Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605
illum • IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 07 Fuq Xtra, Saviour Balzan tkellem mal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u x-Shadow Minister Jerome Caruana Cilia dwar is-sitwazzjoni ekonomika fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali intervista 'Sakemm in-nies ikollhom x'jonfqu jibqgħu jemmnu fil-gvern tal-ġurnata' L-istazzjonijiet barranin dejjem juruna x'qed jiġri u l-effetti tal-gwerra fil-Lvant Nofsani. Aħna ngħixu ġo bozza? Kemm hija serja s-sitwazzjoni? Silvio Schembri: Kif għedt int, l-ewwel item fl-aħbarijiet internazzjonali huwa dil-gwerra li għaddejja bħalissa. Dan jurik kemm l-effetti tagħha huma kbar, la għandek stazzjonijiet madwar id-dinja jitkellmu fuqha biss. Qed toħloq problemi kbar ħafna. Aħna Malta ma ngħixux f 'bozza. Aħna ekonomija żgħira u suxxettibbli ħafna għal dak kollu li jiġri barra. Niakar nies jgħidu li meta l-Amerka tagħtas, Malta tieħu riħ. Mela taffettwa lil pajjiżna, però fl-aħħar mill-aħħar kollox jorbot fuq it-tmexxija tal-pajjiż, min hu l-aktar kapaċi jmexxi f 'sitwazzjonijiet simili. Din mhux l-ewwel kriżi li qed naffaċċjaw bħala amministrazzjo- ni. F'dawn l-aħħar snin affaċċjajna tliet kriżijiet kbar. Pandemija li qisha gwerra li waqqfet lid-din- ja għal sentejn tliet snin, kellek il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukraj- na u l-gwerra ta' issa. Għax għandna ekonomi- ja b'saħħitha, u għax għandna l-għaqal ta' kif immexxu u nam- ministraw f 'sitwazzjonijiet simili, aħna kunfidenti li niġu quddiem il-poplu Malti u ngħidulu l-ink- wiet ħallih f 'idejna għaliex nafu x'qegħdin nagħmlu. Il-Ministru tal-Finanzi qal li l-baħar kalm, imma mhux daqxejn dommatika illi tgħid li aħna qatt ma nistgħu nkunu f'sitwazzjoni ta' baħar imqalleb, meta aħna tant dipendenti fuq dak li qed jiġri madwarna? SS: Il-baħar imqalleb ħafna imma nafu x'għandna nagħmlu. Meta jkollok kaptan tajjeb, jaf jam- ministra f 'baħar imqalleb. Meta jkollok kaptan ħażin, anke f 'baħar kalm ikollu l-problemi. It-Tnejn mort Marsilja biex niltaqa' mas-CMA CGM li huma l-operaturi tal-freeport u jġibu mas-70% tal-materjal li għandha bżonn l-industrija Maltija. Mort biex inserrħu rasna mir-rotot marittimi biex ma jaffettwawx is-supply chain. Mort għax nafu kif namministraw l-ekonomija f 'baħar imqalleb. Il-Ministru qed jinsinwa li l-kaptan tan-naħa l-oħra mhux kapaċi daqs il-kaptan tagħkom. Kif se tagħtu assigurazzjonijiet li intom kapaċi tmexxu? Hemm konverġenza? X'tagħmel differenti? Jerome Caruana Cilia: Kien min kien fil-gvern ipprova jtaffi impatt tal-kriżijiet. Il-PN kapaċi jmexxi għax mhux l-ewwel kriżi internazzjonali. Kien hemm numru ta' sfidi li ħallew impatt fuq pajjiżna. Kellna l-kriżi tal-Libja, kellna l-kriżi finanzjarja. Hemm konverġenza fuq l-għajnuniet kollha lill-familji u n-negozji. Is-sussidji jibqgħu hemm kemm hemm bżonn. Qed inkun ċar. Fejn hu tajjeb inżommuh. Hemm numru ta' sfidi. Par- tikolarment fejn jidħol il-jet fuel, jitla' minn 80 dollaru għal 150 dollaru kull barmil. Kellek linji tal-ajru kbar iħassru t-titjiriet. Fuq tema bħal din m'għandux ikun hemm partiġjaniżmu. Għand- na naraw l-interess nazzjonali u naraw l-interessi tal-familji u n-ne- gozji. Iżda rridu naraw il-każijiet ta' ħela u tberbiq għax il-pajjiż ikollu buffer biex inkunu nistgħu nilqgħu fit-tul għall-kriżijiet. Il-prodotti li nimportaw f'pajjiżna qed jogħlew u se jogħlew minħabba t-trasport. X'għandu jagħmel il-gvern meta l-bżonnijiet li nimportaw minn barra jogħlew? JCC: Dwar prodotti importa- ti li jistgħu jogħlew minħabba s-sitwazzjoni internazzjonali, l-inflazzjoni importata toffri sfidi lill-gvern. Hemm x'jagħmel imma hemm sfidi. Imma lokalmaent għandek l-impatt fuq il-prezzijiet tat-traffiku. Is-sena l-oħra biss l-effett tat-traffiku fuq l-ekonom- ija kien 800 miljun ewro. Sal- 2030 se jitla' għal biljun ewro. Importanti li taħseb minn qabel u tippjana. Hemm limitu fuq kemm negozjant kapaċi jassorbi d-daqqiet u ż-żidiet tal- inflazzjoni. Pajjiżi oħra naqsu t-taxxi fuq il-gass. Il-gvern jekk jara ċerti prodotti se jisplodu lest biex jintervjeni fis-suq? SS: Kollox jorbot fuq l-għaqal fit-tmexxija. Is-Shadow Minister qallek li jneħħi t-tberbiq u jsolvi l-problema tat-traffiku. Inħalli n-nies jiddeċiedu dwar is-serjetà fit-tmexxija ekonomika. Jien inżomm kuntatt mal-importaturi u tal-loġistika biex naraw liema miżuri nistgħu nieħdu. M'hemmx miżura waħda li tista' timmitiga l-inflazzjoni tal-prodotti importati kollha bl-istess mod. Sal-2012 l-inflazzjoni kien joħloqha l-gvern għax kien jgħolli l-prezzijiet tal-elettriku u tal-fuel. Aħna qed nagħmlu bil-maqlub, nikkontrollaw dak li nistgħu nikkontrollaw lokalment biex ma jkollniex government induced in- flation. Aħna għadna nissussidjaw id-dawl, l-ilma, il-petrol u d-diesel u ċ-ċereali. Ilhom jingħataw mill- 2014. Imma sa fejn tista' jasal l-intervent tal-istat? SS: Għal kull effett tal-kriżi hemm miżura ekonomika li tista' tagħmel. Pereżempju, meta kellna problema kbira tal-inflazzjoni fl-aħħar gwerra, jien kont iltqajt mas-sidien tas-supermarkets u l-importaturi biex immorru għal pjan ta' stabbiltà u l-prezzi- jiet jorħsu u jinżammu stabbli. Meta jkun hemm xi ħaġa ta' ġid għall-poplu Malti nibqa' għaddej u nagħmilha. Sakemm in-nies ikollhom x'jonfqu jibqgħu jemmnu fil-gvern tal-ġurnata. L-isfida tagħkom f'mumenti bħal dawn hija li turu li intom aktar kapaċi mill-gvern. Kif tista' twassal dal-messaġġ? JCC: Fl-aħħar snin diġà ħriġna numru ta' proposti f 'oqsma dif- ferenti. Hemm ukoll il-programm elettorali li se juri aktar proposti tal-PN. Il-maturità politika titlob li tiem is-sitwazzjoni ekonomika u ma tkunx partiġjan. In-nies għe- jew bil-partiġjaniżmu. Dan ifisser li tirrikonoxxi dak li huwa tajjeb u taqbel miegħu, u fejn ma taqbilx, jien semmejt it-traffiku, xi ħadd irid jibda jindirizza dil-problema. Waħda mill-akbar sfidi li qed toħloq inflazzjoni hija t-traffiku. Il-problema tat-traffiku żżid l-ispejjeż għax id-deliveries qed jieħdu ħafna aktar ħin u riżorsi. Qal li l-PN se jkompli fuq it-tajjeb li hemm imma l-isfidi li l-gvern qed jinjora l-PN se jindirizzahom. F'surveys taċ-Chamber of SMEs madwar żewġ terzi tan-negozji jgħidu l-pajjiż mhux miexi fid-di- rezzjoni t-tajba. Filwaqt li dan ma jfissirx li kollox ħażin, iżda l-isfidi li l-gvern ma jridx jindirizza gvern Nazzjonalista lest jindirizzahom b'umiltà u b'determinazzjoni.

