Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545387
X'jaħsbu sitt nisa dwar il-mekkaniżmu tal-ġeneru? 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' ĠUNJU 2026 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Helena Dalli: "L-idea bdiet minn diskussjonijiet ma' Dom Mintoff fis- snin disgħin" Fost l-aktar kummenti interessanti kien hemm dak tal-Eks Kummissarju Ewropea Helena Dalli, li żvelat kif il-kunċett wara l-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru kien ilu jiġi diskuss għal għexieren ta' snin. Dalli qalet li sa mis-snin disgħin kienet tqatta' ħafna ħin tiddiskuti ma' Dom Mintoff ir-realtà ta' Parlament b'numru limitat ħafna ta' nisa u kif setgħet tin- stab soluzzjoni li żżid ir-rappreżentanza tagħhom mingħajr ma toħloq inġustizzja lejn ħaddieħor. "Niakar darba qabad karta u lapes u qalli ejja naraw kif l-aħjar jinħoloq mekka- niżmu li jżid il-preżenza tan-nisa fil-Parla- ment mingħajr ma joħloq sens ta' inġustizz- ja lejn ħaddieħor," irrakkontat Dalli. Skontha, Mintoff kien jinsisti li l-mek- kaniżmu ma kellu qatt ineħħi siġġijiet jew voti mingħand kandidati eletti. Dan wassal għall-prinċipju li għadu jeżisti sal-lum, jiġifieri li l-mekkaniżmu jidħol fis-seħħ biss wara li jitlestew l-elezzjoni u l-elezzjonijiet każwali kollha. Dalli ddeskriviet il-mekkaniżmu bħala "necessary evil", filwaqt li qalet li għalkemm f 'dinja ideali ma jkunx hemm bżonnu, huwa meħtieġ biex jindirizza żbilanċ li ilu jeżisti għal għexieren ta' snin. Dwar il-kritika li l-mekkaniżmu jnaqqas il-valur tal-mertu, Dalli kienet kategorika li dan mhux il-każ. Hija rrimarkat li l-mekka- niżmu ma jagħtix siġġijiet lil persuni li ma jkunux għaddew mill-ġudizzju tal-elettorat, peress li dawk li jistgħu jibbenefikaw minnu jkunu kollha kandidati li jkunu kkontestaw elezzjoni. Claudette Abela Baldacchino: "Il- mekkaniżmu mhuwiex l-għan aħħari" L-Eks Membru Parlamentari Ewropew Claudette Abela Baldacchino qalet li l-mekkaniżmu jista' jgħin biex il-preżenza tan-nisa fil-politika ssir aktar naturali fis- snin li ġejjin. Hija sostniet li aktar rappreżentanza femminili tfisser ukoll perspettivi aktar di- versi fit-teħid tad-deċiżjonijiet u rrimarkat li l-aħħar leġiżlatura diġà wriet kif il-mek- kaniżmu jista' jagħti riżultati konkreti. "Dejjem emmint li l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandha tirrifletti s-soċjetà kollha tagħna," qalet. Filwaqt li enfasizzat li l-mekkaniżmu mhuwiex soluzzjoni permanenti, hija ddeskrivietu bħala għodda temporanja meħtieġa biex jingħelbu ostakli storiċi. Dwar il-mertu, hija qalet li dawk li jibbene- fikaw minnu jkunu kandidati li diġà ressqu isimhom għall-ġudizzju tal-elettorat. Anna Borg: "Xi ħaġa kellha ssir biex jinkiser ċiklu li kien ilu snin" L-akkademika Anna Borg qalet li għalkemm idealment mekkaniżmu bħal dan ma jkunx meħtieġ, il-politika Maltija għal ħafna snin kienet iddominata kważi kompletament mill-irġiel. Skontha, il-mekkaniżmu għen biex aktar nisa jidħlu fil-Parlament, jibnu profil pubbliku u jsiru aktar magħrufa mal-elet- torat, fatt li jista' jżid iċ-ċansijiet tagħhom f 'elezzjonijiet futuri. Borg qalet li l-ewwel snin tal-mekka- niżmu diġà qed juru riżultati, filwaqt li l-preżenza ta' aktar nisa fil-Parlament tista' toħloq role models ġodda għal ġenerazz- jonijiet futuri. Dwar il-kritika relatata mal-mertu, hija sostniet li bħalma hemm kandidati rġiel ta' kapaċitajiet differenti, l-istess jgħodd għan-nisa, u għalhekk ma taqbilx li l-mek- kaniżmu jdaħħal persuni li ma jistħoqqil- homx post fil-Parlament. Francesca Fenech Conti: "Il-mistoqsija mhijiex jekk hemmx mertu, iżda jekk is-sistema tagħrfux" Il-fundatriċi ta' Women for Women, Francesca Fenech Conti, qalet li tqis il-mek- kaniżmu bħala miżura korrettiva temporan- ja maħsuba biex tindirizza żbilanċ storiku fir-rappreżentanza politika. Hija sostniet li ħafna drabi l-kritika lejn il-mekkaniżmu tibda mill-assunzjoni li s-sistema hija purament meritokratika, meta fil-verità ħafna nisa għadhom jaffaċċ- jaw ostakli addizzjonali fil-politika. Fenech Conti ġibdet l-attenzjoni wkoll lejn il-vantaġġ tal-"incumbency", fejn depu- tati li diġà jkunu fil-Parlament igawdu minn aktar viżibilità u rikonoxximent pubbliku. Skontha, il-fatt li nisa li daħlu fil-Par- lament permezz tal-mekkaniżmu llum qed jiġu eletti mingħajru juri li dan fetaħ il-bieb għal kandidati kapaċi biex juru l-ħila tagħhom lill-elettorat. Laura Calleja: "Ir-riżultati qed juru li l-mekkaniżmu qed jaħdem" Il-ġurnalista Laura Calleja qalet li temmen li l-mekkaniżmu huwa meħtieġ biex tiġi stab- bilita aktar ugwaljanza fil-Parlament. Skontha, ir-riżultati li qed naraw illum juru li s-sistema qed taħdem, hekk kif aktar nisa qed jirnexxilhom jiksbu appoġġ eletto- rali u jiġu eletti fuq il-merti tagħhom stess. Hija sostniet li l-mekkaniżmu qed jagħti opportunità biex il-pubbliku jara x'jistgħu jagħmlu n-nisa fil-politika. Dwar il-kritika li jagħti preferenza fejn m'hemmx mertu, Calleja qalet li temmen fil-prinċipju tal-"positive discrimination", filwaqt li argumentat li għal snin twal in-nisa kienu fi żvantaġġ u li l-mekkaniżmu qed jikkoreġi inġustizzja storika aktar milli joħloq waħda ġdida. Marthese Portelli: "Il-mekkaniżmu m'għandux jiġi trattat f'iżolament" Marthese Portelli qalet li d-diskussjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ġeneru għandha tkun parti minn dibattitu ferm aktar wiesa' dwar is-sistema elettorali u l-funzjonament tal-Parlament. Bħala Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kum- merċ, hija rrimarkat li l-organizzazzjoni ilha tinsisti fuq il-ħtieġa ta' riforma aktar komprensiva tal-mod kif isiru l-elezzjonijiet u kif jaħdem il-Parlament. Skont Portelli, il-mekkaniżmu għandu jiġi analizzat bħala parti minn diskussjoni usa' dwar kif jista' jinbena Parlament aktar effet- tiv, rappreżentattiv u adattat għar-realtajiet tal-lum, aktar milli bħala kwistjoni iżolata relatata biss mal-ġeneru. X'inhu l-għan tal-mekkaniżmu? Il-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru ġie introdott sabiex jindirizza n-nuqqas storiku ta' rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament Malti. Għalkemm in-nisa ilhom igawdu mid-dritt tal-vot sa mill-1947, għal ħaf- na snin il-preżenza tagħhom fil-politika baqgħet limitata meta mqabbla ma' dik tal-irġiel. Is-sistema ma tneħħi l-ebda siġġu min- għand kandidati eletti. Minflok, iżżid siġġi- jiet ġodda lill-Parlament biex jiġi indirizzat l-iżbilanċ bejn il-ġeneri. Il-mekkaniżmu japplika biss meta fil-Par- lament ikunu rappreżentati żewġ partiti politiċi u huwa maħsub biex jgħin lill-ġen- eru sottorappreżentat jilħaq madwar 40% tas-siġġijiet parlamentari. Malta mhijiex waħedha Malta mhijiex l-uniku pajjiż li introduċa miżuri biex iżid ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika. Pajjiżi bħall-Franza, Spanja u l-Belġjum jużaw sistemi ta' kwoti fuq il-listi eletto- rali tagħhom, filwaqt li Rwanda għandha siġġijiet riservati għan-nisa fil-Parlament. Fil-Messiku, il-liġi tobbliga bilanċ bejn il-ġeneri fil-kandidaturi politiċi. Għalkemm il-mudelli jvarjaw minn pajjiż għal ieħor, l-għan jibqa' wieħed komuni: li jiġu indirizzati żbilanċi storiċi fir-rap- preżentanza politika. Bejn il-mertu u r-rappreżentanza Il-kritika ewlenija lejn il-mekkaniżmu ti- bqa' dik tal-mertu. Dawk li jopponuh isost- nu li s-siġġijiet parlamentari għandhom jingħataw biss fuq il-bażi tal-vot miksub. Madankollu, il-maġġoranza tan-nisa li tkellmu ma' dan il-ġurnal sostnew li l-me- kkaniżmu ma jissostitwix il-mertu, iżda joħloq opportunità għal kandidati li storika- ment sabu aktar ostakli fit-triq tagħhom lejn il-Parlament. Bl-elezzjonijiet każwali issa viċin, id-disk- ussjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ġeneru mistennija tkompli tikber. Jekk hemm punt wieħed li fuqu deher ċertu qbil fost il-persuni intervistati, huwa li l-għan finali għandu jkun Parlament li jirrifletti aħjar is-soċjetà Maltija – anke jekk għad hemm dibattitu dwar kif dan għandu jintlaħaq.

