganti mill-plott innifsu. Professur Kanadiż jinqabad f 'nofs intriċċi akkademiċi; alleanzi, rivalitajiet u aġendi moħbija. Għalkemm dawn ma jġorrux it- teatralità Mediterranja li kieku kellhom kieku seħħew Malta, jibqgħu familjari. L-università tidher bħala mikrostat immexxi minn networks informali ta' poter. Fil-filosofija politika, l-istituzzjonijiet jitqiesu bħala strutturi li jiffurmaw iċ-ċittadini permezz tan-normi u l-ġerarkiji tagħhom. Il-poter jaħdem b'mod sottili, ħafna drabi inviżibbli, u min jisfidah rari jagħmel dan bla konsegwenzi. Il-professur (li jien qed nassumi li hu semiawtobijografiku) li jippreżentalna Portelli huwa akkademiku tax-xellug, u l-perspettiva tiegħu mhijiex newtrali. Qed jopera kontinwament f 'qafas normattiv oppost. Il- "preġudizzji" tiegħu, jekk nistgħu nsejħulhom hekk, huma mwaħħdin mal-ugwaljanza, mal-antirazziżmu, ma' pedagoġija kritika, ma' kritika lejn in-neoliberaliżmu. Ir-rumanz ma jinħebiex jew jipprova jagħmilha tal-ideoloġikament newtrali; anzi, jissuġġerixxi li n-newtralità nnifisha hija finzjoni, partikolarment fi ħdan istituzzjonijiet li storikament ġew iffurmati minn gruppi soċjali nominanti. Il-ktieb iressaq kritika familjari għal oqsma bħall-istudji legali kritiċi u t-teorija kritika tar-razza: li l-appelli għat-tradizzjoni u għall- kontinwità istituzzjonali ħafna drabi jservu biex isaħħu l-privileġġ taħt il-velu tal-oġġettività. B'hekk, skont Portelli, il-konservattiżmu mhux preżentat sempliċement bħala nuqqas ta' qbil jew opinjoni alternattiva, iżda bħala forza strutturali li tista' tfixkel il-progress morali u soċjali fi ħdan l-università, forza li żżomm l-esklużjoni proprju billi tippreżenta lilha nnifisha bħala raġonevoli, bilanċjata u meħtieġa. It-tmiem ħallieni kemxejn imħassba. L-invokazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia; li l-awtur jirreferi għaliha bħala DCG, l-inizjali li jnaqqsu mill- umanità tal-persuna u għalija għażla stilistika li tirrinforza ċerti preġudizzji tan-narratur, tidher kważi f 'daqqa, bħal Pilatu fil-Kredu. Il-professur fl-aħħar jiddeċiedi li ma jiċċaqlaqx lejn Malta għax martu tibża' li l-pajjiż sar stat mauż u faxxist. L-ewwel reazzjoni hija li dan jidher forzat. Iżda dan juri r-realtà nnifisha: f 'sistemi fejn il-poter jinbena fuq networks sodi u magħluqa, ir-reżistenza individwali tista' tidher bla frott. Anke l-mod ta' kif tispiċċa l-istorja tal-professuri rivali, li ħassejtha ġiet preżentata wisq f 'salt fir-rumanz minn angolu letterarju, li donnu joqtol il-ktieb qabel iż-żmien flok iħallih jieħu l-kors naturali tiegħu. Il-ġlieda bejn il-professur "tajjeb" u l-istabbiliment ma tispiċċax fi trijonf, iżda f 'erożjoni, tal- idealiżmu, tat-tama, tal-fiduċja. Fl-aħħar mill-aħħar, L-Università Maa jolqot għax iġiegħel lil kull student universitarju jaħseb darbtejn dwar l-istituzzjonijiet li jagħmel parti minnhom. Iħeġġeġ lill-istudent ma jafdax bla ħsieb in- narrattivi uffiċjali, li jħossu kburi b'mod agħmi li jifforma parti minn korpus akkademiku sempliċement bil-kumbinazzjoni li qed jattendi f 'dak il-kampus partikolari. Dan il-ktieb forsi ma jispikkax għall-istil letterarju tiegħu, imma l-qawwa tiegħu tinsab fil- provokazzjoni. U hekk, jerġa' jagħti piż lill-kelma li saret perikolużament ħafifa. Jekk "maa" għandha tfisser xi ħaġa, dan ir-rumanz-teżi jgħallimna li għandu jirreferi, mhux biss għall-kriminalità spettakolari, iżda għall-għenieqed sottili ta' poter li jiddeċiedu min jista' jitkellem, u min bilfors, jitħalla fis-skiet.

