MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

"Il-PL qiegħed ikun aktar effettiv minħabba l-fatt li b'mod sempliċi kull votant jaf eżatt kemm se jkun se jiggwadanja" L-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali Konna ilna nistennew lill-Prim Ministru jsaffar is-suffara. L-an- tiċipazzjoni t'elezzjoni ġenerali bdiet tiżdied ma' kull ġimgħa mill-bidu tas-sena u kkargat sew- wa minn Marzu 'l quddiem. Issa nafu d-data, is-Sibt 30 ta'Mejju tlieta u tletin ġurnata eżatt mix-xoljiment tal-parlament u mill-ħruġ tal-proklama mill-Pres- ident tar-Repubblika. Tajjeb li jingħad li tlieta u tletin ġurnata huwa l-perjodu minimu li elezzjoni ġenerali tista' tinżamm wara l-ħruġ tal-proklama. Intant il-partiti kellhom iċ-ċans kollu jippreparaw u jippjanaw il-kampanja, il- messaġġ u s-slo- gans tagħhom. Matul din l-ewwel ġimgħa tal-kampanja fil-fatt il-par- titi mlew it-toroq tagħna b'ħafna billboards bis-slogans rispettivi. Is-slogans mill-ewwel jagħtuk in- dikazzjoni tal-istrateġija maħsuba mill-partiti rispettivi. Is-slogans Huwa ċarissimu li l-PN se jibni kampanja elettorali fuq l-akbar riżorsa li għandu, ċoè l-Kap tiegħu Alex Borg li ilu fil-kariga biss xhur. Kien għalhekk li l-partit għażel is-slogan "Nifs Ġdid" b'ritratt kbir tal-Kap tiegħu. Matul din il-kam- panja se naraw fuq quddiem nett lil Alex Borg jiġi proġettat bħala politiku żagħżugħ ġdid. Dan mhux qed jiġri kumbinaz- zjoni. Normalment elezzjoni ta' kap ta' partit iġġib qasma kultant kbira u kultant żgħira però f 'kull każ iridu jgħaddu ħafna xhur jekk mhux snin biex partit jerġa' jingħaqad. Kien meraviljuż il-fatt li Alex Borg irnexxielu jagħmel dan fi it ġimgħat. Kull sondaġġ minn Ottubru tas-sena l-oħra sal-lum juri li l-Kap Nazzjonalista rnexxielu jiġbor il-qalba tal-PN warajh. B'mod maħsub mill-istrateġisti tal-partit allura se jkunu qed jibnu kampanja madwaru, kampanja simili għal ta' Gonzipn tal-2008. Is-slogan u l-istrateġija tal-PL hija kompletament differenti. Minkejja li Robert Abela kostanta- ment jirreġistra trust rating aktar b'saħħtu mill-kap tal-Oppożizzjoni jidher li t-tim ta' strateġisti tal-PL se jibnu kampanja fuq it-track record li l-Gvern għandu. Huwa għalhekk illi s-slogan tal-PL jinklu- di fih il-ħolma tiegħek, il-proġett tagħna. Matul l-aħħar leġiżlatura l-Gvern wettaq ħafna proġetti, imbarka fuq proġetti ambjentali li se jipprovdu spazji miuħa imma fuq kol- lox l-ekonomija baqgħet tikber. Fid-dawl ta' dan kollu, il-gvern żied il-pensjonijiet, naqqas il-piż tat-taxxa u wieħed jista' jgħid illi l-wegħdi tal-programm elettorali twettqu kważi kollha. Fis-sondaġġi, il-gvern ukoll qiegħed jirċievi approvazzjoni komda mill-elettorat u allura m'in- iex sorpriż b'din l-istrateġija tal-PL. Il-proposti Fl-ewwel ġranet tal-kampanja bdew ukoll ħerġin l-ewwel proposti tal-manifesti rispettivi. S'issa l-aktar proposti li spikkaw kienu l-we- għda taż-żieda ta' €50 fil-ġimgħa lill-pensjonanti mill-PL. Hemm ukoll il-wegħdiet dwar is-self bla mgħax ta' 25% fuq il-propjetà li tinxtara mill-1st time buyers u ż-żieda sa €5000 għal kull wild ġdid. Mill-banda l-oħra l-PN ħareġ bil-proposta tal-bini ta' sptarijiet ġodda u ċentru ġdid għall-pro- mozzjoni tal-aħjar stil ta' ħajja. Saru wkoll proposti dwar is-settur marittimu. Naturalment fil-ġranet u ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nisimgħu b'aktar proposti miż-żewġ partiti però jkolli ngħid li filwaqt li ż-żewġ partiti qed jagħmlu proposti tajbin, il-PL qiegħed ikun aktar effettiv minħabba l-fatt li b'mod sempliċi kull votant jaf eżatt kemm se jkun se jiggwadanja. Qed ngħid dan għax filwaqt li l-proposta tal-bini ta' sptarijiet ġodda hija waħda tajba ħafna u li hija bżonjuża, l-individwi it li xejn jistgħu jikkwantifikaw kemm se jmorru 'l quddiem. Kif diġà għedt, għadna fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja u wieħed irid jara l-manifest sħiħ taż-żewġ partiti meta eventwalment ikunu ppub- blikati però minn dak li osservajt s'issa l-proposti tal-PL huma aktar faċli biex il-poplu jiem kif se jintlaqat b'mod personali. L-attivitajiet fil-pjazez Matul dan ix-xahar se nkunu qed nassistu wkoll għall-attivitajiet pjuttost tal-massa. Iż-żewġ rallies organizzati nhar it-Tlieta li għad- dew fiż-Żejtun u quddiem id-Dar ċentrali f 'Tal-Pietà tawna indikazz- joni ċara li l-poplu se jkun qiegħed jipparteċipa b'mod b'saħħtu f 'dawn l-attivitajiet. Il-Mass Meetings bdew ukoll fl-ewwel ta' Mejju bil-PL iżomm mat-tradizzjoni li jorganizza manifestazzjoni fil-Belt Valletta. Ta' min ifakkar li kien propju fil-man- ifestazzjoni tal-1 ta'Mejju tal-2017 li Joseph Muscat, dakinhar Prim Ministru kien uża l-Mass Meeting ta' dakinhar biex iħabbar l-elez- zjoni. Il-PN kellu wkoll attendenza tajba fl-ewwel Mass Meeting organizzat f 'Ħal Lija. Naturalment aktar ma nidħlu 'l ġewwa fil-kam- panja u allura tibda titla' t-temper- atura u l-eċitament fost il-poplu, il-lokalitajiet li se jkunu qed jagħżlu l-partiti fejn jorganizzaw il-Mass Meetings se jkunu ikbar bil-Fosos tal-Furjana definittivament ikun wieħed mill-postijiet li ż-żewġ partiti se jużaw. X'nistennew il-ġimgħa d-dieħla? Il-ġimgħa d-dieħla tkompli tir- ranka l-kampanja. Nistennew li jin- bidlu l-ewwel billboards, joħorġu aktar proposti mill-partiti u aktar attivitajiet fl-irħula. Sadanittant, il-kandidati għaddejjin bil-kam- panja personali tagħhom, iħabbtu l-bibien u jiltaqgħu mal-familji. F'dan il-perjodu, il-kandidati jidhlu f 'rutina fejn jużaw ħafna ħin mill-ġurnata tagħhom jikkampan- jaw fid-distrett li se jikkontestaw biss. Dwar il-ħajja tal-kandidati, kum- menti u previżjonijet żgur se jkolli ċans nikteb f 'wieħed mill-artikli fil-ġimgħat li ġejjin meta l-proċess tan-nominazzjonijiet jiġi magħluq u nkunu nafu eżatt min se jikkon- testa fejn u min se jkun qed jirtira mix-xena politika. Dan għadu l-bidu tal-kampanja … baqgħalna erba ġimgħat oħra. Il-partiti kollha ħarġu l-islogans tagħhom kif tħabbret id-data tal-elezzjoni Analiżi ta' Hermann Schiavone, analist politiku 02 IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026