MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 Il-kriżi fil-faċilitajiet fil-Marsa tippersisti IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Barra minn hekk, il-klabb esprima tħassib dwar in-nuqqas ta' data ċara għall-konsenja tal- club house u n-nuqqas ta' ehim formali mal-konċessjonarji dwar kif se jimxi l-operat. Sorsi qrib il-post iddeskrivew il-polo pitch bħala wieħed li "qas biss jista' jintuża," u wissew li kull attività fuq dan il-wiċċ qed tkompli tagħmel il-ħsara, inkluż lill-korsa tat-tiġrijiet innifisha. Abela, ikkonfermat li saru diversi rapporti minn nies li jużaw il-faċilitajiet tal-Marsa, u li hi stess għamlet diversi rakkomandazzjonijiet wara spezzjoni. Hija spjegat li ġew identifikati wires elettriċi esposti, li issa ddaħħlu u saru aktar siguri, qed jiġu diskussi soluzzjonijiet għal żona qrib il-club house fejn hemm bolards tal-ġebla tal-franka li jistgħu joħolqu periklu serju fej spjegat li f 'każ li jaħrab żiemel, hemm riskju reali li jispiċċa f 'nofs ta' triq. Il-Kummissarju żiedet li l-Gvern qed jaħdem biex jirranġa l-club house u jneħħi dawn ir-riskji, iżda enfasizzat li l-proġett jeħtieġ iż-żmien. "Mhux skuża li nsemmu t-temp, iżda jekk ix-xogħol isir malajr wisq, fit-tul nerġgħu nispiċċaw fl-istess sitwazzjoni," qalet, filwaqt li saħqet fuq il-bżonn ta' soluzzjonijiet sostenibbli. Min-naħa tiegħu, il-Malta Polo Club qal li xw-xogħlijiet għaddejjin, iżda ammetta li kien hemm xi waqfien minħabba x-xita. "Qed naħdmu id f 'id mal- konċessjonarji biex niżguraw li x-xogħol isir skont il-linji gwida tal-esperti," qal il-klabb. Il-korsa tat-tiġrijiet ukoll f 'kundizzjoni ħażina Minbarra l-polo pitch, tħassib qed jiżdied ukoll dwar il- kundizzjoni tal-korsa tat-tiġrijiet fil-Marsa. Skont sors li tkellem ma' din il-gazzetta, partijiet mill-korsa qed "jisfrondaw" u qed turi sinjali ta' deterjorazzjoni. It-temp ħażin ġie msemmi bħala fattur li affettwa s-sit, iżda sorsi insistew li dan ma jistax jispjega kollox. Xhur wara li tressaq il- protest ġudizzjarju, il-problemi għadhom preżenti u l-pressjoni qed tikber biex jittieħdu passi konkreti u effettivi sabiex il- faċilitajiet tal-Marsa jerġgħu jsiru siguri u funzjonabbli — kemm għall-annimali kif ukoll għall-isport. Partijiet mill-korsa taż-żwiemel fil-Marsa qed "jisfrondaw"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 April 2026