MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

illum • IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 07 intervista "Wasal il-mument illum illi aktar milli nitkellmu fuq id-data nitkellmu dwar l-għażla li għandu quddiemu l-poplu Malti. Jiġifieri ż-żewġ għażliet illi għandu quddiemu." x'joffri lill-pajjiż ma narmihx' Imma għandek kontroversja fejn il-kuntratturi kitbu lill- Kummissjoni Ewropea li hija state aid … Turi kemm huma skemi effet- tivi. Però kienet kompetizzjoni miuħa, m'hemmx profitti eċċes- sivi. Nemmen li rridu naċċettaw il-prinċipju li l-istat għandu d-dritt u l-obbligu li jintervjeni biex jagħmel il-propjetà aktar affordabbli. Diġà qed nidenti- fikaw artijiet oħra. Il-mudell jista' jkun differenti però l-prinċipju huwa li nagħmlu l-propjetà għaż- żgħażagħ aktar affordabbli. Is-sussidji. Importanti imma ma temminx li f 'ċerti oqsma l-gvern qed jagħti sussidju lil kulħadd bl-istess mod? Is-sussidji huma sostenibbli sakemm fit-tmexxija tal-pajjiż għandek min huwa kapaċi jmexxi l-ekonomija tal-pajjiż, sakemm hemm l-investiment, sakemm bit-tkabbir ekonomiku li għandna d-dħul tal-gvern jibqa' b'saħħtu kif inhu llum. Aħna fis-sussidji bħalissa qed nippumpjaw għex- ieren ta' miljuni ta' ewro imma huma sostenibbli għax id-dħul tal-gvern jippermetti. Dik hija d-distinzjoni u l-għażla ċara li se ssir fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, dwar x'direzzjoni se nieħdu fil-qasam tal-enerġija. Statistika li ħarġet li turik li l-inflazzjoni, jiġifieri l-għoli tal-ħajja fl-Unjo- ni Ewropea kien medja ta' 2%, f 'Marzu sploda għal 3%. Malta kienet l-unika pajjiż li l-inflazz- joni baqgħet fejn kienet fix-xahar ta' qabel. Statistika tal-IMF li turi li sal-2031 d-deficits medji tal-pajjiżi tal-UE se jibqgħu 'l fuq minn 3% u dak ta' Malta se jibqa' nieżel 'l isfel. Fuq temi oħra meta tħares lejn x'jaħsbu n-nies, tara t-tħassib dwar it-traffiku, dwar il-popolazzjoni, it- tħassib dwar il-mod kif iħarsu lejn il-politiċi, l-integrità. Hemm kelma li toħroġ, l-onestà tal-politiċi. Jekk tiġi l-elezzjoni u tiġu biex taċċettaw kandidati, hemm nies li hemm kontroversji madwarhom, fosthom Roderick Galdes u Clayton Bartolo. Nominazzjonijiet għal kandidati bħal dawn kif se jħares lejhom Robert Abela, l-interess tal-partit, l-interess tal-politika fit-tul? Naqbel miegħek dwar l-aspet- tattivi tan-nies minna l-politiċi. L-onestà u nżid magħha l-aw- tentiċità wkoll. Li nkunu ċari man-nies, li nkunu realistiċi, li nuru l-affarijiet kif verament huma. Li dak li nistgħu nwettquh inwettquh, u f 'liema żmien nist- għu nwettquh. U dawk l-affarijiet li fil-mument ma jistax jiġi mwet- taq inkunu ċari għaliex ma jistax jiġi mwettaq. Kemm affarijiet fuq skala nazzjonali u kemm fuq affarijiet individwali. Jien niltaqa' ma mijiet ta' nies, fuq affarijiet personali nieħu l-approċċ li fejn hemm raġun ir-raġun jittieħed, fejn ma jkunx hemm raġun nisma', nispjegalhom. Għalissa ma tistax issir, forsi xahar ieħor tista' ssir. Saqsejtni dwar individwi. Hemm kummissjoni tal-għażla tal-kandidati fi ħadan il-Partit La- burista, u nassumi l-istess proċess jintuża fil-Partit Nazzjonalista. Nitkellmu meta niġu għall-għażla skont il-fatti li jkollna quddiem- na. Ma noqogħdux fuq l-ispeku- lazzjoni. Jien nitlaq mill-punt tat-tluq li n-nies ma narmihomx. Kull min għandu talent x'joffri lill-pajjiż ma narmihx. Mhux akkost ta' kollox imma skont il-fatti quddi- em il-kummissjoni tal-għażla. Jekk il-fatti jħallu dubju jekk hux persuna adegwata biex tkun kan- didat mela ma jiġux approvati. Dejjem skont il-fatti. It-trasport u l-popolazzjoni, fihom diskussjoni twila, imma taf li dawn huma żewġ affarijiet in your face u soluzzjoni maġika m'hemmx. Kif se toħroġ soluzzjonijiet konkreti. Kellna ħafna affarijiet tal-linja b'xejn, rotot ġodda … Il-ħaddiema barranin għandna bżonnhom. Għamilna l-labour migration policy. Niem li fl-ewwel xhur tal-implimentazz- joni tagħha ġabet sentiment fost min iħaddem li kienet aggressi- va żżejjed bħala policy. Waħda mill-isfidi li qed naraw hija n-nuqqas ta' ħaddiema. Sal-bier- aħ kelli negozji żgħar quddiemi, is-sentiment kien li kuntenti ħafna kif miexja l-ekonomija tal-pajjiż, kuntenti ħafna kif qed jespandu l-opportunitajiet tax-xogħol però m'għandhomx biex jaħdmu. Hija sfida li wieħed ma jistax jagħlaq għajnejh għa- liha. Vera hija sfida ħafna inqas minn meta kellna 8,000 persuna bla xogħol u xogħol ma jidher imkien f 'pajjiżna. Jiddispjaċini nisma' oppożizzjoni li sa it ilu kienet trewwaħ sentiment ta' ħafna barranin, issa qed trewwaħ sentiment ma' min iħaddem li l-gvern mhux qed iħallikom iġġibu biżżejjed ħaddiema. Il-labour migration policy ħadmet. Jekk tara t-turnover ta' ħaddiema barranin, qabel kellek ħaddiema jiġu, jitilqu, jiġu, jitilqu, dik indirizzajnieha. Il-fatt tal-iskills card. Il-fatt li l-ħaddie- ma jrid ikollhom għarfien tal-lingwa Maltija. Xi ħaġa pożit- tiva li qiegħda taħdem. Kont qed nitkellem ma' min imexxi d-Dar tal-Providenza. Il-ħaddiema fil-maġġoranza bar- ranin. Għaliex ukoll il-ħaddiema Maltin u Għawdxin imxew lejn xogħlijiet oħrajn. Imma x-xogħol irid isir. Id-domanda tiegħi kienet x'tagħmel jekk il-ħaddiema bar- ranin trid taqtagħhom bin-nofs? Qalli jkollna nagħlqu. Il-qasam tal-kura tal-anzjani, il-qasam tas-saħħa. In-nies jimu l-bżonn tal-ħaddiema barranin, għax ikollhom kuntatt magħhom, fl-isptar, fil-kura tal-anzjani tagħhom. Dwar it-traffiku ma taħsibx li għandna bżonn xi ħaġa drastika? Il-proġett tal-Imsida se jgħin ħafna, bħalma għamlu l-Kap- para, il-Marsa, is-Central Link, il-junction fejn l-ajruport … dawk għamlu differenzi kbar. Il-mijiet ta' toroq li għamilna f 'dawn l-aħħar snin. Bini mill- ġdid ta' toroq. Ħadna l-oppor- tunità u saħħaħna s-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl. Il-proġett tat-trasport bil-baħar, kemm għamel differenza, kellna mal-miljun passiġġier. Minkejja dan kollu, il- problema kbira tat-traffiku hija waħda realistika, minħabba d-dominanza tal- karozza privata. Jien ma nemminx f 'politi- ka punittiva, li nżidu liċenzja taċ-ċirkolazzjoni jew li nżidu t-taxxa fuq il-vetturi, jien ma nemminx fiha. Però tajna al- ternattivi lil min iħalli l-vettura tiegħu f 'park and ride, ikollu buses jeħduh fejn irid imur. Għamilna ħafna. Sibna soluzzjoni għal kollox? Ngħid li fadal ħafna aktar xi jsir. Xi ħaġa bħall-Metro tikkunsidraha li se tibqa' fuq il-back burner għalissa? Le, assolutament le. Hemm ħafna xogħol li aċċellera ruħu. L-ARUP (il-konsulenti) għad- dejjin b'fażi tal-istudji tagħhom li aċċelleraw sew. Vera li meta kellna l-pandemija dak il- porġett tpoġġa lura fil-prijor- itajiet għax konna ffukati fuq is-saħħa, l-ekonomija u s-soċjal. Imma llum ċertament li qed naċċelleraw. Għandna l-aqwa konsulenti. Għandna wkoll mudell li jibni fuq dak li konna nedejna it tas-snin ilu. Trid tkun kredibbli u realistiku, għax jien nista' ngħid li jkolli proġett tal-massa li fl-ewwel mitt ġurnata nkunu tlaqna u f 'ħames snin ikun lest. Nista' ngħid hekk. Imma jien irrid inkun onest, realistiku u kredibbli. Il-mudell li għandna jibni fuq dak li nedej- na imma jiswa anqas miljuni u huwa integrat mal-bqija tas-sis- tema tat-trasport li għandna. Ma nemminx li għandu jerġa' jiġri bħal fl-elezzjoni li għaddiet li fiha ż-żewġ partiti fuq proġett ta' importanza nazzjonali joqogħdu jaraw ta' min tajjeb u ta' min ħażin. Nemmen li għandu jkun hemm konverġenza. Il-PN biddel il-pożizzjoni u se joħroġ b'xi ħaġa ġdida, tagħna huwa evoluzzjoni, minn kompletament under- gournd għal parti underground, parti at street level u parti above ground. Terġa' tkun Prim Ministru lill-metro kemm ittiha importanza? Primarja. Hawnhekk tidħol il-kompetenza fl-immaniġġjar tal-ekonomija. L-aqwa stima li għandna hija li dan il-proġett jiswa 3 biljun ewro. Imbagħad ikollok il-kontinġenzi u l-over- runs. Jiġifieri jekk ma jkollokx ekonomija robusta inutli toqgħod twiegħed, għax jekk m'għandekx dħul qawwi, u proġett li huwa vijabbli u sostenibbli, allura inutli toqgħod twiegħed.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026