MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 • illum 'L-ebda riskju immedjat' ta' interruzzjoni fil-provista tal-LNG PRE-AVVIŻ TAS-SEJĦA NUMRU 27 FAVUR PROPOSTI GĦAL PROĠETTI TAĦT IL-FOND GĦALL- AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali jixtieq javża li ser joħroġ sejħa favur proposti għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (FAMI): Objettiv Speċifiku 2: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l-inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Din is-sejħa għall-proposti għandha tkopri azzjoni li tiffoka fuq: � it-tisħiħ tal-multikulturaliżmu u tal-medjazzjoni kulturali � l-indirizzar tal-lakuni ta' informazzjoni li jxekklu l-integrazzjoni lokali � it-tnaqqis tal-ostakli lingwistiċi fl-iskejjel biex l-integrazzjoni fost it-tfal tkun iffaċilitata � l-opportunita' sabiex iċ-ċittadini minn pajjiżi terzi jitgħallmu lingwa permezz tal-għodod diġitali � il-promozzjoni tad-diversita' fis-settur edukattiv biex il-ħtiġiet attwali u futuri tas-soċjeta' ikunu indirizzati � it-trawwim tal-etniċita' fis-setturi soċjali u edukattivi � l-għoti ta' servizzi ta' appoġġ lill-familji migranti ħalli l-aċċess tagħhom fis-sistema edukattiva jkun eħfef Is-sejħa ser tiftaħ fis-6 ta' April tal-2026, u tagħlaq fil-5 ta' Ġunju tal-2026, f'nofsinhar. Il-formula tal-applikazzjoni, id-dettalji rigward l-eliġibilita' u l-linji gwidi fuq l-indikaturi ser ikunu disponibbli għall-pubbliku mal-ftuħ tas-sejħa. L-applikanti prospettivi huma mħeġġa sabiex jirreferu għall-Programm FAMI fuq is-sit https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/10/AMIF-Programme-v-2.0.pdf ħalli jaraw jekk il-proposta tagħhom hijiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa favur proposti għall-proġetti. Ser tittella' wkoll sessjoni ta' informazzjoni fuq il-kontenut tal-formula tal-applikazzjoni, kif ukoll fuq il-linji gwidi rispettivi. Min jixtieq tagħrif aktar jista' jikkuntattja l-Awtorità ta' Ġestjoni permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Min-naħa tagħha, kelliema għall-Ministeru responsabbli mill-enerġija spjegat li l-provis- ta tal-LNG lejn Delimara hija kuntrattata u sigura, u għalhekk bħalissa m'hemmx indikazzjonijiet ta' interruzzjoni. Madankollu, il-Gvern għan- du fis-seħħ diversi miżuri ta' kontinġenza f 'każ ta' tfixkil fil-provista. Fost dawn hemm l-użu tal-impjant ta' emerġenza li jaħdem bid-diesel, l-intercon- nector mal-Italja, kif ukoll parti mill-impjant ta' Delimara 3 li jista' jopera wkoll bid-diesel. Il-kelliema spjegat li Malta top- era skont il-policy ta' N-1, li tfisser li l-pajjiż għandu jkun kapaċi jlaħħaq mad-domanda tal-elettri- ku anke jekk jonqos sors ewlieni ta' enerġija. F'dan il-kuntest, l-interconnector mal-Italja jibqa' element kruċjali fis-sigurtà tal-provista, b'kapaċità li normal- ment tilħaq sa 225MW, u li tista' tiżdied f 'ċirkostanzi eċċezzjonali bi qbil mal-awtoritajiet Taljani. Barra minn hekk, il-kontribut tal-enerġija rinovabbli qed jikber, u llum jaqbeż il-250MW, li jkompli jsaħħaħ il-flessibbiltà tas-sistema. Rigward l-operazzjonijiet ta' ship-to-ship transfer f 'Delimara, il-Ministeru spjega li kwalunkwe riskju operattiv jew ambjentali jiġi evalwat skont il-proċeduri stabbili- ti u r-regolamenti applikabbli, taħt ir-responsabbiltà tal-operatur. Il-Gvern sostna li l-mix attwali ta' sorsi ta' enerġija jipprovdi livell adegwat ta' sigurtà u reżiljenza, filwaqt li jkompli jissorvelja l-iżvi- luppi internazzjonali biex jiżgura l-istabbiltà tal-provista tal-enerġija għall-pajjiż. Il-provista tal-LNG lejn Delimara hija kuntrattata u sigura JAELLE BORG Il-missjoni Artemis II tan-NA- SA tniediet b'suċċess fl-1 ta' April minn Kennedy Space Center, bil-vapur spazjali issa jinsab fl-orbita tad-Dinja waqt li l-ekwipaġġ qed iwettaq testi- jiet kruċjali qabel ma jkompli lejn il-qamar. Il-kapsula Orion, li qed iġġorr erba' astronawti, issa ingħatat l-approvazzjoni biex tibda l-vjaġġ tagħha madwar il-qamar. Din hija l-ewwel missjoni b'ek- wipaġġ tal-programm Artemis u l-ewwel darba li l-bnedmin qed jivvjaġġaw lil hinn mill-orbita baxxa tad-dinja f 'aktar minn 50 sena. Matul il-fażi inizjali, l-as- tronawti Reid Wiseman, Victor Glover u Christina Koch, flimk- ien mal-astronawt Kanadiż Jer- emy Hansen, evalwaw sistemi essenzjali fosthom dawk tal-ħajja abbord, navigazzjoni u komuni- kazzjoni, kif ukoll il-prestazzjoni ġenerali tal-kapsula Orion u r-rokit Space Launch System. Artemis II se twassal lill-ekwi- paġġ fuq vjaġġ ta' g]axart ijiem li jinkludi flyby tal-qamar qabel ir-ritorn lejn id-dinja. Din hija missjoni ta' prova u mhux se tin- kludi nżul fuq il-wiċċ tal-qamar, iżda għandha l-għan li tivvaluta l-prestazzjoni tal-vapur fl-ispazju fond. Hija wkoll l-ewwel darba li astronawti qed jaslu daqshekk 'il bogħod mill-ispazju mill-pro- gramm Apollo programme li spiċċa fl-1972. L-ekwipaġġ ta' Artemis II jirrifletti era ġdida fl-esplorazz- joni spazjali: Christina Koch hija l-ewwel mara assenjata għal missjoni lil hinn mill-orbita baxxa, Victor Glover huwa l-ew- wel persuna ta' karnaġġjon skur f 'din it-tip ta' missjoni, filwaqt li Jeremy Hansen se jkun l-ewwel astronawt mhux Amerikan li jivvjaġġa fl-ispazju fond. Skont in-NASA, il-programm Artemis għandu l-għan li jistab- bilixxi preżenza umana sostenibbli fuq il-qamar u jużaha bħala pass lejn missjonijiet futuri lejn Mars. In-NASA lura madwar il-qamar Il-missjoni Artemis II tniediet b'suċċess fl-1 ta' April

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 April 2026