Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
L -ilmijiet għall-għawm fl-Ewropa qed ikomplu jitqiesu fost l-aktar nodfa fid-dinja, skont l-aħħar rapport annwali dwar il-Kwalità tal-Ilmijiet għall-Għawm ip- pubblikat mill-Aġenzija Amb- jentali Ewropea (EEA) flimkien mal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rapport juri li 85% tas-siti għall-għawm fl-Ewropa kisbu l-ogħla klassifikazzjoni possibbli ta' "eċċellenti" fl-2025, filwaqt li 96% tas-siti kollha mmonitorjati laħqu mill-inqas l-istandards minimi meħtieġa. Biss 1.5% tas-siti ġew ikklassifikati bħala ta' kwalità "fqira". Pajjiżi bħall-Awstrija, il-Bul- garija, Ċipru u l-Greċja kienu fost l-aqwa pajjiżi li kisbu riżultati tajbin, b'aktar minn 95% tal-ilmi- jiet tagħhom jikklassifikaw bħala eċċellenti. Ir-rapport enfasizza kif investiment fit-trattament tad- drenaġġ, monitoraġġ kontinwu u infurzar ta' leġiżlazzjoni Ewro- pea wasslu għal titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ilmijiet matul dawn l-aħħar snin. Madankollu, filwaqt li ħafna pajjiżi Ewropej qed jiċċelebraw dawn ir-riżultati pożittivi, Malta qed taffaċċja realtà ferm differ- enti. F'dawn l-aħħar snin, Malta ġiet ikkritikata ripetutament dwar il-qagħda tal-infrastruttura tad- drenaġġ tagħha u l-impatt li din qed tħalli fuq il-kwalità tal-baħar. Is-sitwazzjoni laħqet punt kruċja- li f 'Ottubru tal-2024 meta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li Malta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha rigward it-trattament u l-monitoraġġ tal-ilma mormi urban qabel ma dan jintrema fil-baħar. Il-Qorti sabet li Malta ma kinitx qed tiżgura b'mod adegwat li d-drenaġġ ikun trattat kif suppost qabel jintrema fil-baħar, u li l-monitoraġġ ta' dawn l-iskari- ki kien ukoll insuffiċjenti. Din id-deċiżjoni kienet mistennija twassal għal azzjoni immedjata, iżda rapporti sussegwenti indikaw li l-problema baqgħet tippersisti f 'diversi lokalitajiet kostali. Minħabba nuqqas ta' progress, l-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA) ressqet petizzjoni quddiem il-Parla- ment Ewropew. Il-petizzjoni ġiet aċċettata formalment mill-Kumi- tat għall-Petizzjonijiet (PETI), li fetaħ il-bieb għal diskussjoni dwar in-nuqqasijiet ta' Malta fil-qasam tat-trattament tad-drenaġġ. Waqt id-diskussjoni, il-membru tal-FAA Benjamin Mifsud Sciclu- na sostna li diversi bajjiet Maltin komplew jiġu affettwati minn kontaminazzjoni tad-drenaġġ. Huwa argumenta li Malta qabżet il-kapaċità tagħha u li l-infrastrut- tura eżistenti m'għadhiex tlaħħaq mad-domanda dejjem tikber. Mifsud Scicluna enfasizza li l-baħar mhux biss huwa parti essenzjali mill-identità Maltija, iżda wkoll riżorsa importan- ti għall-ambjent, il-kultura u l-ekonomija tal-pajjiż. Huwa saħaq li huwa inaċċettabbli li l-iskariki tad-drenaġġ ikomplu jseħħu filwaqt li l-problema tibqa' mingħajr soluzzjoni effettiva. Fost dawk li appellaw għal infurzar aktar b'saħħtu kien hemm ukoll Peter Agius, Membru Parlamentari Ewropew Malti u membru tal-kumitat PETI. Agius irrimarka li l-Mal- tin kienu ħarsu lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropea bit-tama li din tiggarantixxi standards ambjentali għoljin. Iżda aktar minn għox- rin sena wara s-sħubija ta' Malta fl-UE, ħafna ċittadini għadhom jiltaqgħu ma' problemi ta' drenaġġ meta jmorru jgħumu. Huwa sostna li l-liġijiet ma jiswew xejn jekk ma jissarrfux fi drittijiet reali għaċ-ċittadini. Agi- us appella lill-Kummissjoni Ewro- pea biex tieħu passi konkreti wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea, u wissiet li n-nuqqas ta' azzjoni jista' jdgħajjef il-fiduċja tan-nies fl-istituzzjonijiet Ewropej. L-intervent tiegħu jirrifletti l-frustrazzjoni dejjem tikber fost il-pubbliku, li qed jistaqsi għaliex il-problema tad-drenaġġ tibqa' tippersisti minkejja snin ta' twissijiet, obbligi legali u wegħdiet politiċi. Aktar tħassib tqajjem mill- aħħar valutazzjonijiet tad-Di- rettorat tas-Saħħa Ambjentali (EHD). Minn total ta' 87 sit għall- għawm analizzati madwar Malta u Għawdex, 15 ġew ikklassifikati bħala ta' kwalità "fqira". F'Għawdex, iż-żoni milquta jinkludu l-Qbajjar, il-Bajja ta' Marsalforn, Għar Qawqla, Mġarr ix-Xini, ir-Ramla l-Ħamra, Daħlet Qorrot u Ħondoq ir-Rummien. F'Malta, fost is-siti affettwati nsibu l-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, in-naħa tax-xellug tal-Bajja tal-Mixquqa (Golden Bay), iż-żo- na qrib il-Mużew tat-Tunnara qrib l-Għadira, kif ukoll iż-żewġ naħat tal-Bajja tal-Balluta. Dan ifisser li madwar 17% tas-siti eżaminati ġew ikklas- sifikati bħala ta' kwalità fqira. Skont id-Direttiva Ewropea dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, meta sit jiġi klassifikat bħala fqir, l-awtoritajiet għandhom jieħdu miżuri speċifiċi, fosthom twissijiet lill-pubbliku, rakkomandazzjoni- jiet kontra l-għawm u azzjonijiet korrettivi biex jiġu indirizzati s-sorsi tal-kontaminazzjoni. Madankollu, minkejja li r-riżul- tati tat-testijiet ġew ippubblikati, ħafna osservaturi nnutaw li ma dehrux twissijiet pubbliċi esten- sivi jew miżuri konkreti biex jiġu indirizzati dawn il-problemi. Il-problema tad-drenaġġ mhi- jiex l-unika sfida li qed jaffaċċjaw l-ibħra Maltin. Il-fenomenu tal- hekk imsejjaħ "sea slime", marbut ma' fish farms, kompla jqajjem tħassib fost residenti u għaw- wiema. Matul is-sajf li għadda, diversi każijiet ta' slime affettwaw bajjiet popolari fosthom f 'San Pawl il-Baħar, Buġibba u Marsas- kala. Il-Gvern ammetta l-ħtieġa ta' titjib infrastrutturali. Il-Minis- tru għall-Ambjent Miriam Dalli ħabbret investiment ta' €86 miljun ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bħala parti minn pjan ta' għaxar snin biex tiġi mmodernizzata l-infrastruttura tal-ilma mormi. Minn dan, €33 miljun huma al- lokati għall-aġġornament tal-im- pjant tat-trattament tad-drenaġġ f 'Taċ-Ċumnija, il-Mellieħa. Madankollu, minkejja li l-per- messi neċessarji ġew approvati, ix-xogħol għadu ma bediex. Il-kuntrast bejn is-suċċess Ewropew fil-kwalità tal-ilm- ijiet għall-għawm u l-isfidi li qed taffaċċja Malta huwa ċar ħafna. Filwaqt li l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej qed igawdu minn ilmijiet nodfa u siguri grazzi għal investiment fit-tul u infurzar effettiv tal-liġijiet, Malta għadha taħt skrutinju minħabba nuqqasijiet persistenti fil-ġestjoni tad-drenaġġ. Fl-opinjoni tiegħi, is-sitwazz- joni hija waħda allarmanti u qed issir dejjem aktar gravi. Il-Gvern għandu jinvestiga l-problema b'urġenza, jaċċellera l-proġetti in- frastrutturali meħtieġa u jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa mingħajr aktar dewmien. Jekk ma tittiħidx azzjoni immedjata, nistgħu nerġgħu naffaċċjaw sajf ieħor b'għeluq ta' bajjiet, lim- itazzjonijiet fuq l-għawm, riskji akbar ta' infezzjonijiet u impatti negattivi fuq il-familji u l-għeżież tagħna. Flok il-Gvern jipprova jgiddeb lil min jikkiritka s-sit- wazzjoni tad-drenagg, għandu minflok juza dik l-enerġija sabiex jinvestiha fix-xogħol tant neċessarju għaliex dan qiegħed iħalli impatti negattivi, kemm fuq il-Maltin, kif ukoll fuq is-settur turistiku. Din hija sitwazzjoni serja ħafna li teħtieġ azzjoni immedjata mill-Gvern qabel ma jkun tard wisq. Il-kriżi tal-kwalità tal-ilmijiet għall- għawm f 'Malta Il-kuntrast bejn is-suċċess Ewropew fil-kwalità tal-ilmijiet għall-għawm u l-isfidi li qed taffaċċja Malta huwa ċar 10 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum opinjoni Avukat u Membru tal-Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista WILLIAM VELLA

