MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

L-istorja fil-qosor tas-seba' produzzjonijiet l-oħra dwar Godzilla hi din: King Kong Vs Godzilla (1962). L-għan prinċipali ta' dan il-film hu li jġib lil dawn iż-żewġ mostri kontra xulxin fi ġlieda titan- ika aħħarija. Hawn Godzilla hu l-ħażin li jrid jerġa' jfarrak u jkisser. Il-gorilla kbira King Kong (omaġġ għall-film klassiku u kult tal-1933) hu l-unika tama tal-umani li tieqaf lil dan it-ter- rur. Naturalment, Godzilla jitlef però ma jinqeridx għax għad fadallu ruxxmata ta' avventuri ġejjin fil-futur. L-aktar film ta' suċċess għal dan id-direttur. Mothra vs Godzilla (1964). Wara s-suċċess tal-films Mothra (1961) u King Kong vs Godzilla (1962), il-produtturi tal-kump- anija Toho ddeċidew li jlaqqgħu lil Godzilla ma' din il-baħrija kbira. Meta bajda ta' Mothra taqa' fil-baħar u l-mewġ imexx- iha f 'xatt, xi negozjanti rgħiba jirriutaw jirritornawha lejn l-abitanti ta' Infant Island. Meta l-bajda tfaqqas, Godzilla jħoss li f 'Tokyo hemm biss spazju għal mostru wieħed u Mothra tippro- va twaqqfu mill-ħsara kollha li beħsiebu jagħmel. Ghidorah, the ree-Headed Monster (1964). Wieħed inves- tigatur jipproteġi prinċipessa li tbassar il-qerda tad-Dinja minn mostru aljen bi tliet irjus. L-unika tama tal-umani hi jekk Mothra hix kapaċi tipperswadi lil Godzilla u lil Rodan (għasfur preistoriku ġgantesk) biex jgħinu jsalvaw lill-pjaneta tagħna. Minn hawn 'il quddiem il-missjoni ta' Godzilla hi li jsalva lill-umani minn mostri varji li jattakkaw lil pajjiżu. Invasion of the Astro-Mon- sters (1965). Koproduzzjoni mal-Amerikani. Xi astronawti jiltaqgħu max-Xilieni, aljeni li jitolbu lid-Dinja biex isal- vawhom minn 'Monster Zero', imma wieħed mill-astronawti jinduna li l-intenzjoni ta' dawn hi li jibagħtu mostri jattakkaw lid-Dinja. L-umani jerġgħu jfit- txu l-għajnuna ta' Godzilla. Destroy All Monsters (1968). Fl-1999, razza ta' aljeni femmini- li, il-Kilaaks, jipperswadu lill- mostri kollha fosthom Godzilla biex jattakkaw bliet kbar. Grupp ta' astronawti jwaqqfu lil dawn l-invażuri waqt li l-mostri, inkluż Godzilla, jiġġieldu ma' Ghidorah ta' tliet irjus. All Monsters Attack (1969). Ichiro hu tifel li fid-dar kważi dejjem waħdu għax ommu u missieru jaħdmu. Sikwit ikun ippersegwitat minn tfal oħra. Biex jiskappa minn din l-iżolazz- joni jimmaġina ruħu li qiegħed fil-Gżira tal-Mostri u ħabib ma' Minilia, it-tifel ta' Godzilla. Hawn Honda serva wkoll bħala d-direttur tal-effetti speċjali viżwali. Terror of Mechagodzilla (1975). It-tmien u l-aħħar film dwar Godzilla dirett minn Hon- da. Investigazzjoni tal-Interpol tiżvela li bijoloġista mwarrab u bintu, li huma involuti fi pjan aljen, se jużaw lil Mechagodzilla (mostru mekkaniku li jixbah lil Godzilla) u lil Tinosaurus biex joqtlu lil Godzilla u jeqirdu lill-umanità. Ishirō Honda kien involut bħala direttur ma' films oħra tax-xjenza fittizja li diversi minnhom inħarġu bl-Ingliż minn kumpaniji maġġuri ta' Hollywood, fosthom Columbia Pictures u Universal Pictures lejn l-aħħar tas-snin ħamsin u dawk tal-bidu tas-snin sittin. Il-maġġoranza minnhom int- werew anki hawn Malta. Fost dawn it-tokusatsu films (xogħli- jiet b'effetti speċjali) insibu: Rodan (1956). Inġinier tal-minjieri jinvestiga l-imwiet tal-kollegi tiegħu fejn jiskopri kreaturi preistoriċi u mostru forma ta' għasfur bi ġwienaħ enormi li waqt li jtir b'ħeffa kbira qed iħalli ħerba sħiħa warajh. Dan kien l-ewwel film bil-kulur ta' dan id-direttur. e Mysterians (1957). Dan ħareġ sena wara li l-Ġappun in- għaqad man-Nazzjonijiet Uniti u li jirrifletti r-ritorn ta' dan il- pajjiż fil-politika globali. Xjentist żagħżugħ (Kenji Sahara, li deher f 'ħafna films ta' dawn id-diret- tur anki dawk ta' Godzilla) isib ruħu involut f 'invażjoni aljena li timminaċċja lid-Dinja. Din il-produzzjoni kellha baġit kbir u kienet bit-TohoScope. e H-Man (1958) jittratta esseru forma ta' likwidu li jitter- rorizza lill-kriminalità ta' Tokyo u ma jkun jista' jinqered b'xejn. Varan the Unbelievable (1958). Film bla kulur dwar xjentisti li bla ma jridu jqajmu mostru enormi msejjaħ Varan meta jkunu jfittxu speċi ta' farfetti rari. Battle in Outer Space (1959). In-nazzjonijiet tad-Dinja jingħaqdu flimkien f 'kawża ko- muni biex jiġġieldu ma' invażuri mill-ispazju profond. Hawn iġib ismu bħala Inoshiro Honda (u din mhix l-ewwel darba). Films oħrajn b'effetti speċjali kienu Mothra (1961), Matan- go (U.K. Matango – Fungus of Death 1963), Frankenstein vs Baragon (1965), e War of the Garguantuas (1966) u King Kong Escapes (1967). Wieħed miż- żewġ films li Honda dderieġa fis- snin sebgħin qabel irtira għal xi żmien kien Space Amoeba (U.K. Yog, Monster From Space 1970). Permezz tal-viżjoni futuris- tika ta' dan id-direttur, inbdiet serje ta' films dwar Godzilla li wara aktar minn 70 sena għadha għaddejja b'suċċess mill-Amer- ikani, kif ukoll grupp ta' films modesti tax-xjenza fittizja li taw ispirazzjoni lil diretturi u produtturi biex ifasslu xogħlijiet ta' livell għoli u baġits kbar f 'dan il-qasam. 14 films IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum Carmel Bonnici Ishiro' Honda: Direttur prolifiku Ġappuniż tal-films tax-xjenza fittizja L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The-Mysterians (1957)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026