MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela assigura lill-imsieħba soċjali li l-provista u l-prezz taż-żejt u l-gass se jibqgħu stabbli f 'Malta fost il-kun- flitti li għaddejjin fil-Lvant Nofsani. Qal dan minkejja li inqas minn 24 siegħa qabel, il-Kap Eżekuttiv tal-Agenzija Internazzjonali għall-Enerġija, Fatih Birol, wissa li l-Ewropa baqgħalha biss madwar sitt ġimgħat provista ta' fuel tal-ajruplani u li dan jista' jwassal għal kanċellazzjonijiet ta' titjiriet bl-ajru. Birol qal li l-Ewropa bħalissa qed taffaċċja l-ikbar kriżi fl-en- erġija fl-istorja. Iżda Abela qal li s-sussidji tal-enerġija se jkomplu u insista li Malta għandha ga- ranzija għall-provista ta' gass għall-power station f 'Delimara lil hinn minn Awwissu. Minħabba punt li qajjem il-Partit Naz- zjonalista dil-ġimgħa: fakkar li l-ehim ta' provista bejn Enemalta u Electrogas, li ilu fis-seħħ għal kważi għaxar snin, se jiskadi fit-13 ta' Awwissu. Skont l-ar- ranġament, Electrogas tipprovdi l-gass lil Enemalta, li tużah sabiex tħaddem il-power station ta' Delimara. Ladarba jiskadi l-kuntratt, ir-responsabbiltà biex tiġi żgurata provista ta' LNG tgħaddi għand Enemalta u, b'estensjoni, għand il-gvern Malti. S'issa pubblikament, m'għandniex garanzija ta' minn fejn se jinġieb il-gass tagħha wara Awwissu – għalkemm Abela insista li m'hemmx problema. Bit-tensjonijiet fl-Iran u fl-Ukrajna jillimitaw il-provista taż-żejt, u issa bl-inċertezza fuq provista tal-gass wara Awwissu, Malta ma tistax tibqa' tinjora l-fatt li Malta gżira żgħira u li għal kważi kollox niddependu fuq swieq barranin. Il-Prim Ministru stqarr li għalkemm ir-rati tal-inflazzjoni fiż-żona tal-ewro telgħu minn 1.9% għal 2.6% bejn Frar u Marzu, l-inflazzjoni f 'Malta mhux biss niżlet matul dak il-perjodu, iżda hija pre- vista li tkompli tonqos matul is-sena. Abela jħobb jenfasizza r-rekord tal-gvern fin-navigazzjoni tal-kriżijiet, inkluża l-pandemija u l-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja. Dil-ġimgħa, quddi- em is-sħab soċjali, ammetta li t-taqbid ekonomiku attwali huwa aktar intens milli fl-2020 jew l-2022, iżda assigura li l-gvern se jżomm l-istabbiltà ekono- mika minkejja l-prezzijiet globali li qed jogħlew. Li m'għamilx hu li jgħidilna kif qed jippjana li jagħmel dan. Għax jekk l-inflazzjoni internazzjonali togħla u l-prezzijiet fis-swieq internaz- zjonali jibdew jogħlew, ikun impossib- bli li f 'Malta ma jiġrix hekk ukoll. U jekk iż-żejt mill-Iran u dak li jittraġitta mill-Istrett ta' Ħormuż jibqa' blukkat, żgur ħa naraw il-prezzijiet jogħlew u dan ħa jaffettwa setturi differenti – applianc- es, karozzi, ħwejjeġ, titjiriet tal-ajru, u ħafna iktar. Veru li donnu diġà qegħdin f 'tiġrija elettorali u forsi għalhekk Abela ma jridx iħasseb lin-nies u qed jipprova jpinġi kollox qisu m'hemmx inkwiet. Iżda l-Prim Ministru jrid ikun loġiku u realist. Jekk vera l-Gvern għandu pjaniji- et għal kif beħsiebu jaffaċċja sfidi futuri, għandu jgħidilna eżatt x'qed jaħseb li jagħmel. Għall-inqas għandu jammetti li Malta ma tistax tingħalaq f 'bużżieqa sakemm jgħadduha l-problemi internazzjona- li li qed jevolvu – mhux biss għax ma nistgħux, iżda iktar u iktar għax mingħajr l-ekonomija internazzjonali, ma nagħmlu xejn. Mhux qed ngħixu f 'bużżieqa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026