MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

"Minn ta' quddiem fost il- miżuri kontinwi mmirati li jsaħħu l-kwalità huwa proprju t-tagħlim u t-taħriġ ta' persuni li jagħtu servizz lill- anzjani fid-djar residenzjali " opinjoni illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 09 F il-qalba tad-Dekasteru tal-Anzjanità Attiva li mexxejt b'tant im- penn tul dawn l-aħħar sentejn, ir-regolatur fil-kamp – l-Older Persons Standards Authority (OPSA) – bla dubju għandu sinifikat partikolarment speċjali. Dan għax l-OPSA għandha l-inkarigu delikat li tipproteġi d-dinjità, is-sigurtà u l-kwalità tal- ħajja tal-anzjani tagħna li qed jiġu ospitati fid-djar residenzjali, f 'San Vinċenz de Paul jew fiċ-ċentri tad- dimensja. U kburi ngħid li matul il-it aktar minn sentejn li ilha mwaqqfa, l-OPSA għarfet tħaddan ir- responsabbiltà kbira li għandha b'mod mill-aktar effikaċi. Ewlenin fost ir-rwoli kruċjali li għandha l-OPSA, fil-fatt, huwa dak li jitħarsu d-drittijiet tal-persuni anzjani kkonċernati u tintervjeni fejn hu neċessarju u fil-limiti li jappartjenu għaliha. F'dan l-ambitu l-OPSA hija kontinwament impenjata li tispezzjona u tissanzjona fl-istess ħin li għaddejja bi strateġija intiża sabiex trawwem kultura ta' kwalità fi sfond ta' komunikazzjoni kontinwa u ta' tagħlim iffukat. Kien ta' pjaċir kbir għalija li dan l-aħħar inħabbar it-tnedija tal-ewwel sensiela ta' 100 karta tat-tagħlim (flashcards) maħluqa mill-OPSA li jkopru kliem użat l-iktar frekwenti matul il-konverżazzjonijiet bejn l-anzjani u dawk li jkunu qed iduru bihom fid-djar residenzjali. Din l-inizjattiva għandha użu tassew prattiku u permezz tagħha bla dubju se jkompli jinbena l-pont ta' komunikazzjoni mfassal fuq tliet sisien ewlenin: ir-regolatur, l-operatur u l-anzjani li jgħixu fid-djar residenzjali. Dan huwa biss pass sinifikanti ieħor minn diversi li qed nieħdu sabiex tittejjeb u tissaħħaħ f 'kull aspett il-kwalità tas- servizz li jirċievu l-anzjani tagħna. Daqstant ieħor minn ta' quddiem fost il-miżuri kontinwi mmirati li jsaħħu l-kwalità huwa proprju t-tagħlim u t-taħriġ ta' persuni li jagħtu servizz lill-anzjani fid-djar residenzjali. F'dan il-kuntest, fost l-oħrajn, l-OPSA għaddejja wkoll b'sensiela ta' sessjonijiet ta' għarfien dwar il-kundizzjoni tad-dimenzja mmirati lejn il-persuni li jmexxu d-djar tal- anzjani residenzjali. F'dan l-istadju qed jitħarrġu mas-60 impjegat li jirrappreżentaw 37 dar residenzjali għall-anzjani biex b'hekk qed inkomplu nrawmu kultura li tagħraf, tifhem u tmexxi b'mod adegwat l-esiġenzi tal-anzjani tagħna. Sadanittant, l-OPSA hija impenjata bis-sħiħ biex taġġorna s-sett ta' regolamenti li tħaddan din l-awtorità. Dan sabiex dan il-qafas regolatorju jista' jkompli jirrifletti b'mod aktar adegwat ir-realtajiet ġodda li qed jesperjenza s-settur li fuq kollox ikompli jżomm dejjem quddiem għajnejh l-esiġenzi speċifiċi u l-aspirazzjonijiet preċiżi tal-anzjani tagħna li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi u faċilitajiet. Kien għalhekk li tul dawn l-aħħar xhur għamilna konsultazzjoni teknika estensiva ma' numru vast ta' operaturi u persuni intiżi fis-settur bil- għan aħħari li niffinalizzaw qafas aġġornat ta' regoli. Fil-fatt, dan wassal biex ftit tal-ġimgħat ilu ressaqt il-qafas regolatorju li qed jiġi propost għad-diskussjoni quddiem il- Kabinett. Il-ħidma tagħna favur l-anzjani tieħu diversi forom u tiżvolġi f 'numru ta' oqsma, imma l-kredu sagrosant tagħna ma jinbidel qatt: dak li nemmnu u naħdmu bla heda sabiex lil kull anzjan u anzjana nagħtuhom servizzi dejjem aktar mirquma, servizzi li ma jħarsux lejn l-uċuħ jew lejn in- numri imma lejn l-individwalità tal-anzjani li jibqgħu jħossuhom stmati u valorizzati bħala membri sħaħ tas-soċjetà tagħna. Riżultati bbażati fuq il-fatti: riforma li qed taħdem Huwa kruċjali li jitħarsu d-drittijiet tal-persuni anzjani Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva MALCOLM PAUL AGIUS GALEA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 March 2026