Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ħ a nkunu ċari. Hija ħaġa tajba ferm li tinstab u tingħata għa- jnuna finanzjarja għall-isports tat-tfal. Anzi ta' min jinkoraġġi- ha. Iżda dil-ġimgħa kellna eżempju ċar ta' kif din m'għandhiex issir. L-Assoċjazzjoni għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iffirmat ehim ta' kollaborazzjoni mal-Malta Football Association (MFA) bil-għan li tgħin tfal minn familji b'diffikultajiet finanzjarji jattendu nurseries tal-futbol. Skont il-ehim, madwar 160 tifel u tifla minn familji li qed jaffaċċjaw sfidi soċjali u ekonomiċi se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex jattendu nurseries tal- futbol madwar Malta. L-iskema tkopri sa €250 għal kull tifel jew tifla, b'75% tal-ispiża titħallas mill-ARUC u l-bqija mill-MFA. Din l-inizjattiva mill-ewwel ġiet ikkritikata pubblikament, mill-Ministru għall-Isport Clion Grima, mill-Partit Nazzjonalista, minn numru ta' għaqdiet, u mill-pubbliku. Ovvjament, l-ARUC qed tiddefendi l-ehim: qed tinsisti li baqgħet konsistenti mal-prinċipji tagħha ta' prevenzjoni u edukazzjoni kontra l-użu tal-kannabis. Is- Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg ukoll qed tiddefendi l-ehim. Dan il-ehim juri biċ-ċar in-nuqqas ta' fehim ta' xi tfisser verament il-Harm Reduction. Ma tfissirx li ninnormalizzaw l-użu ta' dawn is-sustanzi. Harm Reduction tinkludi impenn sħiħ lejn l-evidenza xjentifika u l-ġbir tad-data fuq l-użu tal-kannabis, kif ukoll tipprovdi għarfien estensiv dwar ir- riskji kollha. B'dan il-ehim, l-MFA qed taċċetta fondi miksuba mill-użu tas-sustanzi u minn persuni li qed jonfqu l-flus fuq il-kannabis. Dan mhux Harm Reduction. L-ARUC setgħet, kieku għażlet, provdiet il-finanzjament b'mod li jibqa' anonimu għall-pubbliku, mingħajr iffanfrar u opportunitajiet għall-midja. L-MFA issa qisha ndunat li żbaljat. Forsi minħabba l-kritika pubblika kważi totali li qanqal il-ehim mal-ARUC? Issa ħabbret it-twaqqif ta' kumitat ġdid bil- għan li jistabbilixxi linji gwida ċari dwar sponsorships. L-MFA qalet li tagħraf it-tħassib pubbliku dwar din il-kollaborazzjoni u għalhekk qed tieħu passi biex ittejjeb is- sorveljanza u t-trasparenza fil-ehimiet ta' sponsorship. Ma qalitx li se jirtiraw mill-ehim, ma qalitx li taqbel mat-tħassib pubbliku, ma qalitx li tista' tiem għalfejn li hi tassoċja mal-ARUC setgħet qajmet mistoqsijiet u diskussjoni interna. Xejn. Imma ħa nwaqqfu kumitat ieħor. Kumitat li se jkun responsabbli mill-iżvilupp ta' linji gwida u rakkomandazzjonijiet dwar sponsorships, b'enfasi partikolari fuq l-esponiment tat- tfal. Bħal qisu biex titfa' l-melħ fuq il-ferita, l-ARUC qalet li se tiddedika riżorsi biex tappoġġja l-ħidma tal-kumitat, filwaqt li enfasizzat li tisma' l-feedback kostruttiv u tipprova tikkonvertih f 'azzjonijiet konkreti biex ittejjeb l-inizjattivi tagħha. Kieku ma nafux mod ieħor, l-istorja kollha tidher qisha script miktub għal xi kummiedja. Iżda sfortunatament hija kollha vera. U iktar minn hekk, tikkonċerna fondi għall- isport, għat-tfal. Dan għandu jkun proċess miuħ u mingħajr ħabi. Għandu jattratta finanzjament ikbar minn ħafna iktar għaqdiet u kumpaniji. M'għandux ikun assoċjat mal-użu tal- kannabis bl-ebda mod, irrelevanti minn kemm nippruvaw inżejnu kollox bil-kliem. Għall-inqas, il-Ministru għall- Isport Clion Grima serrħilna rasna. Iddeskriva l-ehim bħala deċiżjoni meħuda "b'nuqqas ta' ħsieb minn qabel". Issa tard wisq. Id-droga, l-isport u t-tfal m'għandhom qatt isiru pedini fil-ġlieda għall-fondi

