MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Il-film Amerikan almenu sal-1950 kien jinforza din il- leġġenda u jikkumplimenta din id-dominanza aggressiva li l-bojod kellhom fuq is-suwed. Kull film tal-Indjani kien kummentarju fuq ir-razziżmu fl-Amerka. Ir-riħ tal-bidla beda ġej fil- bidu tas-snin 50. L-Indjani- Amerikani kienu ġġieldu fit-Tieni Gwerra Dinjija u d-domanda għad-drittijiet ċivili bdiet tidher lejn is-Sud. Ma kienx qabel lejn l-aħħar tas-snin 60 li l-kotba bdew jirranġaw l-iżbalji ta' qabel dwar l-istorja ta' dawn l-Indjani-Amerikani u l-kultura tagħhom li ġiegħlu lill-Amerikani bojod jagħrfu l-ġenoċidju li missirijiethom ikkommettew. Wara, diversi films urew lil dawn l-imsejknin bħala eroj jew vittmi traġiċi. Il-maġġoranza tal- Amerikani ammettew li l-istorja tal-passat kienet diżastru, imma kif se jirriversjawha? Xi films li ppruvaw jagħmlu hekk kienu: Devil's Doorway (1950) b'rispett għall-Indjani li ġġieldu ma' tan-Nord fil- gwerra Ċivili Amerikana. Xejn ma kien jittradixxi lill-Indjani aktar milli Hollywood kienu jpoġġu atturi bojod fil-parti ta' dawn, għalkemm l-istorja kienet turi d-deni li sar fuqhom. Jeff Chandler ħadem il-parti ta' Cochise fi Broken Arrow (1950) u Rock Hudson affronta l-kbir sidru bħala Taza, Son of Cochise (1954). Kien anki possibbli li mara Indjana tidher sabiħa sakemm il-parti taħdimha attriċi bajda; Debra Paget dehret fi Broken Arrow, Elizabeth Threatt f 'The Big Sky (1952), Jean Peters f 'Apache (1954), Marisa Pavan fi Drum Beat (1954), Donna Reed f 'The Far Horizons (1955) u Audrey Hepburn f 'The Unforgiven (1960). Ħadd ma kkontribwixxa lejn l-immaġini tal-Indjan daqs il-bravu direttur John Ford. The Searchers (1956) huwa metafora lejn il-paladini tas- supremazija razzjali li jkollhom iċedu lejn ir-realtajiet ġodda tal- Amerka. Tifla (Natalie Wood) tinħataf mill-Indjani. Dawk li jdumu snin ifittxuha (John Wayne u Jeffrey Hunter) huma swar tal-awtorità tal-bojod għalkemm Hunter għandu demm imħallat magħhom. Meta jsibuha u joħduha magħhom, hi ma tkunx trid tiġi lura. Ford għamel it-tribut tiegħu lejn dawn is-slavaġ/nobbli bil-film Cheyenne Autumn, apoloġija bl- istampi għal seklu ta' mibegħda kontrihom. Films oħrajn fejn inxtered id- demm ta' dawn l-indiġeni huma Tell Them Willie Boy Is Here (1969), il-brutali Soldier Blue u Little Big Horn (it-tnejn 1970) u Ulzana's Raid (1972). Kien l-attur Tom Laughlin li, barra s-sistema ta' Hollywood, sab il- kuraġġ biex juri indipendenza lil dawn in-nattivi Amerikani bil- film tiegħu Billy Jack (1971) u żewġ sequels oħra. Dawn kienu films moderni bl-arti marzjali minn dan l-attur ta' nisel Indjan. Mis-snin 80 'l hawn iċ- Chiefs Indjani bdew juruhom bħala intelliġenti, filosofiċi u anki sopranaturali, bħal Will Sampson, One Flew Over the Cuckoo's Nest u Chief Dan George ma' Clint Eastwood f 'The Outlaw Josie Wales. Il- film Windtalkers (2002) wera l-istorja ta' kif fit-Tieni Gwerra Dinjija, wara ħafna u-boats mgħarrqa, il-militar Amerikan biex jgħaddi messaġġi uża l-Lakota, il-lingwa tal-Indjani Sioux li n-Nazisti ma setgħux isolvuha u b'ħakk salvaw il-ħajja ta' ħafna. Xi atturi Indjani li dehru fil- films huma Rodney A. Grant, Michael Horse ta' dixxendenza Apache, Ben Johnson, attur popolari taċ-Cherokee, Russell Means (Sioux), Eric Schweig li kien innominat għall-Oscar, Wes Studi ukoll Cherokee (dawn l-aħħar tlieta ħadmu f 'Last Of The Mohicans – 1992), Will Rogers (Cherokee), Will Sampson tat-tribù Cree, Misty Uphan attriċi tar-razza Blackfoot, Floyd "Red Crow" Westerman, Rudy Youngblood tal-Comanche, Chief Dan George li kien innominat għall- Oscar f 'Little Big Man, Graham Greene ukoll innominat għal Dances With Wolves (li Kevin Costner ħadmu bil-lingwa Lakota u għamel suċċess kbir), Chief Yowlachie li kien ilu jaħdem fil-films sa minn żmien iċ-ċinema mutu, Tantoo Cardinal attriċi Kanadiża mħallta mar-razez Cree u Metis, Gordon Tootoosis ukoll tal-Cree u Stoney, kif ukoll Buffy Saint Marie tal-Plains Cree, kantanta li esegwiet il- kanzunetta melodrammatika tat-titlu f 'Soldier Blue. Il-folja veru daret għax wara li lill- Kap Geronimo pinġewh bħala salvaġġ feroċi u qattiel u anki fl-aħħar poġġewh f 'kamp ta' riserva bħall-Indjani l-oħra, id- direttur ta' stoffa Walter Hill fil- film tiegħu tal-1993 tah kreditu ta' Geronimo: An American Legend. L-Indjan hu bħall- mostru, raġel tant abbużat li se jibqa' jħabbat fuq il-kuxjenza tal-Amerikani bojod. 14 films IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum Carmel Bonnici L-Indjani-Amerikani fuq il-liżar ċinematografiku L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Sitting Bull Last of the Mohicans

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026