Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D ak li ġara fl-aħħar ġranet jurina bl-iktar mod ċar li l-klima politika tista' tinbidel f 'ħak- ka t'għajn. Filwaqt li l-Gvern Laburista kien qed iniedi Vision2050, inizjattiva pożittiva li ċertament jeħtieġ li ssir, konna qed nassistu għall-avveni- ment tal-Imħallef Wenzu Mintoff. Min jaf lil Wenzu Mintoff m'għandux ikun sorpriż b'dak li ġara. F'ħajtu jispikkaw l-episodji fejn hu mar kontra l-kurrent u għamel dak li mhux mistenni minn persuna fil-kariga tiegħu, imma li hu mistenni minn persuna ta' prinċipju. Imma llum, apparti prinċipji, qed naraw element kbir ta' dak li bl-Ingliż jiddeskrivuh bħala self-entitlement. Fit-tmeninijiet kien whistleblower kruċjali fil-każ tal-MidMed, fl-1985 tkellem kontra l-vjolenza kontra ambjentalisti mill-bażużli ta' Lorry Sant, fl-1989 kontra l-korruzzjoni fil- Labour, kien ġie elett deputat Laburista, telaq u rrappreżenta lill-Alternattiva Demokratika. Mexxieha għal disa' snin u f 'dak iż-żmien serva ta' punt ta' referenza fi żmien meta ħafna argumenti dwar trasparenza, kontabilità u etika kienu kliem u temi ġodda għal kulħadd. Telaq u reġa' ssieħeb mal-Labour, imma ma tantx irnexxielu jimxi 'l quddiem. Imbagħad ġie magħżul mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ikun imħallef. Fi żmien li dam u għadu mħallef kiseb il-fiduċja ta' kulħadd imma minn wara l-kwinti kulħadd kien jaf li l-amministrazzoni ta' Abela ma kinitx kuntenta bil-mod kif kien qed jaġixxi fil-konfront tal-gvern. Wera fuq medda ta' żmien li kellu interess fil-kariga tal-Prim Imħallef. Imma qisu qatt ma nduna li għall-kariga żgur ma kienx se jsib l-appoġġ ta' Robert Abela. Imbagħad ġara dak li ġara, saret laqgħa Kastilja u l-konverżazzjoni privata ġiet imxandra f 'ittra lil numru wiesa' ta' politiċi. Kienet kwistjoni ta' żmien biss li l-kontenut ta' din l-ittra jkun mgħarraf ma' kulħadd. U hekk ġara. U filwaqt li Abela huwa sorpriż bl- atteġġjament tiegħu, ħafna aktar nies huma xxukkjati bil-fatt li ġudikant jaġixxi b'dan il-mod. Sorpriżi wkoll li l-ittra tikkonferma ċerti osservazzjonijiet li konna diġà nafu. Hija ħasra li spiċċajna hekk. Lanqas nafu kif spiċċajna hawn. Li huwa ċert li m'għandux ikun hemm deċiżjonijiet mgħaġġla u wisq aktar illoġiċi. Kien żball li saret din il-laqgħa, imma żball ikbar li jiġi mxandar dak li ntqal. Bħalma kien żball li kien hemm leaks dwar min se jkun nominat għall-Prim Imħallef lit-tarki u gatekeepers tal- partiti: Newsbook u t-Times. Fl-isfond ta' dak li qed jiġri madwarna u fid-dawl ta' dak kollu li huwa aktar importanti, jeħtieġ li nieħdu pass f 'direzzjoni differenti u lkoll nuru it maturità politika. Il-pass li jmiss wara din il-balbuljata

