MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

illum • IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 07 Fuq XTRA, Saviour Balzan jitkellem ma' Joe Cuschieri, Kap Eżekuttiv ta' Project Green u mal- Perit Beverly Costa minn Project Green intervista 'Hemm sentiment fost il-Maltin li hemm bżonn aktar spazji miftuħa' Roderick Zerafa Il-kunċett ta' Project Green xi skop għandu? Joe Cuschieri: Project Green twaqqfet fl-2023. Twaqqfet biex pajjiżna jibda vjaġġ fuq infrastruttura ħadra. Ma kienx hawn aġenzija ffukata biss fuq infrastruttura ħadra. Ħadet over xi ġonna u parks minn Parks Malta. Project Green barra l-maintainence tfittex ukoll spazji ħodor ġodda. Il-wegħda li ffukati fuqha li għaxar minuti 'l bogħod minn fejn toqgħod ikun hemm spazju aħdar. Minflok tibqa' ġewwa tmur fi spazju aħdar. Din torbot ukoll mas- saħħa mentali. Hemm riservi naturali, bħal Filfla, fejn ma jmorrux in-nies, imma wkoll bħas- Salini li hija edukattiva. Ta' Project Green fejn jista' jmorru n-nies? Fi tliet snin għamilna 56 proġett ġdid inkluż widien. Isir ħafna community engagement, niltaqgħu man-nies tal- lokalità ħa naraw xi jridu u x'jogħġobhom lin-nies tal- lokalità. Aħna bħalissa għandna nies minn dixxiplini differenti. Kull min jidħol magħna — periti għadhom żgħar, xjentisti ambjentali, landscapers — jgħidulna li jridu jkunu ma' PG għax iridu jagħmlu differenza f 'pajjiżna. Bdejna traġitt, żdied ħafna l-għarfien li hemm bżonn ikollna spazji ħodor. Aħna kemm hemm bżonn inżommu l-ispazji kemm jista' jkun naturali mingħajr ħafna equipment. Bħalissa għandna 20 proġett għaddej fl-istess waqt. Qbadna ritmu pjuttost qawwi. Minn tliet snin ilu ma kien hemm xejn u ridna nibnu l-istaff. Għandna madwar 220 ħaddiem. Għandna grupp kbir jagħmlu l-maintenance barra biex inżommu l-ispazji nodfa kemm jista' jkun. Beverly Costa: Żewġ pilastri; dak soċjali u dak ambjentali. L-aspett ambjentali li nagħtu aktar natura fl-ambjent urban. Dak soċjali, sirna ġenerazzjoni li noqogħdu aktar ġewwa, ninkoraġixxu n-nies ikunu aktar barra, bdejna nagħmlu attivitajiet barra. Dawn spazji urbani, allura faċilitajiet barra fejn tista' tagħmel ix-xogħol fuq laptop pereżempju. Kif tagħżlu n-niċeċ fil- lokalitajiet? BC: Aħna nfittxu siti ġodda. L-iskop huwa li r-residenti jimxu mhux aktar minn għaxar minuti lejn dawn l-ispazji. In-nies tekniċi tagħna jmorru fis-sit jaraw kif jinteraġixxu f 'postijiet eżistenti. Naraw x'hemm diġà għax għalkemm ikun mitluq ma rridux nagħmlu ħsara lil dak li tagħmel diġà n-natura. Kull post differenti. Post viċin skola ma jkunx disinjat l-istess bħal fejn hemm business community. Wara l-aspett tekniku naraw l-aspett soċjali. X'hemm bżonn għal dak il-post. U l-problema tal-ilma f 'pajjiż niexef? BC: Niġbru kemm jista' jkun ilma. Ma nagħmlux ġonna mingħajr bjar. Noqogħdu attenti xi nħawlu, għalkemm ma nagħmlux turf. Nagħmlu speċi oħra li ma jirrikjedux daqshekk ilma bħal dawk indiġeni. Il- ħamrija, il-kuntatt man-natura u mal-ħamrija jagħti boost kbir lis-sistema immunitarja tagħna. Hemm bżonn aktar kuntatt man-natura. Hawn min jgħid li dawn huma tokenism għall- ambjent. JC: Meta nħares lejn l-evoluzzjoni ta' pajjiżna u l-iżvilupp ekonomiku, wasalna fl-istadju fejn hemm sentiment fost il-Maltin li hemm bżonn aktar spazji miuħa. Issa l-kwalità mhux li jkolli impjieg imma aktar spazji. Irridu aktar pedestrijanizzazzjoni. Aħna qed niffukaw fuq l-urban, pulmuni ħodor madwar Malta u Għawdex. Dak l-għarfien qed jirriżulta f 'deċiżjonijiet politiċi f 'livelli għolja bħal White Rocks u Manoel Island. Nifhem li dawn il-proġetti ma jagħtux il-benefiċċji fl- immedjat. JC: Il-benefiċċji tal- investiment li qed isir għadna fil-bidu tiegħu. Aħna għadna m'aħniex kuntenti bl-użu tal- postijiet. Qed nagħmlu ħafna attivitajiet fil-Ħdud u l-festi biex inġibu nies lejn il-parks tagħna. Biħsiebna naħdmu ma' esperti biex jgħinuna nkejlu l-benefiċċji. Proġett li qed naħdmu fuqu huwa tal-green corridors. Qed naħdmu biex tkun tista' timxi minn spazju aħdar għall-ieħor bil-mixi. Irridu noħolqu esperjenza pożittiva. Intom spiċċajtu bi sfida enormi. Spiċċajtu bi tliet parks enormi: Selmun, il-White Rocks u Manoel Island. Xi nbidel għalikom apparti l-isfida? JC: Aħna għandna portafoll ta' madwar 150 proġett fi stadji differenti. Issa għandna dawn it-tliet siti enormi. Huma opportunità kbira għal pajjiżna. Il-White Rocks diġà bdejna t-tindif. Diġà neħħejna 8,000 tunnellata ta' skart. Mill-konsultazzjonijiet li qed nagħmlu jidher li hawn għatx kbir għal outdoor recreational activities u outdoor arts. Hemm ħafna opportunitajiet. Il-fatt li sar ftehim mill- gvern u mas-sidien ta' Manoel Island iġib responsabbiltà kbira issa. JC: Iva, responsabbiltà kbira. Trid miżerja ta' tliet jew ħames snin biex dawn il-proġetti jsiru għax huma kbar. Int kont f 'diversi setturi; gaming, finanzi ... x'tgħallimt? JC: Tgħallimt settur ġdid. Settur li jagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies. Kuntent li qed nikkontribwixxi biex nagħmlu din id-differenza. Ejja ngħidu fi żmien ħames snin oħra Malta tkun xibka ta' spazji ħodor imissu ma' xulxin. Naħseb se tagħmel differenza kbira. Joe Cuschieri, Kap Eżekuttiv ta' Project Green llum u li qed nibdew naraw il-frott tagħha: il-mod kif nik- komunikaw man-nies u nġibu l-UE eqreb lejhom. It-tnedi- ja tal-Unità tal-Politika hija kontinwazzjoni naturali ta' dak li għamilna — minn sempliċe- ment ninfurmaw u ngħinu, għal involviment attiv taċ-ċittadini fil-politika Ewropea. Nemmen li dan jirrifletti l-aħjar dak kollu li ħdimna għalih. "Ngħinu kull qasam tas- soċjetà; negozji, NGOs, kunsilli lokali u reġjonali, bdiewa, sajjieda, skejjel, u anke ċerti dipartimenti tal-gvern... Fl- aħħar ħames snin irċevejna aktar minn 5,000 mistoqsija relatata mal-fondi Ewropej."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 April 2026