MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-band Damaged & Co. F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha Damaged & Co. kien l-iktar isem li jirrappreżenta s-sitwazzjoni tal-band ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? Band hija r-riżultat tas-sinerġija maħluqa minn individwi b'gosti u sfondi differenti, li jingħaqdu biex jiffurmaw unità waħda. DAMAGED & CO. mhijiex eċċezzjoni imma l-band bdiet bħala proġett ta' żewġ persuni fl-2017 taħt isem differenti. Wara li l-proġett beda jiġbor momentum, kiber u sar band sħiħa b'line-up komplut fl-2018. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Peress li Malta hija gżira żgħira u x-xena lokali tal-metal mhijiex kbira, għalhekk jidher li kulħadd jaf lil kulħadd. Madankollu, it-tweġiba mhijiex sempliċement iva. Minħabba differenzi fl- età u varjetà ta' sfondi, nistgħu ngħidu li qabel ma sirna aħwa konna nappartjenu għal ċrieki differenti. Minkejja dan, nibbilanċjaw lil xulxin b'mod pożittiv. Nagħtu importanza kbira biex ma nħarbux dak il-bilanċ, speċjalment meta jkun hemm bidliet inevitabbli fil-line-up. L-għażla mhux dejjem taqa' awtomatikament fuq l-aktar mużiċist kapaċi, iżda fuq dak li jaqbel l-aktar mal-fratellanza tagħna. Kif għażiltu l-isem tal-band? Il-band bdiet taħt l-isem ta' Kill o'clock. L-idea oriġinali kienet li nibnu l-immaġni u l-ħoss fuq il-moviment steampunk. Sena wara, u wara it bidliet fil-line-up, ħassejna li dak l-isem ma kienx għadu jaqbel u bdejna nħabblu moħħna biex insibu isem ieħor, aktar adattat. Matul dak il-perjodu l-band kienet magħmula minn sitt persuni, u spiċċajna b'madwar 40 suġġeriment. Damaged & Co. kien l-aħħar wieħed fil-lista. Ħassejna li dan l-isem kien l-aktar wieħed li jirrappreżenta s-sitwazzjoni tagħna. Min mhuwiex "damaged"? Il-problemi tal-ħajja li jnaqqrulek il-qalba tiegħek minn ġewwa. Kull wieħed minna għandu ċikatriċi xi jġorr. Qatt taħbi l-vulnerabbiltà tiegħek, u qatt tħossok skomdu titlob l-għajnuna. M'hemm l-ebda mistħija f 'dan. Għalhekk, il-band hija magħmula minn ħames individwi "damaged", appoġġjati mill- kumpanija ta' rwieħ oħra wkoll imġarrbin. Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Kważi kull membru fil-grupp għandu xi tip ta' proġett ieħor, jew idoqq f 'band oħra, jew jorganizza avvenimenti differenti eċċ. Dan il-proġett qed nipprovaw inżommuh kemm jista' jkun prijorità bejnietna billi niltaqgħu kemm jista' jkun regolarment u nagħmlu pjanijiet u skadenzi biex nimxu 'l quddiem. Ukoll, nagħmlu li nistgħu biex kull deċiżjoni fil-band tittieħed b'mod unanimu, u jkun hemm qbil komplut bejnietna. Iva, ikun hemm xi deċiżjonijiet li xi ħadd ikollu jċedi jew jaċċetta xi affarijiet imma nipprovaw li kulħadd ikollu vuċi ugwali fid-deċiżjonijiet. X'inhu l-pass li jmiss? Is-sena li għaddiet ġabet magħha tip ta' reset fil-band, b'żewġ membri jitilqu għal raġunijiet personali u membri ġodda jidħlu minflokhom. L-aħħar nofs tas-sena qattajnieh niktbu materjal ġdid filwaqt li konna qed naddattaw ruħna għall-line-up il-ġdid. Se jkollna l-ewwel show tagħna b'dan il-line-up aġġornat fid-9 ta' Frar, fit-Tigullio, flimkien ma' għadd ta' bands Maltin oħra stabbiliti. L-avveniment jissejjaħ Grim Reaper Festival, li huwa ritorn ta' festival li kien isir snin ilu. Wara dan irridu ndoqqu f 'aktar shows lokali u internazzjonali, għax wara li diġà kellna esperjenza ndoqqu barra minn Malta fis- snin ta' qabel (irnexxielna ndoqqu darbtejn fl-Italja u darba f 'Iżrael), nixtiequ nibnu fuq dawk l-esperjenzi u nkomplu nikbru. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Il-ħajja hija l-akbar ispirazzjoni tagħna. Ma niktbux dwar il-fantasija, iżda nippreferu nżommu mal-uġigħ ta' rasna u ma' qsim il-qalb tagħna. Il-ħajja tista' titfagħlek ħafna sitwazzjonijiet li jġegħluk tħossok irrabjat, dipress, iddisprat, imdejjaq, vulnerabbli, eċċ. Il-messaġġ tagħna hu li m'intix waħdek. Iġġieled, u jekk tħoss li wasalt fl-aħħar ta' saħħtek, fittex l-għajnuna. Dejjem hemm dawl fit- tarf tal-mina, u le, mhux ferrovija ġejja … nisperaw! Aħna lkoll "damaged", għalhekk oqgħod attent ħafna x'tgħid u kif tiġġudika, għax ilkoll ngħixu fl-istess dar tal-ħġieġ. Li titfa' l-ġebel qatt mhu għaqli. Nippruvaw noffru tama lil min għandu qalbu maqtugħa. Mhux dejjem possibbli titbissem, u hu wisq simplistiku tgħid li meta l-ħajja tagħtik il- lumi tagħmel minnhom luminata … mill- inqas nippruvaw indoqqu xi mużika tajba, akkumpanjata minn kliem li nittamaw li jispira lin-nies biex ħaddieħor ikompli jiġġieled. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Għalkemm ix-xena hija żgħira u l-postijiet fejn iddoqq dan l-istil ta' mużika huwa vera limitat, inħossu li artisti jew bands ġodda jiġu milqugħa tajjeb minn promoturi u bands oħra biex jagħmlu d-debutt jew l-ewwel shows tagħhom pjuttost malajr, kemm jekk ikun f 'kunċert żgħir fi club jew anke f 'festival akbar. Forsi m'hemmx wisq opportunitajiet biex band ġdida ddoqq, imma dan jista' jgħodd għal kull band fix-xena lokali. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Ma rridx ninstema' negattiv wisq għax hemm ħafna affarijiet pożittivi fix-xena. L-organizzaturi qed jibdew iġibu bands dejjem akbar lejn il-gżira u ma' kull show ġeneralment jintgħażel talent lokali biex ikun supporting act. Barra minn hekk, in-numru ta' avvenimenti qed jiżdied bil-mod il-mod. Hemm problema tan-nuqqas ta' spazji għar- rehearsals, u xi wħud minn dawk li jeżistu qed jittieħdu mingħand il-bands għal xi raġuni jew oħra, u apparti minn it wegħdiet vojta ma rajna xejn konkret li jsolvi din is- sitwazzjoni. Hemm ukoll il-problema ta' xi nies li jinsabu f 'bands u xorta ma jmorrux gigs u avvenimenti biex jappoġġjaw artisti oħra. Niem li mhux kull band tkun għall-gosti tiegħek, u lanqas hu realistiku tmur għal kull avveniment. Imma hawn nies li għandhom band, jippritkaw u jitolbu l-appoġġ minn artisti oħra, u mbagħad qatt ma tarahom f 'avvenimenti oħra ħlief tagħhom stess. Ftit aktar give and take jagħmel differenza kbira.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 March 2026