Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
L-Indjani Amerikani jinstabu kemm fil-kontinent tal-Amerka ta' Fuq u kemm f 'dak tal-Amerka t'Isfel. Il-films ta' Hollywood jiffokaw l-aktar fuq it-tribujiet tal-Amerka ta' Fuq, speċjalment tal-Istati Uniti u ġieli anki dawk tal- Kanada. Meta Kristofru Kolombu baħħar lejn il-Punent fl-1492 ħaseb li se jilħaq l-Indja min-naħa l-oħra tad-dinja. Żgur li qatt ma basar li fil-vjaġġ tiegħu se jiltaqa' ma' kontinent enormi li kellu l-abitanti indiġeni tiegħu. Meta hu bit-tliet vapuri llendja fuq ix- xtut tal-Lvant tal-Kontinent tal- Amerka ta' Fuq, sab li f 'dan il-post kienu jgħixu nies primittivi ta' ġilda skura li l-livell tal-kultura soċjali tagħhom kien simili għal dak tal-Brittaniċi Antiki qabel ma invadewha r-Rumani. Dawn ir-razez kienu ta' xahar iswed u għajnejn suwed u l-kulur tal-ġilda tagħhom kien jagħti fl-aħmar. Billi ħaseb li wasal fl-Indja kkonsidra lil dawn l-abitanti bħala Indjani. Wara bdew isibuhom bħala "Indjani-Amerikani" jew "Red Indians" jew "Redskins". Ħadd ma jaf fiċ-ċert minn fejn ġiet din ir-razza kbira li abitat fil-kontinent vast Amerikan tan- Nord. Mill-bixra tagħhom kien maħsub li waslu mill-Asja aktarx mill-Mongolja, illum parti miċ- Ċina, qasmu l-Istrett ta' Behring min-naħa tat-Tramuntana/Lvant tas-Siberja u l-Alaska u vvjaġġaw 'l isfel lejn il-Lvant u lejn il-pjanuri kbar u foresti ta' dan il-kontinent. Dawk li ssetiljaw fl-Alaska huma l-Eskimos. Meta l-Ewropej bdew ġejjin f 'din l-art ġdida sabu li l-Indjani ma kinux jafu bil-ħadid u l-arma prinċipali tagħhom kienet il- qaws u l-vleġġa u s-skieken mill- għadam jew miż-żnied. B'hekk ma setgħu jagħmlu xejn kontra x-xwabel, il-lanez u l-azzarini jew il-kanuni tal-Ewropej. Dawn l-indiġeni kellhom il- kultura interessanti tagħhom, fosthom kullani ta' żibeġ imsejħa "wampun", ilbies b'rix fir-ras, il-pipa tal-paċi, in-nisa Indjani jissejħu "squaws", it-trabi tal- Red Indians huma "papoose" u kellhom il-"medicine man" billi kienu konxji sewwa fl-influwenza tal-ispirti. Il-post fejn jgħixu kien aktarx xi tinda msejħa "wigwam" mit-tribujiet tal-Lvant u "tepee" minn dawk tal-pjanuri. Dawn tal-aħħar kienu aktarx kaċċaturi jfittxu l-buflu bil-kap tagħhom jissejjaħ "chief " jew "chieain". Imferrxin madwar il-Kontinent Amerikan ta' Fuq kien hemm diversi tribujiet. Lejn in-naħa tal- Lvant matul il-kosta tal-Atlantiku u l-Golf tal-Messiku u 'l ġewwa fl- art, fil-kampanja u l-foresti nsibu l-Iroquois, Blackfoot, Cherokee, Crees, Mohicans u Mohawks. Fil-pjanuri immensi kienu jgħixu l-Blackfoot, Cheyenne, Crow u s-Sioux. Fin-naħa tas-Sud/ Punent, fil-wati enormi tad-deżert ta' New Mexico u Arizona kienu jabitaw il-Pueblos li kienu paċifiċi. Oppost għalihom in-Navajos u l-Apaches kienu fost l-aktar razez feroċi u ġellieda. Fl-1608, James Smith il- mexxej tal-kolonjalisti Ingliżi ta' Jamestown ġo Virginia, inħataf miċ-Chief Powhatan tat-tribù qawwi Algonquin u nqatgħatlu għall-mewt. It-tifla tiegħu Pocahontas salvatlu ħajtu. Fl-1614 Pocahontas iżżewġet lil John Rolfe, żagħżugħ li ġie jgħammar hemm u bejn l-Indjani u l-kolonizzaturi ġodda nħolqot il-paċi. Pocahontas mietet fl-1617 meta kienet iżżur l-Ingliterra, aktarx mill-influwenza billi l-Indjani-Amerikani ma kellhomx protezzjoni naturali għal din il- marda. Il-bini tal-linji tal-ferrovija ġabu aktar nies fit-territorji Indjani. Huma kienu jsejħulha "the Iron Horse". Hawn reġa' nħoloq il-ġlied bejn l-Indjani li bdew jitilfu ħafna art u l-invażuri. F'kampanja fl-għoljiet ta' Montana, forza ta' 264 suldati taħt il-kmand tal-arroganti, minfuħ bih innifsu, il-bjond Kurunell George Armstrong Custer (li l-Indjani kienu jsibuh bħala "yellow hair") intasbu minn forza superjuri ta' Red Indians taħt il-kmand ta' wieħed mill-aqwa kapijiet famużi, Chief Sitting Bull. F'din il-battalja ta' Little Big Horn l-Indjani ħarġu totalment rebbieħa. Dan kien l-aħħar suċċess kbir kontra l-invażuri bojod. Il-films ey Died With eir Boots On (1941), Sitting Bull (1954) u Little Big Man (1970) jirrakkontaw din il-vittorja tar-Redskins. Xi kapijiet famużi tal-Indjani kienu: Chief Pontiac (1720-1760) tat-tribù Ottawa, Cochise (1812- 1874) tal-Apache, Sitting Bull (cc1831-1890) tat-tribù Lakota, Crazy Horse (cc1845-1877) tal- Lakota u Sioux, Geronimo (1829- 1909) tal-Apaches, Chief Joseph (1840-1904) tan-Nez Perce', Red Cloud (1822-1909) tal-Lakota u Osceola (1804-1838) tal-Indjani Seminole ta' Florida. Ha naraw issa kif Hollywood pinġewlna lil dawn il-ħlejjaq magħrufa bħala slavaġ/nobbli: Kienu jissejħu "ta' ġilda ħamra" jew "slavaġ" jew "ostili". Fil-bidu kienu jaħdmu l-parti tagħhom atturi bojod, libsin ir-rix jew minn Indjani stess li kienu lesti jwaqqgħu għaż- żuffjett lir-razza tagħom stess. Kien id-dover ta' dawn is-slavaġ li jattakkaw b'furja kbira lill- vaguni qegħdin f 'ċirku, jew lill- kavallerija jew lil dawk li marru jabitaw hemm bil-kwiet. Riedu biss joqtlu, jaħarqu, jagħmlu ħerba u jistupraw; kienu barbari klassiċi u b'hekk kienu qed jgħattu ħafna mill-brutalità tar-rivali suppost iċċivilizzati tagħhom. Għall-ġenerazzjoni li għexet mal-films mitkellma, Hollywood kien jippromovi tip ta' razziżmu każwali. Kienu jinjoraw jew idawru kif jaqbel lilhom ta' kif il-bojod invadew it- territorji Indjani, inqdew bihom, immassakrawhom, poġġewhom f 'kampijiet u neżżgħuhom mill- identità tagħhom. 14 films IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 • illum Carmel Bonnici L-Indjani-Amerikani fuq il-liżar ċinematografiku L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Geronimo (1829-1909) They Died With Their Boots On (1941)

