Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246
analiżi illum • IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 09 Ewropea – paniku ġustifikat skapitu tal-'barrani '? Hemm min iħallat lill-immigranti kollha u ma jagħmilx differenza bejn it-tipi differenti ta' immigrazzjoni barranin għamlu 22 xahar jaħdmu Malta. L-istatistika turi wkoll li xogħol f 'setturi li jħallsu taħt il-paga medjana jagħmluh l-aktar ħaddiema barranin minn pajjiżi barra l-UE. Fis-snin 2022, 2023 u 2024 instabu 1,405, 1,695 u 1,780 immigranti mingħajr permess ta' residenza f 'Malta. Fl-istess waqt, f 'Ġunju tal-2025 kien hawn 87,000 ħaddiem jaħdmu b'mod regolari u bil-karti kollha in regola minn pajjiżi mhux tal-UE. In-numri jitkellmu waħedhom, l-irregolari, hi x'inhi r-raġuni ta' din l-irregolarità huma numru insinifikanti. Huma x'inhuma persuni li ħaqqhom id-dinjità u li jiġu trat- tati ta' nies. Madwar l-UE kollha fl-2020, għal kull dħul irregolari, kien hemm 12-il immigrant legali. Il-bini ta' ħitan fuq il-frunt- ieri esterni tal-UE ma jidhirx li jnaqqas id-dħul irregolari. Il-maġġoranza tad-dħul irreg- olari jseħħ permezz tal-baħar. Sfortunatament, dawn il-vjaġġi spiss jispiċċaw b'mod traġiku. Bejn l-2014 u l-2023 madwar 35,000 persuna mietu mgħerrqa, minn dawn aktar minn 26,000 persuna għebu fil-Baħar Medi- terran. Fl-istess perjodu, ġie rreġistrat madwar 2.7 miljun dħul irreg- olari bil-baħar. Biex inpoġġu dawn in-numri f 'kuntest, il-popolazzjoni tal-UE hija mad- war 450 miljun. Il-migrazzjoni kienet dejjem parti mill-istorja tal-bniedem. Minkejja tħassib dwar "migrazzjoni massiva", in-numri juru li fl-2020 kien hemm 281 miljun migrant mad- war id-dinja kollha. Dan in-numru jinkludi l-immigranti regolari. Minkejja li jidher numru kbir, huwa biss 3.6% tal-popolazzjoni tad-dinja. L-Ewropa hija l-aktar desti- nazzjoni mfittxija b'87 miljun migrant fl-2020. Il-maġġoranza taċ-ċittadini mhux tal-UE jidħlu u jgħixu f 'pajjiżi tal-unjoni legalment. Mill-2014 sal-2022 kien hemm żieda minn 17 miljun għal 24 miljun resident minn pajjiżi ter- zi, jiġifieri minn barra l-UE. Dan jinkludi pajjiżi Ewropej oħra mhux fl-UE. Is-sehem tagħhom fil-popolazzjoni tal-UE żdied minn 3.9% għal 5.3%. Qajla tista' tgħid li xi 'theddida'. Migrazzjoni irregolari L-istatistika turi li n-numru ta' persuni li jinstabu jgħixu illegalment fl-UE huwa normal- ment ogħla minn dak ta' dawk li jidħlu b'mod irregolari. Bejn l-2009 u l-2022, jiġifieri fuq 13-il sena, madwar 10 miljun persuna nstabu illegalment fl-UE kollha, filwaqt li ġew irreġistrati 4.3 miljun dħul irregolari. Fl-2022 biss, madwar 1.1 miljun persuna nstabu jgħixu il- legalment fl-UE. Dawn in-numri jindikaw li l-biċċa l-kbira tal-mi- granti irregolari ma jidħlux b'mod illegali, iżda jsiru irreg- olari wara li jidħlu legalment, pereżempju, billi jibqgħu wara li tiskadi l-viża tagħhom. Il-popolazzjoni tal-UE u l-bżonn ta' ħaddiema barranin Il-popolazzjoni tal-UE misten- nija tonqos b'6% sal-2100. Jekk l-immigrazzjoni tonqos jew tieqaf għalkollox, it-tnaqqis jista' jilħaq 17% jew saħansitra 33%. Fl-istess ħin il-popolazzjoni qed tixjieħ. Il-proporzjon ta' anzjani se jiżdied minn 33% (2022) għal kważi 60% sal-2100. L-immigrazzjoni legali, u l-integrazzjoni effettiva ta' immigranti li rabbew l-għeruq fil-pajjiżi tal-UE tista' tgħin biex ittaffi dawn il-problemi ta' popolazzjoni aktar xiħa. Waħ- da mill-aktar ġodda b'saħħitha għall-integrazzjoni hija l-edu- kazzjoni tal-ġenerazzjonijiet ġodda, f 'kelma waħda tat-tfal, huma minn fejn huma l-ġenituri tagħhom. Min jitrabba Malta, Franza, Spanja jew f 'liema pajjiż ikun, jitkellem il-lingwa nattiva tal-post, jikber fil-komunità tal- pajjiż li jkun, isir parti intrinsika minn dik is-soċjetà. L-isfida għal ċerti pajjiżi, speċ- jalment dawk żgħar ħafna fosth- om Malta, hija t-tip ta' ekonom- ija li jagħżel il-pajjiż. Servizzi tas-saħħa u ta' kura tal-anzjani jsofru kollass jekk f 'daqqa waħda jisparixxu l-ħaddiema barranin. Min-naħa l-oħra hemm bżonn ippjanar serju tat-tip ta' impjiegi li neħtieġu fil-futur, kemm minħabba n-nuqqas ta' spazju u riżorsi tal-pajjiż, kif ukoll biex nevitaw l-isfruttament tal-ħaddiema f 'setturi li 'jir- nexxu' biss minħabba pagi baxxi u kundizzjonijiet ta' xogħol relattivament ħżiena.

