Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
10 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum opinjoni T ul dawn l-aħħar jiem ra- jna lill-Gvern jippreżen- ta żewġ nominazzjoniji- et differenti għall-kariga ta' Prim Imħallef. Dan sar pro- prju biex jintwera li hemm rieda ġenwina li jinstab qbil u li ma jkun hemm l-ebda impożizzjoni min-naħa tal-Gvern. Meta Gvern jippreżenta aktar minn kandidat wieħed, ikun qed jagħti sinjal ċar li huwa lest jiddiskuti u jfittex kunsens istituzzjonali. Madankollu, meta anke t-tieni nomina ma ġietx aċċettata mill- Oppożizzjoni u dejjem mingħajr ebda raġuni, sar dejjem aktar ċar li l-problema mhijiex in-nuqqas ta' rieda mill-Gvern li jfittex kunsens. Għandna sitwazzjoni fejn il-proposti qed jiġu miċħuda mingħajr ma tingħata alternattiva ċara, u dan iwassal għal impass li ma jservix lill-istituzzjonijiet tal- pajjiż. Minkejja l-iskop tal- Oppożizzjoni, ma teżisti l-ebda instabbiltà istituzzjonali. Il- Kostituzzjoni tipprevedi b'mod ċar x'jiġri f 'sitwazzjoni bħal din. Jekk mozzjoni mressqa mill-Gvern biex jinħatar Prim Imħallef ma tiksibx il-maġġoranza ta' żewġ terzi tal-Membri Parlamentari, il-Prim Imħallef sedenti jibqa' jservi fil- kariga tiegħu, anke jekk ikun laħaq jew qabeż l-età ta' rtirar prevista għall-membri tal-ġudikatura. Dan ifisser li s-sistema ġudizzjarja tibqa' taħdem b'mod normali: il-kawżi jibqgħu jinstemgħu u s-sentenzi jibqgħu jingħataw. Dan qed iseħħ fil-Qrati tagħna kif nista' nixhdu jien bħala avukat prattikanti u jistgħu jixhduh l-avukati kollha li jipprattikaw il-Qorti. Madankollu, il-fatt li l-Oppożizzjoni ma qablitx mat- tieni isem propost mill-Gvern iqajjem mistoqsija importanti: l-għan huwa li jintlaħaq kunsens jew li tipprova toħloq xi tip ta inċertezza? Għax jekk kull proposta tiġi miċħuda, allura jkun hemm ir-riskju li l-maġġoranza ta' żewġ terzi tintuża bħala veto permanenti. Dan mhuwiex l-ispirtu tal- Kostituzzjoni. Il-ħtieġa ta' żewġ terzi fil-Parlament kienet introdotta biex tinkoraġġixxi qbil bejn il-forzi politiċi, mhux biex tippermetti lil naħa waħda timblokka indefinittivament il- proċess. Kunsens ifisser li l-partijiet jagħmlu sforz biex jersqu lejn xulxin u jsibu soluzzjoni li sservi lill-istituzzjonijiet. Ma jfissirx li naħa waħda timponi jew li oħra tista' twaqqaf kollox. S'issa lanqas huwa ċar min hu l-kandidat li qed tappoġġja l-Oppożizzjoni. Skont rapporti fil-midja, l-uniku isem li jidher li kien ġie propost formalment min- naħa tagħha kien dak tal-Imħallef Lawrence Mintoff. Madankollu sal-lum l-Oppożizzjoni lanqas qed tgħid jekk dan l-isem għadux effettivament għażla tal-Oppożizzjoni. Dan joħloq sitwazzjoni fejn nominazzjonijiet qed jiġu miċħuda bla ebda raguni u mingħajr ma tkun qed tiġi offruta alternattiva ċara. Fl-istess waqt rajna wkoll akkużi mill-Oppożizzjoni li l-Gvern irid iħalli din il-ħatra għal wara l-elezzjoni. Imma l-fatti juru mod ieħor. Kien proprju dan il-Gvern li ressaq żewġ ismijiet differenti biex jintlaħaq qbil. Għalhekk huwa diffiċli tiem kif jista' jingħad li hemm xi intenzjoni li din il- kwistjoni tiġi posposta. Importanti wkoll li nagħmlu punt ċar: il-Gvern għandu fiduċja fil-membri kollha tal-ġudikatura. Kull Imħallef għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex, fil-kuntest xieraq, ikun jista' jservi bħala Prim Imħallef. L-għażliet li saru mill- Gvern kienu bbażati fuq kriterji li ġew diskussi bejn iż-żewġ naħat. Dawn kellhom iqisu, kemm l-esperjenza tal-persuna, kif ukoll il-fatt li ma tkunx wisq qrib tal-età tal-irtirar sabiex tkun tista' tmexxi u timplimenta r-riformi meħtieġa fis-sistema tal-qrati. Ta' min ifakkar, li dan il- Gvern kien propona bidliet kostituzzjonali, sabiex tiġi estiża l-età tal-irtirar b'sentejn. Minħabba li din il-bidla teħtieġ ukoll iż- żewġ terzi, l-Oppożizzjoni kienet ivvutat kontriha. Kieku dak il-vot għadda, illum il-ġurnata lanqas biss qegħdin f 'din is-sitwazzjoni għax kieku kien jibqa' għaddej fil-kariga l-Prim Imħallef sedenti Mark Chetcuti mingħajr ebda ħtieġa li tiġi preżentata mozzjoni fil-Parlament. Ta' min ifakkar ukoll li kien proprju dan il-Gvern li biddel il-mod kif jinħatru membri tal- ġudikatura u introduċa l-ħtieġa ta' maġġoranza ta' żewġ terzi għall-ħatriet tal-Prim Imħallef, tal-Awditur Ġenerali, tal- Kummissarju tal-Istandards u tal-President tar-Repubblika. Din kienet riforma importanti biex tissaħħaħ il-leġittimità u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet. Madankollu, illum jidher ċar li hemm bżonn ukoll mekkaniżmu kontra l-impass. Il-Kummissjoni ta' Venezja kienet irrakkomandat li meta wara numru ta' tentattivi ma jintlaħaqx kunsens, ikun hemm mekkaniżmu anti-deadlock sabiex il-Parlament ikun jista' xorta jieħu deċiżjoni u ma jibqax ikun hemm paraliżi istituzzjonali. Fl-istess ħin hemm ukoll il- proposta li tiżdied l-età tal-irtirar għall-membri tal-ġudikatura għal 70 sena. Din hija riforma sensata li tippermetti li l-esperjenza akkumulata tal-imħallfin tibqa' sservi lis-sistema ġudizzjarja tagħna għal aktar snin. Ma hemm l-ebda raġuni valida biex emenda bħal din għandha tibqa' tiġi opposta. Is-serjetà u l-intenzjonijiet ġenwini ta' dan il-gvern jikkontrastaw ma' kif fil-passat saru ħatriet importanti. F'episodju li qiegħed irrakkontat fil-bijografija tal-Eks Ministru Tonio Borg hemm miktub li fl-2002, meta rtira Noel Arrigo minn Prim Imħallef f 'ċirkostanzi fejn kellu jirreżenja minħabba allegazzjonijiet serji, kien hemm diskussjonijiet fil- Girgenti bejn il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Eddie Fenech Adami, il-Viċi Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Ministru Tonio Borg, u l-Ministru tal-Ġustizzja Austin Gatt. F'dawk id-diskussjonijiet bejnhom l-erbgħa biss, ittieħdet id-deċiżjoni li jinħatar Vincent de Gaetano bħala Prim Imħallef, għax dan kien fl-istess kors ta' Lawrence Gonzi. Dan l-episodju jfakkarna fid- differenza fil-mod kif kienu jsiru u kif isiru issa l-ħatriet. Kunsens ifisser li l-partijiet jagħmlu sforz biex isibu soluzzjoni li sservi lill-istituzzjonijiet. In-nuqqas ta' maturità, min-naħa l-oħra, ifisser li l-proċess jieqaf għax xi ħadd jagħżel li jibqa' mwaħħal fil- pożizzjoni tiegħu. Il-ħatra tal-Prim Imħallef mhijiex sempliċement kwistjoni politika. Hija kwistjoni li tmiss direttament il-funzjonament tal- ġudikatura u l-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet. Għalhekk il-proċess għandu jkun wieħed matur, serju u b'sens ta' stat. Maturità li sfortunatament fl- Oppożizzjoni mindu laħaq Alex Borg marret lura. Taħt l-Eks Kap Adrian Delia, kien sar saħansitra qbil, kemm fuq karigi li dak iż-żmien ma kinux jirrikjedu maġġoranza ta żewġ terzi, kif ukoll fuq il-kariga li kienet tirrikjedi kunsens tal-Oppożizzjoni, li hi dik tal-President Myriam Spiteri Debono. Il-messaġġ li għandu joħroġ minn din id-diskussjoni huwa wieħed ċar: il-kunsens għandu jibqa' pilastru tas-sistema tagħna. Iżda kunsens ma jistax jinbidel f 'veto permanenti. Għax istituzzjonijiet b'saħħithom jeħtieġu, mhux biss regoli tajbin, iżda wkoll rieda politika li dawn ir-regoli jintużaw b'responsabbiltà u fl-interess tal-pajjiż kollu. Il-kunsens li l-Oppożizzjoni ma tridx Il-Gvern biddel il-mod kif jinħatru membri tal-ġudikatura u introduċa l-ħtieġa ta' maġġoranza ta' żewġ terzi għall-ħatriet tal-Prim Imħallef, tal-Awditur Ġenerali, tal-Kummissarju tal-Istandards u tal-President tar- Repubblika Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD

