MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544727

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Fl-1958 beda jikteb u jikkomponi mużika għat- televiżjoni mal-kumpanija Universal Pictures. Suċċess kbir ieħor għalih wasal fl- 1960 bil-Western spettakolari e Magnificent Seven li kien ibbażat minn fuq film Ġappuniż, l-epiku e Seven Samourai. Dan kien film tant popolari mhux biss fis-sena li ħareġ, imma ta' kull sena wara. Il-mużi- ka li kkompona għal dan il-film kollu azzjoni tat ċans li Bern- stein juri l-imħabba tiegħu għall-mużika folkloristika. Hawn ħallat taħlit ta' mużika melod- juża karatteristika tal-folklor ma' dik Western li tat lill-azzjoni mx- errda fil-film skop u grandezza. It-tema prinċipali ta' e Mag- nificent Seven tant iggalvanizzat nies u tant ħabbewha li kienet użata f 'serje ta' reklami, f 'forma ta' bażi Western, tal-kumpani- ja tas-sigaretti Marlborough li baqgħet sejra għall-iżjed minn għaxar snin sakemm ir-rek- lamar tas-sigaretti nqata' minn fuq it-televiżjoni. Aktarx li din it-tema flimkien ma' oħra mill-istess film jisimha Bandi- dos, tant ikkupjata mit-Taljani u l-Ispanjoli f 'dawk imsejħa Spaghetti Westerns, kienet l-ak- tar waħda li nstemgħet fl-istorja tal-mużika. Sa qabel ma nkitbet il-mużika għal dan ix-xogħol, Bernstein qatt ma kien magħruf għall-mużika tal-films tal-ka- wbojs. Malajr dan kollu nbidel għakemm il-United Artists (li ħarġu e Magnificent Seven) qatt ma ppreżentaw album mużikali għal din il-produzz- joni qabel ħafna snin wara. Il-karriera ta' Bernstein issa ġiet stabbilita għalkemm bi tbatija kkompona aktar Westerns. Matul is-snin 60, ix-xogħlijiet tiegħu kienu jinkludu drammi delikati u sensittivi bħal To Kill A Mockingbird u avventuri gwappi u spettakulari bħal e Great Escape. F'dan il-film tal-gwerra, mimli movimenti u azzjoni, li jdum madwar tliet sigħat, kien xogħol tal-istess di- rettur ta' e Magnificent Seven (John Sturges) u fih ħadmu tliet atturi mill-istess film, bil-mużi- ka tixbah li ta' qabilha. Warajh kiteb il-mużika għal Western ieħor, e Sons of Katie Elder li b'xi mod kienet tixbah lit-tnejn l-oħra. Films oħra tas-snin 60 li kkompona l-mużika tagħhom kienu A Walk On the Wild Side li taqleb f 'dik jazz, e Coman- cheros, e Carpetbaggers, e Birdman of Alcatraz, e Hallelujah Trail, Hawaii u di- versi oħrajn. Fl-1967, il-mużika oriġinali tiegħu għal oroughly Modern Millie rebħitu Oscar, l-uniku wieħed għalih. Is-suċċessi mużikali li kiteb għenuh jifforma l-kumpanija tad-diski tiegħu, Filmusic Col- lection li użaha biex jiffinanzja hu stess recordings ta' mużika li ma kinitx tista' tinkiseb, fost- hom dik ta' Miklos Rozsa The Thief of Baghdad, il-mużika ta' Bernard Hermann għall-film Torn Curtain li ma ġietx użata u verżjoni kompluta tiegħu stess għal To Kill A Mockingbird. Fis-snin 70, bil-films epiċi ta' baġits kbar jonqsu, Bernstein għamel xi xogħol għat-televiż- joni. B'sorpriża, fl-1977 id-Di- rettur John Landis talbu biex jikteb u jikkomponi l-mużika tal-kummiedja sfrenata Nation- al Lampoon's Animal House, xi ħaġa ġdida għalih. Għall-ewwel m'aċċettax, imma Landis baqa' jinsisti u l-mużika tiegħu, taħl- ita ta' mużika denja u komuni elevat lil din il-produzzjoni bl-umoriżmu meħtieġ. Bernstein kiteb mużika għal kull xorta ta' ġeneri ta' films, mill-Westerns, films romantiċi, drammi sa dawk tax-xjenza fittizja, iżda qatt qabel għal xi kummiedja. Wara, sebbaħ films tassew umoristiċi bħal Airplane!, Stripes, Ghostbusters, ree Amigos u e Blues Brothers. Fl-aħħar tal-karriera tiegħu kkompona għal Martin Scorsese l-mużika tar-remake Cape Fear u e Age of Innocence. L-aħħar xogħol tiegħu kien għal Far From Heaven (2002). Kien in- nominat għall-Oscar sitt darbiet u rebaħ darba. Lil Elmer Berstein kienu jsibuh bħala 'Bernstein West', kompożitur ieħor li kiteb mużi- ka għall-films. Imma l-aktar għall-palk fi New York, Leonard Bernstein laqqmuh 'Bernstein East'. Dan il-kompożitur prolifi- ku li tant aġevola films epiċi miet nhar it-18 ta' Awwissu 2004 ta' 82 sena. 14 films IL-ĦADD 3 TA' MEJJU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-kompożitur Elmer Bernstein L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA It-tema prinċipali ta' The Magnificent Seven tant iggalvanizzat nies

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 May 2026