MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Wieħed mill-aktar kompożituri prolifiċi tal-mużika fil-film hu, bla dubju ta' xejn, Elmer Bernstein. Li kieku baqa' jittama fuq il-ħolma tiegħu tat- tfulija, kien isir pjanista ċelebri tal-kunċerti mis-snin 40 sa 20 sena wara. Però, minn meta kien iżgħar ħafna ħass l-abbiltà li jikkom- poni l-mużika u billi t-Tieni Gwerra Dinjija sfrattat ħafna mill-pjanijiet tiegħu, għal 40 sena sħaħ sar forza maġġura fil-mużika popolari tal-films u ta' influwenza kbira fil-kultura popolari Amerikana. Mill-bidu tas-snin 50, infatti mill-1951 sal-2002 ikkompona mużika għal aktar minn 125 produzz- joni ċinematografika, barra dik għat-televiżjoni. Dan il-kompożitur twieled nhar l-4 ta' April 1922 fi New York City. Hu ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Juillard u fl-Uni- versità ta' New York. Diġà bħala tifel, Bernstein wera interess qawwi fil-mużika, speċjalment fil-pjanu. L-għalliem tiegħu nd- una li kien kapaċi jirranġa biċċa mużika biex tinstema' aħjar u dejjem sab appoġġ minn dan l-għalliem. Kien ukoll interessat ħaf- na fil-mużika folk, xi ħaġa li servietu ta' ġid fis-snin tal-futur. L-għalliem tiegħu tal-mużika kitbu biex ta' 13-il sena jistudja fil-kulleġġ tal-mużika Juillard fi New York fejn kompla bl-istudji tiegħu tal-pjanu. Anzi beda jik- komponi ma' għalliema ta' klassi lejn l-aħħar tas-snin 30. Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija kellu jħalli l-mużika warajh, però hekk kif inqabad fis-servizz sabulu xogħol fis-sez- zjoni tad-divertiment. Kien f 'dan iż-żmien liebes l-uniformi ta' sul- dat li beda jik- komponi l-mużika. Ix-xogħol tiegħu kien li jirranġa mużikalment kanzu- netti tradizzjonali Amerikani għal Glenn Miller u l-orkestra tiegħu, għall-banda tal-Armata Amerikana u għall-programmi li tesegwixxi. Meta spiċċa mis-servizz u rritorna lejn il-ħajja ċivili kiteb il-mużika għal aktar minn 80 xandira fuq ir-radju u b'hekk ġietu x-xewqa li jaqbad karriera bħala kompożitur. Kien iż- żmien diffiċli ta' wara l-gwerra fejn il-kompożituri ma tantx kellhom opportunitajiet u fejn it-tip normali ta' mużika kienet qed tinbidel u ħadd ma kien ċert kif. Iċ-ċans wasal meta fl-1949 ġie mqabbad jikteb il-mużi- ka għall-programm tar-radju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-twaqqf tal-Istat ta' Iżrael. Dan il-programm ġie wkoll trasmess mill-NBC fejn wieħed eżeku- ttiv semgħu u kien verament impressjonat bil-mużika ta' Bernstein. Dan offrielu li jikteb il-mużika għan-network tiegħu li wasslet għal offerta minn Hollywood minkejja li dak iż-żmien il-baġits kienu restritti. Bernstein daħal fl-isfera ta' Hollywood hekk kif dik imsejħa studio system kienet se tispiċċa, it-televiżjoni kummerċjali kien qed jitwieled u l-liġi li biha l-istudios tal-films kellhom jinqatgħu milli joperaw il-katini taċ-ċinema. Xorta waħda sab ix-xogħol u għadda s-snin tal- bidu tal-ħamsinijiet jikkomponi mużika għal xogħlijiet ċine- matografiċi ta' kumpaniji modes- ti bħal RKO u Columbia Pictures u anki oħrajn żgħar indipendenti bħal Astor Films. Kien ma' din il-kumpanija li Bernstein kiteb il-mużika ta' films strambi u ta' livell tassew baxx bħal Robot Monster u Cat Women of the Moon. Gradwalment beda jikteb għall-produzzjonijiet ta' kump- aniji maġġuri bħal M.G.M. u 20th Century Fox, fejn kiteb il-mużika għal xi films ta' livell iżgħar ta' dawn l-istudios. Iċ- ċans kbir wasal fl-1955 bil-film ta' Otto Preminger e Man With the Golden Arm u l-fatt li l-protagonist kien Frank Sinatra li jinterpreta l-parti ta' mużiċista tal-jazz. Dan kien il-bażi biex kiteb sountrack li saret l-ewwel waħda tiegħu ta' suċċess kum- merċjali u anki rċeviet nominaz- zjoni għall-Oscar. Din il-mużika ta' dan il-film tassew għoġbot lill-mużiċisti oħrajn, kif ukoll lil ħafna li jħob- bu mużika aktar popolari, tant li f 'dik l-istess sena lil Bernstein qabbduh jikteb mużika li tappel- la għan-nies komuni, għall-film kolossali ta' Cecil B. DeMille e Ten Commandments. Dan l-ispettaklu reliġjuż ħajjar lil bosta familji li joħorġu minn djarhom u jmorru jarawh, tant li dan l-ispettaklu kien ta' suċċess enormi. Din il-mużika esegwita minn orkestra kbira għamlet li l-isem ta' Elmer Bernstein jkun magħruf sewwa miċ-ċineasti ta' madwar id-dinja daqs kompożi- turi oħra stabbiliti u famużi. 14 films IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 • illum Carmel Bonnici Il-kompożitur Elmer Bernstein L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Elmer Bernstein (xellug) kiteb il-mużika għall-film kolossali ta' Cecil B. DeMille The Ten Commandments

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 April 2026