MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I d-deċiżjoni riċenti li rat pens- jonant ta' 74 sena mill-Imqabba mmultat €1,164 u ordnat ineħħi bank żgħir li kien poġġa barra daru qajmet diskussjoni usa' dwar il-mod kif qed jiġi applikat l-ippjanar f 'Malta. Il-Qorti sabet li l-bankina u oġġetti oħra kienu qed jostakolaw pas- saġġ dejjaq u għalhekk ordnat it-tneħħi- ja tagħhom. Naturalment, il-liġi trid tapplika għal kulħadd. Jekk struttura jew oġġett jitqiegħed mingħajr permess u jfixkel lill-oħrajn, l-awtoritajiet għandhom dmir jinfurzaw ir-regoli. Iżda l-kontroversja ma tinsabx fid-deċiżjoni nnifisha; tinsab fil-kun- trast evidenti bejn il-ħruxija tal-in- furzar kontra ċittadin ordinarju u t-tolleranza li ħafna drabi tidher fil-konfront ta' żviluppi ferm akbar u aktar kontroversjali. Matul dawn l-aħħar snin, Malta rat numru ta' każijiet fejn proġetti kontro- versjali ngħataw il-permess minkejja oġġezzjonijiet qawwija minn residenti, kunsilli lokali u għaqdiet ambjentali. Fosthom hemm l-approvazzjoni ta' 275 unità residenzjali fuq sit ta' barriera ab- bandunata fin-Naxxar, deċiżjoni li qan- qlet kritika dwar l-impatt fuq l-ambjent urban u l-infrastruttura tal-madwar. Aktar reċenti, permess kontrovers- jali għal żvilupp residenzjali fil-wied tal-Kalkara, li kien skada wara li ma bdewx ix-xogħlijiet, reġa' ngħata l-ħajja permezz ta' avviż legali li estenda l-va- lidità ta' eluf ta' permessi. B'hekk, żvi- lupp li kien meqjus minn ħafna bħala magħluq seta' jerġa' jitwettaq mingħajr il-ħtieġa ta' valutazzjoni ġdida sħiħa. Fl-istess waqt, il-gvern ressaq riformi li jippermettu lil sidien ta' żviluppi illegali, inkluż f 'żoni barra ż-żona tal-iżvilupp (ODZ), japplikaw għal konċessjonijiet jew regolarizzazzjoni wara l-ħlas ta' multi sostanzjali. Kritiċi ddeskrivew dawn il-miżuri bħala forma ta' amnestija għall-abbużi tal-passat. Barra minn hekk, rapporti indikaw li aktar minn 160 każ ta' żvilupp illega- li ilhom snin sħaħ mingħajr infurzar effettiv minkejja li ntlaħaq il-limitu massimu tal-multi. Dil-ġimgħa, sirna nafu li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tirrakkomanda s-san- zjonar ta' swimming pool f 'Ta' Sannat, mibnija minn Joseph Portelli, u li kienet iġġudikata illegali. Dan kollu joħloq problema ta' fiduċ- ja. Meta ċittadin jara pensjonant jiġi mmultat għal bankina waqt li żviluppi massivi, illegalitajiet antiki jew permes- si kontroversjali jkomplu javvanzaw, inevitabbilment jistaqsi jekk il-miżien tal-ġustizzja hux qed jiżen bl-istess mod għal kulħadd. L-isfida għall-awtoritajiet mhijiex biss li jinfurzaw il-liġi, iżda li juru li l-istess standards japplikaw kemm għall-banki- na quddiem dar żgħira kif ukoll għall-krejnijiet li jbiddlu l-orizzont tal-pajjiż. Mingħajr dik il-konsistenza, il-perċezzjoni ta' żewġ piżijiet u żewġ miżien se tibqa' tikber. Bankina ta' pensjonant kontra l-ġungla tal-ippjanar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 June 2026