Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246
intervista IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 • illum 06 Wara tnejn u għoxrin sena ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta qed tirċievi l-akbar pakkett ta' fondi Ewropej li qatt kellha. Roderick Zerafa, CEO ta' Servizzi Ewropej f 'Malta (SEM), jit- kellem ma' Juliana Zammit dwar kif l-aġenzija ġġib lill-Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini għaliex kien hemm bżonn politika unita ġdida. 'Servizz bla ħlas li jgħin lin-nies joħolmu' - Roderick Roderick Zerafa, CEO ta' Servizzi Ewropej f 'Malta It-twaqqif ta' SEM ġej mill-fatt li aħna membri tal-Unjoni Ewropea. Għal min għadu mhux familjari mal-aġenzija, x'inhu l-irwol ta' Servizzi Ewropej f 'Malta, u liema servizzi toffru lill-pubbliku u lill- organizzazzjonijiet? Servizzi Ewropej f 'Malta hija aġenzija tal-gvern li nirrefe- ru għaliha bħala l-one-stop shop għall-Unjoni Ewropea f 'pajjiżna. Il-missjoni tagħna hija li nġibu l-Unjoni Ewropea eqreb lejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Naħdmu fuq tliet pilastri: ninfurmaw, ngħinu, u ninvolvu. Ninfurmaw lin-nies dwar x'inhu jiġri fil-livell Ew- ropew, ngħinu fejn jidħlu fondi Ewropej, u ninvolvu lin-nies billi nuruhom x'qed tagħmel l-UE f 'pajjiżna, inklużi kunsil- li lokali u stejjer ta' suċċess li ġew grazzi għall-finanzjament Ewropew. F'dan il-mument, Malta għandha l-akbar pakkett ta' fondi Ewropej li qatt kellha; €2.25 biljun, wara 22 sena ta' sħubija fl-UE. Intom għandkom ir-rwol li tgħinu lil dawk interessati jiksbu għajnuna u appoġġ mill-Ewropa. Biex tagħmlu dan, trid ikollkom tim imħarreġ tajjeb. Tista' tispjega kif intom strutturati? L-Aġenzija għandha dipar- timent tal-komunikazzjoni li kontinwament jippromovi xogħolna, u dipartiment ta' appoġġ għall-proġetti li l-iskop ewlieni tiegħu huwa li jgħin fir-rigward tal-fondi Ewropej. Dan id-dipartiment jipprovdi wkoll taħriġ. Matul l-aħħar ħames snin tajna aktar minn 115-il sessjoni ta' taħriġ fuq l-iżvilupp u l-kitba tal-proġetti, jiġifieri kif jinkitbu applikazz- jonijiet għall-fondi Ewropej, li ħafna jsibuhom diffiċli. Ngħinuhom kemm biex jimlew l-applikazzjonijiet, kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-proġett. Fil-futur qrib, se jibda jopera wkoll dipartiment tal-politika, li jkompli l-missjoni tagħna f 'direzzjoni ġdida. Għadkom kemm iċċelebrajtu ħames snin mit-twaqqif tal- Aġenzija. X'taħsbu li huma l-aktar kisbiet importanti ta' Servizzi Ewropej f 'Malta f 'dawn il-ħames snin? Bla dubju, li ġejna rikon- oxxuti mis-servizz pubbliku bħala l-ogħla servizz ta' kwalità fis-settur pubbliku, għalina dan huwa prova ċara tax-xogħol li nagħmlu, u fuq kollox tax-xog- ħol tat-tim kollu tagħna. Matul dawn il-ħames snin ippreżentaj- na aktar minn 700 applikazzjoni għal fondi Ewropej b'valur totali li jaqbeż il-€150 miljun. Dan huwa servizz bla ħlas, li jiddist- ingwina minn dak li jagħmlu pajjiżi oħra, u kull darba li nisp- jega dan f 'fora internazzjonali, kollegi minn pajjiżi oħra jkunu tassew impressjonati. Kisba oħra importanti hija li Servizzi Ewropej f 'Malta reġgħu ntgħażlu bħala ċ-ċent- ru ta' informazzjoni tal-pajjiż tagħna għall-Kummissjoni Ewropea, wieħed minn madwar 400 ċentru fis-27 stat membru tal-UE. Din ir-rappreżentanza se tkun ta' tifsira partikolari meta Malta jerġa' jkollha l-Presidenza tal-Kunsill fl-2030. Kif tiddeskrivi l-profil tal- individwi jew tal-entitajiet li jużaw is-servizzi tagħkom? Ngħinu kull qasam tas-soċjetà; negozji, NGOs, kunsilli lokali u reġjonali, bdiewa, sajjieda, skejjel, u anke ċerti dipartimenti tal-gvern. Fir-rigward tal-fondi Ewropej, aħna wkoll il-kordi- naturi nazzjonali għall-fondi diretti, jiġifieri fondi li mhumiex allokati minn qabel lil Malta iżda huma miuħa għall-kompetiz- zjoni madwar l-Ewropa kollha. Fl-aħħar ħames snin irċevejna aktar minn 5,000 mistoqsija rela- tata mal-fondi Ewropej. Kemm minnhom kienu diġà jafukom u jafu dwar is- servizzi tagħkom? In-numru ta' nies li jersqu lejna żdied b'mod sinifikanti minn meta espandejna l-kana- li ta' komunikazzjoni tagħna. Imma dak li jimmotivani l-aktar huwa li nżur negozji u NGOs li bbenefikaw mill-fondi Ewropej u nara nies li, mingħajr it eluf ta' ewro, qatt ma kienu jkunu jist- għu jwettqu l-proġetti tagħhom jew saħansitra joħolmu bihom. Ħafna minnhom ma kinux jafu- na qabel, imma wasalna għand- hom. Dik hija l-prova vera li qed nilħqu lil min għandu bżonna l-aktar. Ġiet imnedija wkoll l-Unità tal-Politika. Għaliex kien hemm bżonnha? Dan ġie minħabba li kien hemm każijiet fejn, irridu nkunu onesti magħna nfusna, bħala gvern stajna nagħmlu aħjar fejn tidħol il-konsultazzjoni fuq kwistjonijiet ta' politika Ewro- pea. Kulħadd jaf għal xiex qed nirreferi. Tgħallimna minn dan, u setgħet kienet faċli li nibqgħu siekta. Minflok, b'inizjattiva tagħna bħala tim, u nirringrazzja lill-Prim Ministru u lill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi talli fehmu din il-ħtieġa, ittieħdet deċiżjoni tal-Kabinett biex SEM tieħu dan ir-rwol importanti. Fil-prattika, x'se jkun ir-rwol tal-Unità tal-Politika? Id-Dipartiment se jaħdem id f 'id mad-Dipartiment tal-Kon- sultazzjoni tal-Gvern. Meta jkun hemm suġġett relatat mal-UE li jeħtieġ konsultazzjoni, aħna, bit-tim tekniku tagħna, se nġibu flimkien lill-partijiet interessati u ċ-ċittadini biex jesprimu l-feh- miet tagħhom. Dan il-feedback imbagħad jitwassal lill-gvern u lill-ministeru relevanti, sabiex meta pajjiżna jagħmel proposta jew jirrispondi lill-Kummissjoni Ewropea, il-vuċi tan-nies tkun tassew mismugħa. Parti oħra mir-rwol hija li nissimplifikaw kemm jista' jkun ir-regolamenti, id-direttivi u l-liġijiet tal-UE, għax naf li l-Unjoni Ewropea tista' tkun kumplessa. B'hekk in-nies jif- hmu aħjar x'qed jiġri fi Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu u kif id-deċiżjonijiet jaffettwawna direttament. Meta tħares lejn il-ħames snin li ġejjin, x'inhi l-viżjoni tiegħek għal SEM? Il-bidu huwa l-Unità tal-Poli- tika — irrid naraha taħdem u tagħti riżultati, u li l-vuċi taċ-ċit- tadin Malti u Għawdxi tinstema', mhux biss fil-Parlament Ew- ropew, imma wkoll direttament fejn qed tinkiteb il-leġiżlazzjoni. Irridu wkoll naraw tkab- bir fin-numri pożittivi li diġà għandna. Fix-xhur li ġejjin se jibdew diskussjonijiet fuq il-pakkett ġdid ta' fondi Ewropej għall-2028 sal-2034, u rridu nkunu lesti biex ngħinu aktar nies minn qatt qabel. Fuq livell usa', irridu nsaħħu l-ħidma biex jiżdiedu l-karrieri Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej, għax aktar diplomatiċi Maltin fl-Ew- ropa jfissru aktar influwenza fuq il-politika Ewropea. Kif jista' xi ħadd jagħmel kuntatt magħkom jew jibqa' aġġornat? Aħna attivi fuq il-midja soċjali kollha — Facebook, X, Insta- gram u LinkedIn — u nippruvaw inkunu qrib in-nies kemm jista' jkun. Imma mmorru lil hinn mill-online: nidħlu fil-qalba tal-komunitajiet. Eżempju inno- vattiv huma r-roti li norganiz- zaw, fejn il-parteċipanti jgħaddu minn postijiet iffinanzjati mill- UE u jitgħallmu waqt li jagħmlu eżerċizzju. Norganizzaw ukoll attivitajiet għall-anzjani u skola tas-sajf li laħqet aktar minn 1,700 tifel u tifla. Ippubblikajna wkoll ktieb, Islands in a Con- tinent. Min irid jikkuntattjana direttament jista' jżur is-sit tagħna sem.gov.mt. Fuq livell personali, kif tħoss li ħallejt il-marka tiegħek fuq SEM? Aktar minn xi ħaġa person- ali, naħseb li l-marka tinsab fid-direzzjoni li wasalna għaliha

