Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
opinjoni illum • IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 09 Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi ADRIAN DELIA B il-uħ tal-Parlament il-ġdid, il-ħidma parla- mentari reġgħet bdiet b'serjetà u impenn. Għal ħafna nies, il-Parlament jidher bħala l-post fejn isiru d-dibattiti politiċi, jiġu approvati l-liġijiet u jittieħdu deċiżjonijiet li jolqtu l-ħajja taċ-ċittadini. Iżda hemm għodda parlamentari oħra li ħafna drabi ma tingħ- atax l-attenzjoni li jistħoqqilha, minkejja li hija fost l-aktar strumenti effettivi ta' skrutinju demokratiku: il-Mistoqsijiet Parlamentari. Meta deputat jagħmel Mis- toqsija Parlamentari, mhux qed jagħmel sempliċement eżerċizzju amministrattiv. Qed jaġixxi bħa- la l-vuċi taċ-ċittadini li eleġġe- wh. Qed jistaqsi mistoqsijiet li ħafna drabi jkunu ilhom iduru f 'ras il-poplu, iżda li mingħajr il-pjattaforma parlamentari dif- fiċli jaslu għand il-Gvern. Il-Mistoqsijiet Parlamentari huma fost l-aktar mezzi impor- tanti biex il-Gvern jinżamm re- sponsabbli. Huma jagħtu d-dritt lill-Oppożizzjoni u lill-membri parlamentari biex jitolbu infor- mazzjoni, jiksbu dokumentazz- joni, jidentifikaw nuqqasijiet u jġibu trasparenza fejn inkella jista' jkun hemm nuqqas ta' informazzjoni. Demokrazija b'saħħitha ma tistax teżisti mingħajr skru- tinju effettiv. Il-Gvern għandu l-obbligu li jispjega d-deċiżjoni- jiet tiegħu, jagħti rendikont ta' kif qed jintefqu l-flus pubbliċi u jwieġeb għall-mistoqsijiet leġittimi li jsiru f 'isem il-poplu. Hawnhekk jidħlu l-Mistoqsijiet Parlamentari. Meta ċittadin jara problema fil-lokalità tiegħu, meta jiltaqa' ma' burokrazija żejda, meta jkun hemm dubji dwar kif qed jingħataw kuntratti pubbliċi jew meta jkun hemm tħassib dwar il-mod kif qed jitmexxew ċerti entitajiet tal-Gvern, ħafna drabi jkun il-membru parlamentari li jwassal dawk il-mistoqsijiet fil-Parlament. B'dan il-mod, il-Mistoqsijiet Parlamentari jsiru estensjoni tal-vuċi taċ-ċittadin. F'dawn l-aħħar snin rajna kemm il-Mistoqsijiet Parlamen- tari jistgħu jkunu għodda qaw- wija. Permezz tagħhom ġew żve- lati dettalji dwar infiq pubbliku, reklutaġġi, appointments, direct orders, permessi, art pubblika, konsulenzi, karigi tal-Gvern u numru kbir ta' deċiżjonijiet am- ministrattivi li altrimenti kienu jibqgħu moħbija mill-għajn pubblika. Dan huwa eżattament ir-rwol li għandu jkollha Oppożizzjoni effettiva. Mhux li topponi għal kollox jew tikkritika għal kollox. Imma li tistaqsi, tivverifika u tiżgura li kull min għandu poter ikun lest jagħti rendikont tal-azzjonijiet tiegħu. Il-Mistoqsijiet Parlamentari għandhom valur ieħor ukoll. Huma joħolqu rekord uffiċjali. It-tweġibiet mogħtija mill-Min- istri jibqgħu dokumentati u jistgħu jiġu analizzati, mqabbla u studjati tul iż-żmien. Dan huwa importanti għaliex il-memorja politika kultant tkun qasira. Dak li jingħad illum jista' jintesa għada. Iżda dak li jiġi ddikjarat uffiċjalment fil-Parlament jibqa' hemm għal kulħadd biex jarah. Naturalment, il-valur tal-Mis- toqsijiet Parlamentari jiddependi wkoll mill-kwalità tat-tweġibiet li jingħataw. Mhux biżżejjed li l-Ministri jwieġbu formalment. It-tweġibiet għandhom ikunu kompluti, preċiżi u trasparenti. Meta tingħata informazzjoni mhux kompluta jew meta l-mis- toqsijiet jiġu evitati, tkun qed tiddgħajjef il-funzjoni parlam- entari. Il-Parlament mhux forum ta' propaganda. Huwa istituzzjo- ni ta' kontabilità demokratika. F'din il-leġiżlatura l-ġdida, il-Partit Nazzjonalista għan- du responsabbiltà importanti. Għandu jkun Oppożizzjoni serja, kredibbli u preparata. Għandu juża l-għodod kollha li tagħtih id-demokrazija biex jiżgura li l-Gvern jibqa' re- sponsabbli lejn il-poplu. Waħda minn dawn l-għodod hija propr- ju l-Mistoqsija Parlamentari. F'kull qasam tal-ħajja pub- blika hemm lok għal skrutinju. Fil-qasam tas-saħħa, il-poplu għandu dritt ikun jaf kif qed jintefqu l-miljuni fl-isptarijiet u fis-servizzi mediċi. Fl-eduka- zzjoni, il-ġenituri għandhom dritt ikunu jafu kif qed jittejbu l-iskejjel u x'riżultati qed jinkis- bu. Fl-infrastruttura, in-nies għandhom dritt ikunu jafu kif qed jintefqu l-fondi pubbliċi. L-istess japplika għall-ippjanar, it-trasport, l-ambjent, il-politika soċjali, il-migrazzjoni u kull qa- sam ieħor tal-amministrazzjoni pubblika. Mistoqsija Parlamentari tajba ħafna drabi tkun il-bidu ta' disk- ussjoni nazzjonali importanti. Xi kultant tkun mistoqsija waħda biss li tikxef problema kbira. Xi kultant tkun sensiela ta' mis- toqsijiet li flimkien jagħtu stam- pa aktar ċara ta' kif qed jitmexxa pajjiżna. Għalhekk m'għandniex nissottovalutaw l-importanza tagħhom. Bħala deputat, dejjem emmint li l-Parlament għandu jkun qrib in-nies. Il-ħidma tagħna ma tibdiex u ma tispiċċax fil-bini tal-Parlament. Tibda fit-toroq, fil-lokalitajiet, fil-laqgħat man- nies u fil-problemi li jressqu quddiemna ċ-ċittadini. Meta ċittadin jaqsam miegħek tħassib jew inġustizzja li jkun qed jesperjenza, ikun qed jafdak biex twassal il-vuċi tiegħu fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-Mis- toqsijiet Parlamentari huma wieħed mill-modi kif dik il-vuċi tasal. Din hija r-raġuni għaliex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin il-ħidma parlamentari għand- ha tkun waħda intensa. Hemm ħafna mistoqsijiet li jeħtieġu tweġibiet. Hemm ħafna sfidi li jeħtieġu skrutinju. Hemm ħafna deċiżjonijiet li għandhom jiġu evalwati. L-Oppożizzjoni għandha dmir li tagħmel dan b'responsabbiltà, serjetà u preparazzjoni. Mhux għall-interess ta' partit politiku. Imma għall-interess tal-poplu. Meta l-Parlament jaħdem tajj- eb, tirbaħ id-demokrazija. Meta l-Gvern jagħti rendikont, tirbaħ it-trasparenza. Meta l-Oppożizz- joni tagħmel xogħolha, tirbaħ il-kontabilità. U meta ċ-ċittadin jara li l-vuċi tiegħu qed tinstema', tirbaħ il-fiduċja fl-istituzzjoni- jiet. Issa li l-Parlament reġa' fetaħ il-bibien tiegħu għal leġiżlatu- ra ġdida, irridu niakru li kull Mistoqsija Parlamentari għand- ha potenzjal tagħmel differenza. Għax wara kull mistoqsija hemm persuna. Wara kull mistoqsija hemm komunità. Wara kull mistoqsija hemm il-ħtieġa li nkunu nafu l-verità. U fuq kol- lox, wara kull mistoqsija hemm il-prinċipju fundamentali li fuqu hija mibnija kull demokrazija moderna: li min għandu l-poter għandu dejjem ikun lest jagħti rendikont tiegħu. Għalhekk il-Mistoqsijiet Par- lamentari mhumiex biss proċe- dura parlamentari. Huma vuċi għalik. Huma vuċi għaċ-ċittadin. Huma vuċi għad-demokrazija. Issa li reġa' tlaqqa' l-Parlament – is-saħħa tal-Mistoqsijiet Parlamentari hija vuċi għalik Mistoqsija Parlamentari tajba ħafna drabi tkun il-bidu ta' diskussjoni nazzjonali importanti "Il-ħidma tagħna ma tibdiex u ma tispiċċax fil-bini tal-Parlament. Tibda fit-toroq, fil-lokalitajiet, fil-laqgħat man-nies u fil- problemi li jressqu quddiemna ċ-ċittadini."

